Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/413178
€0.90 Nr 421 • 09 ta' Novembru 2014 www.illum.com.mt NEWSPAPER POST Ara paġni 8 u 9 PAĠNA 23 www.visitgozo.com +ÃE[HI\, PMWFEÃZEKER^E 21-23 NOV +ÃEPEOXEVMRJSVQE^^NSRM ^YVMWWMX[[[ZMWMXKS^SGSQ 4VI^^7TIGNEPM XEP+S^S'LERRIP FINRMP+MQKLELVWYMX8RINRXEì23:LVW 4EWWMKKMIVùù /EVS^^Eùù Tkompli f 'paġna 17 Karba biex il- Partit Laburista jsir aktar xellugi ĦASSIEBA u kittieba Xellugin jitolbu lil Muscat biex il-PL jirritorna għall- għeruq tiegħu Il-lista ta' ħassieba u kittieba tinkudi eks-Prim Ministru, eks mexxej ta' Union, eks ġurnalisti, qassisin u letturi fl-Università. Dan il-grupp ta' 26 persuna li ġejjin minn oqsma differenti tal-ħajja bagħtu ittra lill-Prim Ministru fejn fiha ilmentaw li l-Partit Laburista qed jitbiegħed wisq minn dak li għalih kien ġie mwaqqaf oriġinarjament. Il-grupp li jvarja minn akkademiċi u attivisti xellugin sa eks-politiċi u membri parlamentari Laburisti, dawn tkellmu u wrew it-tħassib tagħhom fuq it-triq li qabad dan il-Gvern li ma tmurx ma' dak li għalih ġie ffundat dan il-partit. Semmew ir-raġunijiet prinċipali wara t-twaqqif tal-Labour oriġinali li riedu jeqirdu l-ġuħ u l-faqar mill- pajjiż waqt li lill-ħaddiema jagħtuhom id-"dinjità u sehem mit-tmexxija tal- pajjiż." Sostnew li l-Gvern qed jiddevja mill-għanijiet oriġinali f 'diversi oqsma tal-ħajja fosthom l-ambjent, l-edukazzjoni, is-servizzi soċjali u s-saħħa. jsir aktar xellugi Akbar m'int akbar hemmek – Joe Mifsud Minn JOHN BUSUTTIL Tkellimna ma' Joe Mifsud dwar il-każ ta' Patri Charles Fenech. Mifsud barra li hu ġurnalist u opinjonista, hu wkoll avukat. U dan fil- fatt jista' jkun konflinġenti għax ġurnalist jikxiflek l-għawar u hemm min ukoll jagħti opinjoni tiegħu dwar l-imputat u l-avukat anke jekk għandu opinjoni jista' jkun il-persuna li jiddefendi l-istess imputat. Joe Mifsud li hu persuna intiża u attiv ħafna fid-djoċesi tal-Knisja Għawdxija tkellem magħna dwar il-każ tal-Patri Dumnikan Charles Fenech. "Akbar int akbar hemmek. Jekk tagħżel li tkun persuna popolari nkella li tkun fuq quddiem fis-soċjetà, trid iżżomm il-livell tiegħek fuq quddiem ukoll. Dment li int persuna pubblika l-istandards tiegħek huma ogħla minn ta' ħaddieħor. "Ma neħodiex kontra l-ġurnalisti li kixfu l-istorja. L-iżball biss jekk jikkummentaw dwar il- każ, iżda li jirrapurtawh hu xogħolhom. Għax xogħol il-ġurnalist hu li jxandar dak kollu li jagħmel persuna pubblika. "Bħala parti mill-Knisja nħossni mweġġa' fuq dak li qrajt dwar l-istorja ta' Patri Fenech u jirriżulta kif jirriżulta żgur li hu ġerħa kbira fuq il- Knisja. Jekk dak li qrajt li r-Response Team ilu 8 snin jinvestiga mhux aċċettabbli. Għax anke l-qorti Ewropea qed titlob li l-proċessi anke jekk ċivili jridu jiġu deċiżi b'urġenza, biex issir ġustizzja malajr sew mal-vittma kif ukoll mal-persuna implikata. "Nistenna l-eżitu tal-qorti u Patri Fenech irid iwieġeb quddiem il-qrati fejn hu preżunt innoċenti sa ma jinstab ħati u jrid iwieġeb ukoll quddiem Alla u l-Knisja wkoll ta' għemilu mingħajr ma nasal għall-ebda konklużjoni. Hu ta' interess tal-Knisja li jkun hemm deċiżjoni malajr ħa tibda titfejjaq il-ġerħa. L-intervista sħiħa ma' Joe Mifsud tkompli fuq paġna 14 u 15 Mifsud xorta preferut bħala Gvernatur SORSI mill-Gvern baqgħu jinsistu li s-sena d-dieħla Alfred Mifsud se jinħatar bħala Deputat Gvernatur tal-Bank Ċentrali, u eventwalment jinħatar Gvernatur. Dan kollu, minkejja stejjer li ħarġu fil-ġurnal In-Nazzjon, dwar il-problemi fil-bonds ta' Crystal Finance Investments immexxija mill-istess Alfred Mifsud. Sorsi viċin il-Gvern qalu lil din il-gazzetta li bl-istess kriterju, bosta gvernaturi oħra ma kinux denji tan-nomina, minħabba stejjer ivvintati u impreċiżi. "Il-Gvernatur preżenti Josef Bonnici, eks membru Nazzjonalisti, ċertament kien il-mira ta' ħafna attakki u xorta waħda ġie nnominat." Alfred Mifsud fil-passat kien ukoll ċermen ta' Super One u okkupa diversi pożizzjonijiet fi ħdan il-Partit Laburista. Il- Prim Ministru Joseph Muscat kien ukoll konsulent finanzjarju ma' Mifsud. Mizzi jgiddeb lil Daphne Caruana Galizia Ara paġna 5 Intervista esklussiva ma' Matthew Saliba, avukat, mudell, klassifika fis- seba' post f'Mr. World u sportiv Joe Mifsud Alfred Mifsud