Illum previous editions

illum 9 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/413178

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

Chucky Bartolo L-idea li nippremjaw persuni li ħadmu għal ġid tal- komunità LGBTI, (eżempju għax- xogħol kollu li sar għall-ugwaljanza), hija waħda tajba ħafna. Anzi, jiena naħseb li f 'dawn iż-żminijiet ta' bidla, ir-rikonoxximent tax-xogħol li qed isir minn wara l-kwinti għandu jkun ta' importanza. Madankollu qed jidher ċar li dawn l-LGBTI Awards mhumiex se jkollhom il-prestiġju li ħaqqhom. Minflok se jkollna kompetizzjoni tal- popolarità, fejn ix-xogħol tant importanti ta' ċertu nies qed jiġi mħallat mal-isbaħ proponiment. U anka jekk ninsew għall- mument li dan l-avveniment qed jiġi deskritt bħala "Eurovision style" (li hija ħaġa diffiċli li tinsiha) il-fatt li Charles Scicluna ġie nominat wara li ħadem b'mod estensiv kontra l-ugwaljanza, juri ċar kemm dawn l-unuri mhumiex hemm biex jirrikonoxxu lil dawk li ħaqqhom. Paul Caruana Turner Hekk kif kont qed nifli l-lista tal-ismijiet tan- nominati quddiemi nagħraf għadd ta' nies li kkontribwew u ħadmu bis- sħiħ fil-mixja biex ksibna l-ugwaljanza jew id-dritt taż-żwieġ ċivili. L-iktar li jolqtuni huma Gabi Calleja, Neil Falzon, Luisa Tolu u Mina Tolu li bla dubju tistħoqqilhom in- nomina. Minħabba li ftit jew wisq ħdimt ma' dawn in- nies nista' naħlef għad- dedikazzjoni tagħhom u ferħan li x-xogħol siewi li jagħmlu qed ikun rikonoxxut. Fr Montebello wkoll inħoss li kienet tistħoqqlu n-nominazzjoni għax ħadem għal ħafna snin biex tinkiseb l-ugwaljanza. Bħala reliġjuż kienet tkun eħfef għalih kieku ma esprima l-ebda opinjoni pubblika fuq il-biċċa, imma għall-kuntrarju, qatt ma beża' jistqarr fehemtu. Mill-banda l-oħra urtani daqsxejn l-isem tal-Isqof Charles J Scicluna fuq il-lista. Dan kien sa mill-bidu jisħaq li ż-żwieġ ċivili m'hemmx postu fis- soċjetà Maltija. Imma forsi xi ħadd ried jinnominah biex jiċċajta… Keith St. John Personalment ma naqbilx mad- deċiżjoni tal-MGRM li jinnominaw membri tal-Knisja, imma minn naħa l-oħra hija wkoll pass għaqli biex l-MGRM u l-Knisja jinsew id-differenzi bejniethom u jaħdmu flimkien b'risq il-komunità LGBT, li ħafna minnhom huma Kattoliċi. Meta l-Isqof irrifjuta din in-nomina tilef kull ċans li juri li hu lest biex jimxi 'l quddiem u verament jaċċetta lil kulħadd fi ħdan il-Knisja. Sinead Mayler Jiena bħala tfajla eterosesswali ma nistax nifhem kif l-Isqof m'aċċettax li l-komunità LGBTI għamlitlu għall- unur. Kieku jiena kont hu, kont inkun ferm sodisfatta u kuntenta li s-soċjetà LGBTI jixtiequ jinnominawni għal dan l-unur. Irridu naċċettaw li din hija s-sena 2014, l-affarijiet qed jinbidlu u ma jistax ikun nibqgħu qisna għadna nistħu nirrapreżentaw lil kulħadd. Il-Ħadd 09 ta' Novembru 2014 | illum 11 Programm Operattiv II – Politika ta' Koeżjoni 2007-2013 Insaħħu Ħilitna għall-Aktar Impjiegi u Kwalità ta' Ħajja Aħjar Sejħa parzjalment iffinanzjata mill-Unjoni Ewropea Fond Soċjali Ewropew (FSE) Rata ta' Ko-finanzjament: 85% Fondi UE; 15% Fondi Nazzjonali Ninvestu fil-futur tiegħek SEJĦA GĦAL STIMI Kiri ta' post biex tiġi organiżżata konferenza ta' ġurnata għall-uffiċjali pubbliċi Ref: OPM/MEU/03/2014 Ippublikata: 07 November 2014 Kjarifikazzjonijiet isiru sa: 12 November 2014 (10.00am) Sejħiet għandhom jiġu sottomessi sa: 17 November 2014 (12.00pm) Management Efficiency Unit Office of the Prime Minister Id-dokument relevanti jista' jinkiseb mis-sit elettroniku www.cafmalta.gov.mt jew billi tintbagħat talba permezz tal-posta elettronika fuq: caf.opm@gov.mt tiddistakka ruħha mill-komunità LGBTI Sportiv Luke Dimech Sue Abela Umanitarju Gabi Calleja Neil Falzon Mix-xena tal-ispettaklu Joseph Calleja Ira Losco Reliġjuż Bishop Scicluna Fr. Mark Montebello Politiku Helena Dalli Joseph Muscat Ġurnalist Raphael Vassallo Ariadne Massa Min jimpjega NetEnt Radisson Hotels Proponiment Darren Anthony Galea Beverley Abela Student Mina Tolu Luisa Tolu Ġenitur Mr & Mrs Leslie Sammut Angele Licari In-Nominati

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 November 2014