Illum previous editions

illum 9 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/413178

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

12 illum | Il-Ħadd 09 ta' Novembru 2014 Għawdex jiġbed iktar turisti 830 turist fuq żewġ cruiseliners f 'jumejn KULL min żar Għawdex nhar il- Ħadd seta' jara ankrat barra l-port tal-Imġarr cruise liner differenti mis-soltu. L-MV Windsurf hu cruise liner bil-qlugħ ukoll u dawk il- pilastri għoljin jagħmluh spettaklu fih innifsu. Mhux xi cruise liner mill-kbar nett, però jekk wieħed jara fir- ritratt id-differenza li hemm bejn iż-żewġ daqsijiet tal-cruise liner u tal-vapur tal-Gozo Channel, tista' tara d-differenza kbira li hemm, fejn il-Gozo Channel jidher qisu dgħajsa ċkejkna mqabbel mal-MV Windsurf. Dan il-cruise liner li dam ġurnata u lejl ankrat barra l-port ta' Għawdex ġab lejn Għawdex 310 passiġġier. L-għada t-Tnejn x'ħin ħarist mill-gallarija tiegħi li ġġib il-port tal-Imġarr faċċata, rajt cruise ship mingħajr pilastri. Kien inbidel. Daħal l-MV Deutschland, vapur ikbar din id- darba tefa' f 'Għawdex 520 passiġġier. Fil-port kien hemm attività kbira, taxis, mini buses, kowċis, safari jeeps, muturi quads, kollha jaqsmu dan il-ġid li ġabu magħhom dawn it- turisti li kulfejn tħares dawk il-jumejn kien hemm minnhom iżuru l-aktar postijiet imfittxija mill-barranin, iżuru villaġġi u postijiet fejn isir ikel tradizzjonali Għawdxi, xi kafetteriji u anke xi ristoranti li kienu ferm 'attivi' f 'ġimgħa fejn is-soltu Għawdex ikun vera kwiet. Dan il-fatt żgur li jkompli jsaħħaħ il-ħolma tal-ministeru ta' Għawdex u l-Għawdxin innifishom li fl-aħħar l-imbierek cruise terminal jitlesta, ħalli jkun hemm iżjed minn danw il-cruise ships u akbar. Għax ħa ngħiduha kif inhi li tkun ankrat bejn tliet gżejjer hi xena spettakolari rari għal turisti li mhux imdorrijin bi spettaklu ta' tliet gżejjer imdawwar b'baħar kaħlani. John Busuttil illum@mediatoday.com.mt 'NEĦDUK Għawdex' hu l-isem ta' skema għall-anzjani maħluqa mis-Segretarju Parlamentari għall- anzjanità, l-Għawdxija Justyne Caruana bil-kollaborazzjoni mal- GTA (Gozo Tourist Authority) L-għan ta' din l-iskema hi li tħajjar anzjani residenti Maltin li jżuru Għawdex għal erbat ijiem bl- opportunità li joqogħdu f 'lukanda li jagħżlu huma b'offerti speċjali u fl-istess ħin tkun qed tiġi promossa l-kultura Għawdxija. Hi wkoll promozzjoni għal Għawdex li hu post trankwill fejn l-anzjani jistgħu jqattgħu erbat ijiem għall-kwiet u l-paċi. F'dawn l-erbat ijiem magħżula mill-istess anzjani bejn nhar ta' Tnejn u l-Ħamis ikun hemm programm sħiħ li jinkludi li żżur il-villaġġ tal-artiġġjanat Għawdxi, il- mużew ta' Karmni Grima fl-Għarb, is-santwarju ta' Pinu, il-mużew marittimu tan-Nadur, ir-Rotunda tax-Xewkija, il-villaġġ tal-ikel ta' Magro fix-Xewkija, mixjiet, tombla u ħafna attivitajiet oħra, li jkunu mmexxija minn tour leader tal-post. Il-lukandi f 'din l-iskema huma: Tal-Ħames Stilel - Ta' Ċenċ Hotel u Kempinski Hotel Ta' Erba' Stilel - Hotel Calypso, Grand Hotel, Cornucopia Hotel u St Patricks Hotel Ta' Tliet Stilel - Downtown Hotel, Xlendi Resort & Spa Il-prezzijiet jibdew minn €174 ta' 4 ijiem full board fi 3 star sa €397 f 'kamra waħdek f 'lukanda ta' 5 stilel, inkella €337 f 'kamra doppja f 'lukanda ta' 5 stilel. Min jinteressa ruħu għandu jikkuntattja lil GTA fuq 27565171 jew jibgħat imejl fuq gtagozo@ onvol.net Erbat ijiem ta' xalar għall-anzjani f 'Għawdex Il-Gozo Channel kien jidher qisu dgħajsa ċkejkna mqabbel mal-MV Windsurf

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 November 2014