Illum previous editions

illum 2 nov 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/408406

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

Il-Ħadd 02 ta' Novembru 2014 | illum 7 Id-dislessja taffettwa 40,000 f 'pajjiżna MADWAR id-dinja, 10% tal-popolazzjoni għandhom profil ta' dislessja. Dan qalitu Ruth Falzon, membru tal-Assoċjazzjoni Maltija tad-Dislessja f 'kummenti mal-ġurnal ILLUM sabiex infakkru l-ġimgħa li ġejja li se tkun il-ġimgħa ddedikata għall-għarfien dwar id- dislessja. "Id-dislessja mhix xi ħaġa negattiva, huma ħafna li jaħsbu li għax wieħed ikollu d-dislessja se jiltaqa' ma' problemi f 'ħajtu iżda dan mhux minnu." Id-dislessja hija ġenetika, iżda hemm ħafna artisti u mużiċisti li għandhom profil ta' dislessja. Infatti, 50% tal-ħaddiema li jaħdmu man-NASA għandhom profil ta' dislessja, u meta joħorġu s-sejħa għall- ħaddiema jfittxu lil dawn in-nies minħabba li jistgħu jsolvu l-problemi iktar malajr u anke għandhom viżibbiltà aħjar fejn jidħlu kompjuters u teknoloġija. Falzon saħqet li din id- dislessja kienet biss imposta mis-soċjetà hekk kif ġejna imposti li kulħadd għandu jkun jaf jaqra u jikteb. "Dan huwa fejn sabu l-problemi tagħhom dawn il-persuni, mill-bqija dawn għandhom ukoll ħafna vantaġġi. Li kieku fis-soċjetà konna nistudjaw il-mużika ta' bilfors, ħafna nies ikollhom kundizzjoni oħra, li huma stunati!" Jidher li f 'dawn l-aħħar 10 snin, il-persentaġġ ta' persuni li għandhom profil ta' dislessja u diskalkulja żdied, iżda Falzon tisħaq li dan seħħ mhux għax żdiedu l-każi iżda għax sirna iktar sensittivi biex ngħarfu l-kundizzjoni. L-Assoċjazzjoni ilha teżisti mill-1985 u l-President illum il-ġurnata hi Carmen Muscat. Fl-Assoċjazzjoni llum hemm 100 membru li jikkonsistu f 'ġenituri, professjonisti, u persuni li għandhom id-dislessja. Xogħol l-assoċjazzjoni hu li jxerrdu l-informazzjoni dwar x'inhi eżatt id-dislessja u jorganizzaw laqgħat u sessjonijiet ta' taħriġ lill-ġenituri ta' wlied li għandhom il-kundizzjoni. L-Assoċjazzjoni tipprovdi informazzjoni lill-ġenituri u tirreferihom għand persuni li jistgħu jgħinu lill-uliedhom, kemm akkademikament u anke emozzjonalment. Falzon semmiet li hija komuni li persuni li jkollhom id-dislessja jkunu jsofru minn stima baxxa tagħhom infushom. Dan minħabba li s-soċjetà timponi li persuni li jkunu jbatu biex jaqraw jew jiktbu huma xi ħaġa inqas minn ħaddieħor. Hi tgħid li din mhix rikorrenti f 'kull każ iżda r-riċerka tixhed li l-maġġoranza tagħhom ikunu vittmi ta' stima baxxa minħabba li s-soċjetà timponilhom jagħmlu affarijiet li huma ma jkunux daqstant tajbin fihom. Falzon tissuġerixxi li jekk dawn il- persuni jaċċettaw u jitkellmu dwar il-problema tagħhom u jiftħu qalbhom dwar il- kundizzjoni din tgħin ħafna. Jean Pierre Cassar jpcassar@mediatoday.com.mt Wieħed mill-iktar awturi li biegħ kotba fid-dinja kellu id- dislessja hu William Shakespeare. Dak li vvinta t-telefon ukoll kellu d-dislessja, Alexander Graham Bell FATTI Alexander Graham Bell William Shakespeare

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 nov 2014