Illum previous editions

illum 9 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/413178

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

14 illum | Il-Ħadd 09 ta' Novembru 2014 Q għadna bilqiegħda f 'mejda ċkejkna mdawrin mal- kotba tal-librerija/ kafetterija u bdejna niddiskutu l-aħħar ktieb ta' Joe Mifsud li hu studju investigattiv li ħadlu snin biex għaqqdu dwar ir-rabta tat-terroriżmu u l-gżira ċkejkna tagħna. Iżda lanqas ilħaqna ftaħna l-ktieb li d-diskors ma darx fuq aspetti oħra ta' Joe Mifsud. Mifsud il-politiku, Mifsud il-ħabib tal- Isqof Grech, Mifsud il-ġurnalist u Mifsud l-opinjonista. L-ewwel argument waqa' fuq il-każ ta' Fr Charles Fenech fejn Joe qal, "Akbar int akbar hemmek. Fil-ħajja tiegħi bħala ġurnalist, avukat, fl-isports u l-politika rajt ħafna nies jitfarrku u jkollhom fallimenti fil-karigi u l-familji tagħhom u dawn kollha jiġu minn tliet elementi li jwasslu għal din il- qerda, nisa ta' ħaddieħor, xorb bla rażan u r-rgħiba għal-flus." Dwar il-każ ta' Fr Charles Fenech, Mifsud qal li b'dak li qara weġġgħu bħala persuna li jifforma parti mill-Knisja, "u anke jekk dan il- każ ma nafx x'se jirriżulta minnu diġà ħalla ġerħa fuq il-Knisja. Il-fatt li qed jingħad li r-Response Team ħa tmin snin biex jiġġudika l-każ mhux aċċettabbli. Każijiet bħal dawn għandhom jinstemgħu b'urġenza, ħalli fi żmien qasir issir ġustizzja mal-vittma u mal-persuna implikata. "Patri Charles Fenech irid iwieġeb quddiem il-qrati Maltin għall- akkużi li hu ffaċċjat bihom fejn hawn hu preżunt innoċenti qabel jinstab ħati, iżda Patri Fenech irid iwieġeb ukoll quddiem Alla u quddiem il-Knisja wkoll ta' għemilu mingħajr ma nasal għall- ebda konklużjoni. Hu ta' interess tal-Knisja li jkun hemm deċiżjoni malajr ħa tibda titfejjaq il-ġerħa. "Dwar li l-istorja ħarġet fil-mezzi tax-xandir, naqbel magħha anzi naħseb li damu ma xammewha la Fl-2009 iddeċidejt li nitlaq "In-nisa, ix-xorb u r-rgħiba għal us huma t-triq tal-falliment" Iltqajt ma' Joe Mifsud l-pjazza tan-Naxxar fejn imkien mal- fotografu tagħna, ġejna oruti cappuccino bnin minn sid il- kafetterija lwaqt li stkennejna mix-xita nieżla bla ħniena. Suppost kellna nqattgħu nofs siegħa imkien imma meta tiltaqa ma' persuna bħal Joe Mifsud id- djalogu u r-rakkonti ma jintemmu qatt. Għax Mifsud barra li hu ġurnalist għandu opinjoni fuq kollox u żgur li din l-intervista mhix waħda faċli biex inwassalha -iqsar spazju possibbli. John Busuttil illum@mediatoday.com.mt Joe Mifsud Mosti jgħix in-Naxxar 46 sena, miżżewweġ lil Marija Kien ġurnalist mas-Super One, President taż-żgħażagħ Laburisti u segretarju Internazzjonali tal-Partit Laburista għal 5 snin. Ikkontesta l-elezzjonijiet mal-partit Laburista tal-1996 u 1998 fejn f 'okkażjoni waħda ma telax għal erba' voti. Għaxar darbiet ippremjat bħala ġurnalist tas-sena, darbtejn minnhom tal-awtorita tax-Xandir. Ippubblika għaxar kotba bl-aħħar wieħed 'Terror's Footprints' l-uniku wieħed bl-Ingliż Ritratti: Ray Attard

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 November 2014