Illum previous editions

illum 9 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/413178

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 35

Il-Ħadd 09 ta' Novembru 2014 | illum 17 Minn paġna 1 FLITTRA, tkellmu dwar il-fatt li l-ħajja dejjem togħla waqt li l-ħaddiem dejjem jiġġieled biex ilaħħaq bil-paga li għandu. Hawn jikkritikaw lill- Gvern għaliex "jibża' juża kliem bħal żieda fil-paga minima u tqassim aħjar ta' ġid" waqt li huma jipproponu li l-Gvern jieħu aktar mingħand min għandu, biex jingħata lil min m'għandux. Huma akkużaw li bil- mod ta' kif il-Gvern jitkellem dwar l-abbużi li huma aktar assoċjati ma' nies li jiddependu mis- servizzi soċjali, ikun qed iżidu l-istigma fuq dawk li jiddependu minn dawn is-servizzi. Dan waqt li ħafna abbużi jsiru minn membri ta' kategoriji oħra tas-soċjetà, bħalma huma n-negozjanti u l-professjonisti. Fejn għandha x'taqsam l-edukazzjoni, dawn il- ħassieba u kittieba esprimew li għalkemm jemmnu li edukazzjoni tajba hi importanti, jħossu li l-Gvern qed jitfa' wisq piż fuq l-edukazzjoni u "jġiegħel lil min jaħseb li l-edukazzjoni tista' ssolvi l-problemi soċjali kollha." Tema oħra li ssemmiet fl- ittra kienet dik tal-ambjent u l-bini fejn il-Gvern ġie akkużat li jrid jogħġob lill- ispekulaturi tal-industrija tal-bini għax qed "jillaxka r-regoli marbuta mal- ambjent" u fl-istess waqt, il-prezzijiet tal-bini mhux jonqos b'konsegwenza li n-nies jkunu sidien ta' djarhom tard f 'ħajjithom. Finalment, tkellmu dwar is-saħħa u wrew it-tħassib tagħhom li f 'xi każi, din m'għadhiex fil-fatt b'xejn għaliex ħafna spiċċaw ibatu biex iħallsu għal viżti u l-kura privata. Temmew l-ittra billi sostnew li huma fiduċjużi li din hija l-fehma ta' bosta u fl-istess waqt jittamaw li l-Gvern jerġa' lura lejn għeruqu fejn jitfa' bħala prijorità l-valuri oriġinali: "l-ġustizzja soċjali u l-wens lejn min hu l-aktar fil- bżonn". L-ittra ġiet iffirmata minn 26 ħassieb u kittieb xellugi: Joseph Bartolo, George Busuttil, Colin Calleja, Raymond Camilleri, Bernard Cauchi, Ruth Cauchi, Jacqueline Chircop, Louise Chircop, David Cuschieri, Antonio Dato, Catherine Dato, Joseph Gravina, Michael Grech, Peter Mayo, Sammy Meilaq, Alfred (Freddie) Micallef, Charles Miceli, Karmenu Mifsud Bonnici, Chris Mizzi, Fr. Mark Montebello, Erica Schembri, Fr. Angelo (Dun Anġ) Seychell, Mary Grace Vella, Ġwann Xerri, Raymond Zahra, Anna Zammit. Ittra ffirmata minn 26 kittieb u ħassieb L-Amministrazzjoni tal-Kurja L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 300 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew imejl illum@mediatoday.com.mt irċevejt biss biljett bl-Ingliż: "His Grace the Archbishop acknowledges receipt of your letter dated 20.04.2012" fuq il-firma ta' Fr Mario Camilleri - Segretarju. F'Mejju 2013 ktibt lill-Kurja fuq suġġett ieħor. Sal-lum la rikonoxximent u lanqas tweġiba. Fit-28 ta' Lulju 2014 ktibt bil-Posta Reġistrata u erġajt elaborajt fuq dak li kont ktibt f 'Mejju 2013. Bagħat ukoll kopja tal-ittra ta' Mejju 2013. Sa issa silenzju assolut. Nirrepeti dak li għidt fil-bidu. Il-kritika tiegħi hi għal dak li tolqot l-amministrazzjoni negattiva tal-Kurja. Nittama li l-messaġġ jasal u ma niftiehemx ħażin. Karmenu Mifsud Bonnici u Patri Mark Montebello kienu fost il-firmatarji "Il-Gvern qed jillaxka r-regoli marbuta mal- ambjent"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 November 2014