Illum previous editions

illum 9 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/413178

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 35

2 illum | Il-Ħadd 09 ta' Novembru 2014 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq L-OGĦLA: 24˚Ċ L-INQAS: 16˚Ċ TEMP: Ftit jew wisq imsaħħab li jsir ftit imsaħħab VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Majjistral forza 3 lokalment forza 4 lejn il-Punent ta' Malta u jdur mill- Punent forza 2 għal 3 u jsir Nofsinhar forza 2 għal 3 mal-lejl BAĦAR: Qawwi li jsir moderat Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM L-OGĦLA: 24˚Ċ L-INQAS: 19˚ Ċ TEMP: Ftit jew wisq imsaħħab b'ħafna sħab għoli VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Xlokk forza 4 li jsir forza 5 sa filgħaxija u jsir forza 6 mal-lejl BAĦAR: Qawwi li jsir moderat SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 59 67 23 83 43 17 50 71 VILHENA Pharmacy, 3, Triq Sant'Anna, Floriana FRA Diego Dispensary, 94, Triq Villambrosa, Ħamrun FATIMA Pharmacy, Triq iż-Żonqor, Santa Venera ST. Bartholomew Pharmacy, 230, Triq Fleur-De-Lys, Santa Venera DEBY'S Pharmacy, 1, Misraħ il-Bar- rieri, Msida SPIŻERIJA Kappara, Żbibu Lane, San Ġwann BROWN'S Pharmacy, Unit 22, Triq Tigne, Sliema BALZAN Pharmacy, 70, Triq San Franġisk, Balzan MĠARR Pharmacy, Triq il-Kbira C/W Triq Vitale, Mġarr BROWN'S Village Pharmacy, Main Street, Mellieħa BROWN'S Pharmacy, 45, Paola Hill, Paola KALKARA Pharmacy, No. 8, Misraħ l-Arċisqof Gonzi, Kalkara MAY Day Pharmacy, Triq il-Vittorja, Żabbar GERADA Pharmacy, 46, Triq Mater Boni Consigli, Żejtun SAFI Pharmacy, St. John Street C/W Bieb il-Garra Street, Safi TALGRAZZJA Pharmacy, Triq Frangisk Farrugia, Żebbuġ CENTRAL Pharmacy, Triq Għajn Qajjet, Rabat ABELA'S Pharmacy, 42, Triq G.P.F. Agius De Soldanis, Victoria GOZO Chemists, Mġarr Road, Xewkija It-traffiku u l-immigrazzjoni ITTRAFFIKU sar l-ikbar tħassib fost il-poplu hekk kif żdied b'16-il punt minn Marzu li għadda hekk kif tela' għal 23% minn 7% f 'Marzu. Dan deher fi stħarriġ li sar mill- MaltaToday li wera li b'din iż-żieda fit-tħassib dwar it-traffiku, l-immigrazzjoni ma baqgħetx l-akbar punt ta' tħassib. Minkejja dan, it-tħassib dwar l-immigrazzjoni għola xorta b'erba' punti. Deher li l-aktar faxxa ta' nies li semmew l-immigrazzjoni bħala problema kienu dawk ta' bejn it-18 u l-34 sena. Dawn semmew ukoll it-traffiku bħala l-ikbar problema għalihom flimkien mal- immigrazzjoni. Il-votanti li għandhom aktar minn 55 sena kienu l-inqas li semmew it-traffiku u l-immigrazzjoni bħala problema għalihom iżda semmew l-għoli tal- ħajja. Filwaqt li dawk ta' bejn il-35 u l-54 sena wrew it- tħassib tagħhom fuq iż-żieda tal-COLA u s-sitwazzjoni tal-qgħad. Fl-istħarriġ dehret differenza bejn dawk li attendew l-Università u dawk b'edukazzjoni post- sekondarja fejn 11% biss minn dawk li attendew l-Università kienu mħassba dwar l-immigrazzjoni, problema li ssemmiet f '29% ta' dawk b'edukazzjoni post- sekondarja però kienet inqas fost dawk b'edukazzjoni primarja u sekondarja. Din il-kwistjoni baqgħet fuq nett tal-lista tat-tħassib tal- votanti Laburisti b'29% u 31% ta' dawk li vvutaw PN 11% biss minn dawk li attendew l-Università kienu mħassba dwar l-immigrazzjoni EVARIST Bartolo, il- Ministru tal-Edukazzjoni kellu tnaqqis ta' sitt punti fil-klassifikazzjoni. Minkejja dan, xorta waħda Bartolo kien l-aktar ministru popolari fost il-ministri tal- kabinett fl-istħarriġ, flimkien mal-Ministru tat-Turiżmu, Edward Zammit Lewis. Dan wara li l-istess Ministru Bartolo affaċja diffikultajiet fis-sajf li għadda dwar il-ftuħ ta' SkolaSajf li damet biex tiftaħ flimkien mal-problemi tas-soltu tal-ftuħ tal-iskola f 'Ottubru. Evarist Bartolo kien ukoll il-ministru li l-aktar ġab voti ta' popolarità mal-votanti tal-PN, li kienu 31% tagħhom li qalu li l-prestazzjoni tiegħu kienet waħda pożittiva. Fl-istess waqt, Bartolo akkwista xi punti fost il-votanti Nazzjonalisti waqt li naqqas minn fost dawk Laburisti. Fost il-votanti tal- PN, kienu l-Ministru Zammit Lewis u l-Ministru Bonnici li kklassifikaw fit-tieni u t-tielet post rispettivament. Edward Zammit Lewis u Owen Bonnici l-aktar li tellgħu punti ta' appoġġ mal-elettorat, dan hekk kif dawn iż-żewġ eks segretarji parlamentari li spiċċaw ministru ġabru aktar minn 50% kull wieħed. Dan deher fi stħarriġ li sar mill-MaltaToday il-ġimgħa li għaddiet. Dan xorta waħda juri li l-Ministru tat-Turiżmu preżenti ġabar ħames punti inqas mill-eks-Ministru Karmenu Vella li okkupa din il-kariga qabel Zammit Lewis li kien irnexxielu jiġbor 56% tal-appoġġ u dan anke jekk Zammit Lewis qed igawdi minn staġun ta' turiżmu rekord. Il-Ministru tal-Ġustizzja, Owen Bonnici fl-aħħar ftit xhur għamel ħidma kbira fejn għandha x'taqsam ir-riforma fis-sistema ġudizzjarja u l-proposta ta' bdil fuq diversi liġijiet bħal dawk relatati mad-droga li jwasslu għad- dekriminalizzazzjoni tal-użu ta' xi drogi. Il-popolarità ta' dan il-Ministru ma ġietx affetwata anke jekk kien involut f 'każ il- Qorti dwar negliġenza li wassal għal inċident ta' traffiku, li fih ġie meħlus minn kull akkuża. Deher tnaqqis kbir fl-appoġġ għall-Ministru tat-Trasport, Joe Mizzi fejn irreġistra tnaqqis ta' 26 punt minn fost il-votanti kollha, b'33 minn fost dawk Laburisti. B'hekk, Mizzi issa ħa post il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo bħala l-anqas ministru popolari fost il-ministri kollha tal-kabinett. Dan kapaċi wasal minħabba l-konġestjonijiet akbar ta' traffiku u l-fatt li t-trasport pubbliku kompla jaqbad it-triq tan-niżla. Dawn il-problemi kkontribwew għall-waqgħa tal-Ministru Mizzi mit-52% tal-voti pożittivi li kellu fi Frar. Il-Ministru tal-Enerġija Konrad Mizzi li mal-portafoll li kellu ngħata dak tas-saħħa wara r-reshuffle għadu b'persentaġġ għoli ta' 45% li però hi ferm 'il bogħod minn punti ta' approvazzjoni li kellu fi Frar li għadda fejn laħaq it-58%. Dan it-tnaqqis deher fl-istess żmien li l-Ministru ħabbar li l-Gvern ma kienx se jlaħħaq ilesti l-impjant tal-power station sa Marzu li ġej u b'hekk ma jżommx mal-wegħda elettorali tiegħu. Meta mqabbel mal-appoġġ li kien jirċievi l-eks-Ministru tas-saħħa Godfrey Farrugia, Bartolo fuq nett,

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 November 2014