Illum previous editions

illum 9 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/413178

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

Il-Ħadd 09 ta' Novembru 2014 | illum 21 Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Imejl: illum@mediatoday.com.mt F 'dawn l-aħħar ġimagħtejn rajna persuna tgħaddi ġuri mill-mezzi tax-xandir. Fejn il-ħati ġie preżunt ħati qabel deher il-qorti. Għax din id-darba l-prosekutur kienu l-mezzi tax-xandir elettroniċi, televiżivi u dawk miktuba lwaqt li l-ġurati kien il-pubbliku fejn għax inzerta l-imputat jilbes ċoqqa allura m'hemm l-ebda dubju, ħlief li hu ħati. Ix-xhieda ħadu l-ġurament u qalu tagħhom ukoll. Filwaqt li kien hemm anke min għamel bħal Pilatu u ħasel idejh minnu. Tgħid għax kien patri? U dan kien wiegħed lil Mulej li jagħtih ġismu u ħajtu u f'xi ħin reġa' darlu? Jiġifieri raġel li fiż-żwieġ iwiegħed imħabbtu u lealtà lejn martu (jew viċi versa) hi wegħda differenti? Kos hux! Imma kif il-patrijiet biss jistgħu jiltaqgħu ma' nisa li jkunu għaddejjin minn mumenti psikoloġiċi diffiċli u jabbużaw minnhom? Kif l-irġiel l-oħra li ma jilbsux ċoqqa ma jagħmlux hekk hux? Għax naħseb kieku ttellgħu l-qorti hux vera! Forsi wieħed jgħid imma dan wettaq sess vjolenti. Jista' jkun għax f'din il-gżira ċkejkna mimlija ipokrezija grassa s-sess vjolenti jeżisti biss fil-ktieb '50 shades of Grey' li kien suċċess kbir f'Malta. Is-sess vjolenti jinsab biss fuq il- porno films fejn jingħad li Malta tinsab fuq quddiem fejn jidħlu nies li kultant jagħtu daqqa t'għajn lejn dawn is-siti. Kien biss il-patri li qed jiġi akkużat b'sess vjolenti għax l-oħrajn jarawh u jiffantasizzawh biss u dan l-imsejken qed jingħad li pruvah. Allura min taħsbu li żbalja, l-ġurnalist li kixef l-għawar tal- patri u li tefa x-xhieda tal-allegati vittmi fuq is-siti elettroniċi? Jew min wettaq dak li suppost qatt m'għamel u abbuża mill-fiduċja li dik iċ-ċoqqa toffri lil min hu vulnerabbli? Dan kien l-argument ta' dawn il- ġimagħtejn fuq il-mezzi tax-xandir, fil-ħwienet, fid-djar u fil-bars. Min jaqbel mal-patri (li kienu ftit ħafna) u min qabel mal-ġurnalisti. Għax il-poplu għandu dritt jkun jaf dak li jwettaq persuna pubblika. Wara kollox li tkun persuna pubblika tiġi magħżula mill- istess persuna. Jekk int tagħżel li ssir ministru, kap ta' partit, arċisqof, patri jew saċerdot li tmexxi movimenti jew għaqdiet, preżentatur, kantant ta' fama, attur famuż, atleta ta' suċċess... l-għażla hi f'idejk. Int li tkun għażilt li tbiegħ il-privatezza tiegħek. Min jagħżel ħajja pubblika u ħajja famuża jkun qed iċedi għal ħajja privata. Ma tistax tirraġuna li hemm il-ħajja pubblika u l-ħajja privata. Ħajja hi waħda u ma tinqasamx, l-għażla jekk tridiex privata jew pubblika hi f'idejk. Iżda jekk tagħżel il-fama u l-pubbliċità trid tara li ġġorr ir- responsabilità li ġġib warajha din il-ħajja. Mela f'dan il-każ is-sikkina qed turi li taqta' miż-żewġ naħat. Jekk int trid ħajja sperikolata u ta' taħwid oqgħod 'il bogħod mit-tlellix tal-mezzi tax-xandir. Min-naħa l-oħra l-mezzi tax- xandir għandhom id-dover li twassal dak li tkun taf dwar persuni pubbliċi, speċjalment meta dak li jirrapreżentaw ikun ifisser irwol ta' fiduċja assoluta. Għax ma tistax tuża ċ-ċoqqa biex tiġbed lejk nies vulnerabbli mbagħad tieħu vantaġġ minnhom. Bħalma ma tistax tmur titkellem dwar il-valur tal-familja mbagħad tmur tiġi ma' dik jew mal- oħra. Bħalma ma tistax tkun kontra xi tip ta' unjoni ċivili, imbagħad ikollok relazzjoni omosesswali. Bħalma ma tistax tmur tipprietka favur il-ħajja u kontra l-abort u meta tiġi xi problema fuqek tara kif tagħmel biex tgħatti xi dnub li jkun sar bil-moħbi. Akbar m'int, akbar hemmek. Mela min jiżbalja ma jwaħħalx f 'min kixfu iżda jħabbat fuq sidru u jgħid Mea Culpa....Mea Culpa... Mea Culpa...Mea Culpa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 November 2014