Illum previous editions

illum 2 nov 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/408406

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

8 illum | Il-Ħadd 02 ta' Novembru 2014 Għażeb mgħallaq fl-Isla fl-1977 Għall-ewwel il-Pulizija WARA li għal xi jiem, Cyril Rodda ta' 69 sena, naqas li jmur jixtri l-ġurnal minn ħanut fl-Isla għal jumejn wara xulxin, sid l-istationery kien diġà beda jinkwieta. Kien dan l-ewwel sinjal li Rodda kien ġralu xi ħaġa għax kienet rutina tiegħu li jmur u jixtri l-ġurnal. Fil-fatt l-għażeb Ingliż kien instab mgħallaq fl- appartament tiegħu fi Triq is-Sirena fl-Isla nhar it- Tnejn, 21 ta' Frar 1977. Jinstab minn koppja Ingliża Koppja Ingliża, li kienu ħbieb sew ta' Rodda, kienu sabu l-katavru tiegħu. Il-koppja, bil-kunjom ta' Michaelis, kienu joqogħdu fit-tieni sular fl-istess blokk ta' appartament bl-isem ta' "Milva House" fejn kien joqgħod il-vittma u kienu ilhom jafu lil xulxin għal xi żmien mhux ħażin. Din il- binja kienet twaqqgħet u llum hemm binja ġdida. Aktar qabel huma kienu marru fl-istess ħanut fl-Isla minn fejn kien imur jixtri l-ġurnali Rodda. Meta sid il- ħanut ġibdilhom l-attenzjoni li l-ħabib tagħhom Cyril kien ilu jumejn ma jmur għall- ġurnali u li mhux is-soltu tiegħu li ma jinfurmahx jekk ma kienx se jmur, anke huma tħassbu peress li minkejja li kienu joqogħdu fl-isess blokka, ma kinux rawh fil- jiem ta' qabel. Peress li din il-koppja kienu ħbieb kbar ta' Rodda, huma kellhom iċ-ċavetta tal-appartament tiegħu. Kif lestew il-qadi li kellhom għall-ħabta tal-4.15pm hekk kif irritornaw lura lejn l-appartament, marru jaraw x'kien ġralu l-ħabib tagħhom. Huma ħabbtu l-bieb u anke nstemgħu jsejħulu diversi drabi, iżda ma kien hemm l-ebda risposta. Inkwetati li seta' ħassu ħażin, huma fetħu l-bieb tal-appartament u kif daħlu fil-kamra tas-sodda sabu xena xejn sabiħa. Mitluq għarwien fuq is- sodda Cyril Rodda nstab mingħajr ħwejjeġ mitluq fuq is-sodda u bi flokk ta' taħt imdawwar ma' għonqu u xi dmija. Immedjatament huma ħarġu mill-appartament u talbu l-għajnuna. Kif ġriet l-aħbar li fi Triq is-Sirena kien hemm raġel mejjet bdew jinġabru ħafna nies u kif waslu l-Pulizija kellhom ibiegħdu lil dawn in- nies biex ikunu jistgħu jibdew jinvestigaw. Fuq il-post tar-reat kienu marru diversi uffiċjali tal- Pulizija. Barra dawk tad- Distrett kienu marru wkoll dawk mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali. Fost dawk li marru kien hemm l-Assistenti Kummissarji John Cachia u Lawrence Pullicino, is- Supretendent Nestu Spiteri u l-Ispetturi Peter Cordina u Alfred Calleja. Kotba erotiċi mxerrdin fl-art Meta waslu l-Pulizija u raw ix-xena, għall-ewwel ħasbu li l-anzjan seta' neħħa ħajtu b'idejh billi tgħallaq. Il- Pulizija nnutaw li ma' ħalqu kellu xi dmija. Kien it-tabib tal-Gvern, Dr Joseph Florini, li ntalab imur fuq il-post u ċċertifika lil Cyril Rodda mejjet. Skont Dr Florini l-vittma kien ilu mejjet bejn 24 siegħa u 48 siegħa. Bil-każ kien ukoll informat il-Maġistrat tal-Għassa, Dr Ronald Conti, li mexxa l-aċċess personali u anke ordna inkjesta fejn ħatar diversi esperti fosthom il- Perit Richard Aquilina. Qrib il-katavru fuq is-sodda, kif ukoll imxerrdin fl-art, il-Pulizija sabu numru ta' kotba erotiċi kif ukoll rivisti Sena ħabs minħabba Facebook Hedded li joqtol spettur u maġistrat Mill-Qorti JASON Scerri, ta' 40 sena, minn Ħal Balzan ġie kkundannat għal 12-il xahar ħabs wara li ammetta li kkommetta serq ta' flus u deheb minn villa f 'Santa Maria Estate fil-Mellieħa. L-akkużat, li hu magħruf sew mal-Pulizija, tressaq il-Qorti wara li dehru ritratti tiegħu waqt li allegatament kien qed jipprova jisraq minn ġod-dar. Il-ritratti ġew ippubblikati fuq Facebook u ftit sigħat wara, ir-raġel kien arrestat f 'Birkirkara. Sorsi qalu li l-Pulizija identifikaw l-akkużat permezz ta' tpinġija li għandu fuq idu. Ġie spjegat ukoll li r-ritratti ġew meħuda permezz ta' sistema tal- kameras li tiġbed ritratti minn angoli differenti meta tħoss xi tip ta' moviment fil- viċinanzi. Fil-Qorti, Scerri, li għandu problema tad-droga, ammetta li seraq flus u deheb b'valur ta' €2,060. Id-difiża, permezz tal- avukat tal-għajnuna legali Yana Micallef Stafrace, qalet li l-akkużat qed jipprova jieqaf mill-vizzju tad-droga. Minkejja dan, il-Maġistrat Francesco Depasquale qal li l-akkużat huwa reċediv u li huwa magħruf sew mal- Pulizija, u għalhekk bagħtu 12-il xahar ħabs. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Saviour Baldacchino u Maurice Curmi. GĦAWDXI hedded li joqtol spettur u lil familtu, u maġistrat f 'dagħdigħa ta' rabja f 'Ottubru. L-akkużat, aktar kmieni din is-sena ġie kkundannat għal seba' snin ħabs wara li kien ta daqqiet ta' sikkina f 'awla tal-Qorti. Dan ħareġ fil-kumpilazzjoni fil-konfront ta' Pasqualino Cefai ta' 39 sena, miż-Żebbuġ, Għawdex, fejn jinsab mixli li l-Ħamis 2 ta' Ottubru hedded u attakka lil Maġistrat Miriam Hayman u bosta pulizija. Fix-xhieda tiegħu, l-Ispettur Johann Pace qal li f 'mument minnhom, Cefai qabżitlu u beda jgħajjat waqt li kien għaddej każ ieħor kontrieh. L-Ispettur spjega li minkejja li l-avukat ta' Cefai ma kienx għadu wasal, is-seduta bdiet xorta. Huwa spjega li minħabba f 'hekk, Cefai qabżitlu u beda jidgħi, joffendi u jattakka lill- pulizija. "F'ħin minnhom resaq lejn il-bank tal-maġistrat u beda jgħajjat u jidgħi. Kien isteriku, hedded lill-Maġistrat u daħlu spetturi oħra u bilkemm setgħu jżommuh." "Heddidni li jsibni u joqtol lili u lil familti. Qalli li għalkemm qiegħed fil-ħabs, għandu ħutu barra u li jsibuni," qal l-Ispettur. Intant, l-Ispettur Kevin Pulis qal li malli daħal fl-awla huwa ra żewġ spetturi jippruvaw jikkalmaw lil Cefai. Pulis qal li Cefai kien qed jaġixxi b'mod aggressiv, beda jidgħi u jgħid lill-Ispettur Fenech li ħa jpattiha lilu u lil Maġistrat Hayman. L-Ispettur qal ukoll li sitt pulizija ma kinux biżżejjed biex iżommu lil Cefai lura, u li meta niżżluh fil-lock-up, Cefai reġa' kien aggressiv u ta daqqa ta' manetta lil wieħed mill-pulizija li kien hemm preżenti. "Meta niżżilnieh isfel reġa' għajjat lill-Maġistrat Hayman u lill-Ispettur Fenech, u qal li ħa jieħu ħsieb kollox ħuh. Qal li ħadd ma huwa akbar minn Alla u li ma jkunx diffiċli biex isib lill-Maġistrat u lill-Ispettur għax Malta żgħira." L-Avukati Edward Gatt u Noel Bianco dehru għal akkużat, filwaqt li l-Ispettur Daryl Borg mexxa l-prosekuzzjoni. John Pisani jpisani@mediatoday.com.mt DANIEL MIZZI dmizzi@mediatoday.com.mt "Qrib il-katavru fuq is-sodda, kif ukoll imxerrdin fl-art, il- Pulizija sabu numru ta' kotba erotiċi kif ukoll rivisti tal-Playboy"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 nov 2014