Illum previous editions

illum 9 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/413178

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 09 ta' Novembru 2014 | illum 13 66 sena ilu f 'Għawdex seħħet l-agħar traġedja tal-baħar li wasslet biex 24 persuna tilfu ħajjithom waqt il-vjaġġ traġiku bejn Malta u Għawdex fit-30 ta' Ottubru tal-1948. Din id-diżgrazzja, li hija l-ikbar traġedja li seħħet f 'Għawdex wara t-Tieni Gwerra Dinjija, ġrat meta luzzu mgħobbi bil-passiġġieri, fosthom żewġ pulizija u mara, flimkien ma' żewġ membri tal-ekwipaġġ, kienu telqu mill-Marfa għal Għawdex minkejja l-maltemp u l-baħar qawwi. Minn dak it-traġitt, li ntemm ħesrem qrib il-bajja ta' Ħondoq ir-Rummien, wara li l-luzzu nqaleb bil-mewġ qawwi, kienu biss erba' passiġġieri li rnexxielhom isalvaw billi għamu sal-kosta. Din it-traġedja ġiet ikkommemorata waqt ċerimonja ppreseduta mill- Ministru għal Għawdex Anton Refalo abbord il- vapur MV Gaudos. Saret ċerimonja qasira fuq l-istiva tal-vapur, fejn il-Ministru Anton Refalo, flimkien ma' mistednin distinti u qraba ta' wħud mill-vittmi, tefgħu l-fjuri fil-baħar fil-post fejn seħħet it-traġedja, bħala sinjal ta' tifkira u rispett. ILKAF (Kempo Arnis Federation) li hi federazzjoni ta' arti marzjali, il-ġimgħa l-oħra temmet b'suċċess il-kamp ta' taħriġ annwali fil- Gozo Sports Complex, Għawdex. Dan il-kamp kien jikkonsisti f 'seminars, sessjonijiet taż-żgħażagħ, klassijiet għall-għalliema ta' dan l-Isport, testijiet biex biex wieħed jitla' fil-grad u fil-kulur taċ- ċintorin. Is-sessjonijiet kollha kienu mmexxija mix-Shihan Borut Kinci li hu Black Belt 7th Dan fundatur u għalliem tal-ogħla grad tal-KAF u jħarreġ lill-militar Sloveni u l-forzi speċjalizzati tas- Slovenja. Għal dan il-kamp ta' din is-sena attendew erba' membri mis-Slovenja u ħamsa mill-Ġermanja. Attendew għal dan il-Kamp madwar 80 atleta li kien suċċess kbir għal din il- federazzjoni Maltija. KAF Malta Team qed jipprepara biex jattendi l-kamp tar-rebbiegħa li se jsir Novo Mesto, is-Slovenja u se jikkompeti għal kampjonat Nazzjonali tal- Arnis f 'Marzu li ġej. L-Anniversarju tat-traġedja bejn il-gżejjer 80 atleta jattendu kamp tat-taħriġ tal-Kempo Serquli l-karozza, ma, ma, ma Jien ma nafx. Imma veru ħnieżer u bla qalb dawk li serqu l-karozza Pajero li għandha, 14-il sena ta' Joseph Calleja. Imma kif kont qed inħarbex dawn il-kliem bdejt nhewden… imma dan Calleja ma wasalx iż-żmien li jixtri karozza oħra. Wara kollox meta fittixt sibt li s-Sur Calleja jagħmel flus mhux ħażin: London Simon Boccanerga għamel €43,448 u l-kunċert ta' Malta ma' Cocciante ħa €80,000 fl-2011. Għandi nifhem kollox iddikjarat… Somma żgħira tafux għat-talent kbir tal-eroj tagħna. Insomma mhux sew noqgħod nikxef. Ara kieku kont l-Italja, u kxift ta' Pavarotti dak ma jimpurtax. Imma Malta le. Jien lil Calleja ntih parir, ikklemja l-insurance tal-Pajero xiħa u ixtri karozza sexy bħal ma għandu Hugo ta' Paceville. Il-giddieba tal-Pinne Le l-kerha tal-Bidnija, ivvintat li Konrad Mizzi u Lindsay Gambin 'we're having it off ' kif jgħid l-Ingliż. Issa tgħiduli għalfejn għandi nemmen lil dik il-kerha u mhux lil Konrad. Għax waħda hija kerha, għandha l-warrani kbir, titfa' l-platti, tikteb għas-Sur Pierinu Portelli u tilgħaq il-Pinne u tħobb tiekol barra wisq. Le, mhux għalhekk, il-vera raġuni hi għax hija persuna li tobgħod u tgħir u tivvinta, bl- Ingliż il-kelma għalija hi 'malicious gossiper.' L-istess kliem li tuża meta tirribatti akkużi serji fil-konfront tagħha. Imma biex tkunu tafu l-vera raġuni li qed issir aktar kattiva hija għax għandha l-faħam miblul. L-uniku salvazzjoni tagħha hi li l-maġistratura tibża' minnha. Eħħ imma mhux jien! Ir-Ranier Mela smajt ir-Ranier Fsadni f 'dik il-konferenza dwar il-free speech fl-Università organizzata minn Joe Friggieri. Eħħ. Kemm hu ħelu, mela spiċċa faħħar lil dik il-kerha li mhux kumbinazzjoni kienet preżenti flimkiem ma' Petra Bianchi fil-konferenza. Issa, dan Ranier ovvjament tkellem hekk għax jaf li dik il-kerha qisha żiemel li titfa' l-platti jħobbu l-istess partit politiku. Ovvjament tal-Pinne. Irid forsi jiftakar li kieku Ranier twieled taħt stilla differenti jiġifieri twieled Burmarrad, u ma kienx ġej minn familja Nazzjonalista tas-Serraċin Inglottijiet u kien waħdu bħal mhu, mingħajr mara u tfal, dik il- kerha kienet tikteb u tħarref fuq is-sesswalità tiegħu u fuq l-orjentazzjoni sesswali tiegħu. U dan kollu għax hu Laburist. Imma għal grazzja tal-ħanin Alla, Ranier mhux Laburist imma Nazzjonalist. Ole. L-aggressività ta' Xmun Ma ħadtx gost nara l-aggressività ta' Xmun Busuttil ma' Reno Bugeja fuq TVM. Xillostra qed itih. Għalfejn qed ikun daqstant pastaż. Mela tajba, jikkummenta dwar miljun ewro mill-fondi tal- UE għal Villa Francia mbagħad meta Reno Bugeja urih kemm kien nefaq Gonzi fuq Francia, qallu għalfejn qed tkellimni fuq Villa Francia. Jien ma nafx imma dan Xmun għandu ftit diċenza?? Jien naf x'qed jipprova jagħmel. Qed jipprova jitfa' lil Reno Bugeja f 'kaxxa biex mingħalih jpinġih bħala wieħed partiġġjan. Kemm aħna bħaħan. Il-Poodle din il-ġimgħa ma kienx disponibbli u se jerġa' jkun magħkom mill-iktar s possibbli Jekk tara xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk tara lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil-mowbajl. Ibgħat lil poodle@mediatoday.com.mt Il-poodle isejjaħ … Il-Pajero ta' Calleja Ritratt sabiħ tal-porta voce tal-Pinne Ranier jixtieq li kien Laburist I am Xmun Il-Ministru flimkien ma' qraba u mistednin distinti tefgħu fjuri fil-baħar

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 November 2014