Illum previous editions

illum 2 nov 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/408406

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

Il-Ħadd 02 ta' Novembru 2014 | illum 9 fl-1977 il-Pulizija ħasbu li seta' kien suwiċidju tal-Playboy. Dawn ħawdu xi ftit lill-investigaturi li fost it-teżi li kienu bdew jaħdmu fuqha kien li Rodda seta' kien xi bniedem iffissat fuq is-sess u wara li wettaq atti sesswali fuqu nnifsu, seta' rabat il-flokk ta' taħt madwar għonqu biex jeċita aktar lilu nnifsu u spiċċa wettaq suwiċidju anke b'mod aċċidentali. Min-naħa l-oħra, iżda, il-Pulizija ma setgħux joqogħdu biss fuq teżi waħda u jagħlqu l-każ. Għaldaqstant taw aktar piż fuq it-teżi li dan seta' wkoll kien każ ta' omiċidju u għalhekk ma kienx każ ta' min jagħlqu u jgħid li Rodda kkommetta suwiċidju anke jekk kien b'mod mhux ippjanat. Elevati diversi oġġetti Il-Pulizija tal-Forensika kienu elevaw kull ma setgħu mill-appartament ta' Rodda. Barra r-rivisti tal-Playboy u kotba li kienu jitqiesu bħala erotiċi, l-Uffiċjali tax-Xena tar-Reat kienu sabu wkoll numru ta' ritratti antiki li ħafna minnhom kienu x'aktarx tal-familja ta' Rodda. Iżda l-aktar li l-Pulizija ħasbu li seta' jitfa' dawl fuq il-każ kien flixkun tal-ħġieġ. Dan ittieħed fil-Laboratorju Forensiku bit-tama li l-esperti tal-marki tas-swaba' setgħu jtellgħu xi marki li ma kinux tal-vittma. Jidher li minn fuq dan il-flixkun ma kinux sabu marki oħrajn jew jekk kien hemm ma kinux identifikati. Ikkonfermat li l-anzjan inqatel Fil-jiem ta' wara l-Pulizija komplew jintensifikaw l-investigazzjonijiet. Reġgħu marru fuq il-post fi Triq Sirena u anke dehru jkellmu diversi persuni li kienu jafu lil Rodda. Fost dawn kien hemm il-koppja Ingliża Micaelis li sabu l-katavru tal-ħabib tagħhom. Mhux magħruf x'kien intqal imma li kienet ħaġa ċerta hija li l-investigaturi, fosthom l-Ispettur Alfred Calleja, illum mejjet u li temm il-karriera tiegħu bħala Kummissarju tal-Pulizija, kien ċert li Rodda kien inqatel u għalhekk il-każ baqa' jiġi investigat bħala omiċidju. Alfred Calleja kien meqjus li kien fost l-aqwa investigaturi li qatt kellu l-Korp tal-Pulizija anke sakemm irtira fl-1992. Jinġabru persuni suspettati Immexxijin mill-Ispettur Alfred Calleja, il-Pulizija bdew jiġbru persuni suspettati li fil-jiem ta' qabel anke dehru ma' Rodda jew li kienu qrib l-appartament tiegħu. Għal sigħat twal l-investigaturi mhux biss ġabru xi rġiel mill-Isla stess imma kienu bagħtu għal oħrajn minn barra l-Isla u li setgħu kienu magħrufin mal-Pulizija fiċ-ċirku tal- kriminalità. Kien hemm min allega li Rodda kien ikun spiss fil-kumpanija tal-irġiel iktar min-nisa u għalhekk l-istħarriġ kompla nfirex anke fuq persuni omosesswali. Ħafna mill- interrogazzjonijiet kienu saru fl-Għassa tal-Pulizija fl-Isla. Min kien Cyril Rodda? L-isem kollu tal-vittma kien Cyril Albert Joseph Rodda. Huwa twieled f 'Cornwall, l-Ingilterra u kien u uffiċjal mal-Qawwa tal-Ajru Ingliża, magħrufa aktar bl-Ingliż bħala r-Royal Air Force. Rodda kien ilu jgħix Malta madwar 18-il sena u kien popolari man-nies tal-Isla. Mid-dokumenti li hemm fiċ-ċimiterju f 'Ta' Braxia f 'Tal-Pietà, Cyril Rodda ndifen nhar l-Erbgħa, 23 ta' Frar 1977, l-għada li saret l-awtopsja fuq il-katavru tiegħu fil-kamra mortwarja tal-Isptar San Luqa. L-ewwel riżultati kienu li l-kawża tal-mewt kienet asfiksja, jew aħjar miet mgħallaq. Iżda l-patoloġisti ma kinux għalqu mill-ewwel ir-riżultat tal- awtopsja u riedu jistennew ir-riżultati tossikoloġiċi. Huwa mifhum li l-Pulizija kienu ġabu l-permess mill- Maġistrat Inkwerenti biex kampjuni li ttieħdu mill- istonku tal-vittma jintbagħtu barra minn Malta għal eżamijiet forensiċi. Għalkemm Cyril Albert Joseph Rodda kien ċittadin Ingliż, bħala eks-uffiċjal tal-Qawwa tal-Ajru Ingliża, huwa ndifen fiċ-Ċimiterju Ta' Braxia li jinsab f 'Tal-Pietà. Illum dan iċ-ċimiterju tieħu ħsiebu l-organizzazzjoni Din l-Art Ħelwa. Appell Bħalma qed nagħmlu ma' kull storja ta' delitti mhux solvuti, qed nappellaw lil kull min jaf xi ħaġa dwar dan il-qtil biex jgħaddi kull informazzjoni lill-Pulizija billi jċempel fuq in-numri 119 jew 21224001. Il-katavru ta' Rodda qed jinħareġ mill-Pulizija L-isem tal-blokk appartamenti li twaqqgħu u nbnew mill-ġdid u tħalla l-istess isem It-tabella tat-triq fejn seħħ il-qtil Ritratti: Arkivji Nazzjonali

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 nov 2014