Illum previous editions

illum 9 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/413178

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 35

Il-Ħadd 09 ta' Novembru 2014 | illum 23 JEAN PIERRE CASSAR jpcassar@mediatoday.com.mt Kif tiddefenixxi lilek innifsek? Għalkemm ma tantx nemmen fid-definizzjoni għax nemmen li persuna tista' tinbidel, jiena persuna li nħobb il-varjetà, il- bidla, l-ugwaljanza, il-ġustizzja u l-individwalità. X'kienu l-ħolm tiegħek meta kont żgħir… irnexxielek tiksbu? Meta kont żgħir kelli ħafna ħolm u għad għandi ħafna ħolm. Nemmen li l-ħolm jagtik il-forza biex taħdem għal dak li trid. Mingħajr ħolm neżistu biss u ma ngħixux. Ħafna mill- ħolm ta' tfuliti kont iffortunat li wettaqthom: li nsir avukat, li neħles mill-mistħija tiegħi (kont mistħi ħafna), li nsiefer ta' spiss f 'postijiet differenti, li nkun indipendenti. Il-ħolm li għandi bħalissa qed naħdem fuqu! X'inhi l-opinjoni tiegħek dwar l-istituzzjonijiet edukattivi u t-tagħlim li nirċievu fihom meta mqabbla mat-tagħlim li tagħtik il-ħajja? Nemmen li l-edukazzjoni formali hija importanti għax biha titgħallem dak li għandek bżonn biex timxi fil-karriera tiegħek. Però, it-tagħlim tal- ħajja hija ferm importanti wkoll. Hemm ħafna nies li rnexxew fil-ħajja mingħajr tagħlim formalistiku, jew saħansitra, f 'qasam li ma studjawx għalih u dan għaliex ikunu jafu x'għandhom jagħmlu. Hemm ħafna nies li huma bravi fl-iskola formalistika, però ma jirnexxux fil-ħajja għax ma jkunux jafu jimplimentaw dak it-tagħrif fil-ħajja ta' kuljum. B'hekk nemmen ħafna li s-sistema edukattiva għandha tinkorpora kemm l-element formali kif ukoll l-element prattiku. Barra minn hekk, il-ġenituri għandhom irawmu lil uliedhom sabiex ikunu kapaċi jfendu għal rashom. Kemm ilek timmuddella? Bdejt ta' 15-il sena, jiġifieri 19- il sena ilu. Però kont waqaft ftit waqt l-istudju. Kif tista' torbot l-immuddellar max-xogħol tiegħek? L-immudellar huwa forma ta' reċtar għax għal dak il- mument trid tkun t-tip ta' persuna li l-klijent irid. B'hekk naħseb li l-immudellar jista' jintrabat f 'kollox għax trid tkun kapaċi tadatta għas- sitwazzjoni li qiegħed fiha u ttik il-kunfidenza. Meta tkun qed tinnegozja xi kuntratt, trid tkun kapaċi tikkonvinċi lill-parti l-oħra tagħtik dak li trid. X'inhi d-definizzjoni ta' mħabba għalik? Naħseb li l-imħabba hija meta taċċetta persuna oħra f 'ħajtek, b'mod amoruż jew le, bid-difetti kollha tagħha, kif ukoll bit- tajjeb, u ma tippruvax tbiddel dik il-persuna. Però, trid tibda milli tħobb lilek innifsek, int kif int, qabel ma tista' verament tħobb lil ħaddieħor. Il-bniedem għandu bżonn lil ħaddieħor biex ikun kuntent? 'No man is an island' però nemmen li l-kuntentizza tiġi minnek biss. Ħadd ma jista' jagħmlek kuntent, u l-ebda ammont ta' flus ma jagħmlek kuntent. Trid tkun int li tkun kuntent b'dak kollu li għandek. Fl-opinjoni tiegħek x'effett qed iħallu l-mezzi soċjali fuq is- soċjetà tal-lum? B'mod speċjali t-tfal? It-teknoloġija ġġib ħafna vantaġġi u l-progress li qed isir huwa ta' benefiċċju. Però, l-mezzi soċjali, jekk użati b'mod ħażin jistgħu jkunu ta' żvantaġġ. Ngħid hekk għax ninnota li l-mezzi soċjali joħolqu dinja fittizja, b'ħafna informazzjoni falza u jekk ma tkunx kapaċi tidentifikaha se tbati. It-tfal naħseb li jbatu l-iżjed għax wisq qed nara tfal u żgħażagħ moħħhom fil-mezzi soċjali, ma jintegrawx fis-soċjeta reali u jaħsbu li kull ma jaraw/ jaqraw fuq is-social media huwa minnu. X'inhi tough mudder? Fiex tikkonsisti? Xi preparamenti jsiru għaliha? Fejn issir? Minn fejn bdiet? Tough Mudder (www. toughmudder.com) hija sfida li ssir f 'bosta postijiet madwar id-dinja u li tinvolvi ġiri ta' bejn 18 u 21 km b'madwar 21 u 25 ostaklu. L-ostakli jinkludu taqbeż u togħdos fis-silġ, tiġri minn ġo cables tal-elettriku, titla' ħitan, taqbeż mill-għoli u bosta oħra. L-idea kienet ta' żewġ Ingliżi li jgħixu New York (avukat u entrepreneur) li riedu jagħmlu xi ħaġa differenti. B'hekk Tough Mudder bdiet fl-Istati Uniti, fejn hi kbira ħafna, u issa tinsab f 'ħafna postijiet l-Ingilterra, kif ukoll il-Ġermanja, Franza, Irlanda u Skozja. L-iskop ta' Tough Mudder mhuwiex li tirbaħ, infatti lanqas hemm ħin, għax din mhijiex tellieqa. Allura, l-enfasi huwa fuq l-isfida u li tgħin lil ħaddieħor. Hija atmosfera tassew sabiħa fejn wieħed jista' jisfida lilu nnifsu kif ukoll ikun parti minn grupp ta' barranin jgħinu lil xulxin. Preparamenti għaliha huma varji u dan jiddependi fuq il-livell ta' saħħa li wieħed għandu. Affarijiet bħal ġiri, u strength training huma bażiċi. It-tim tiegħi nħobbu mmorru Għajn Tuffieħa u niġru t-taraġ u nagħmlu l-eżerċizzju fuq ir-ramel. Hemm timijiet Maltin oħra li telgħu u dawn kollha marru tajjeb u kollha kellhom preparamenti differenti. L-importanti hu li tieħu pjaċir. Jien għamilt tlieta s'issa u bi ħsiebi nagħmel iżjed is-sena d-dieħla. Kull min jieħu sehem jista' wkoll jiġbor fondi għall-karità u l-karità tvarja skont il-pajjiż li tkun qiegħed fih. Xi ħaġa li tgħoġbok fis-soċjetà Maltija? L-għaqda u s-sens ta' għajnuna li nagħtu lil xulxin. Xi ħaġa li ddejqek fil-Maltin? Moħħ magħluq. Ħafna Maltin għadhom jgħixu b'mentalità antika u jien naħseb li dan huwa għax ma jsifrux u ma jintegrawx ma' kulturi barranin. Meta ssiefer huwa importanti li tesperjenza l-ħajja barranija u mhux toqgħod mal-Maltin biss. X'jiffrustrak? Moħħ magħluq, diżonestà, inġustizzja u nies li jabbużaw bil-pożizzjoni u s-sitwazzjoni tagħhom. X'ibikkik? Tfal ibatu. MATTHEW SALIBA għandu 34 sena u jaħdem bħala avukat ma' kumpanija barranija bbażata Malta. Kien irrappreżenta lil Malta f 'Mr World 2002 u klassi ka s-seba' post. Apparti minn hekk jilgħab ukoll ir-rugby. Ħames Minuti MATTHEW SALIBA għandu 34 sena u jaħdem bħala avukat ma' kumpanija barranija bbażata Malta. Kien Ħames Minuti ma' Matthew Saliba Ħames Minuti Ħames Minuti ma' Matthew Saliba ma' Matthew Saliba Ritratt: Bernard Polidano Matthew Saliba, waqt Tough Mudder

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 November 2014