Illum previous editions

illum 9 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/413178

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

Kummercjali www.gourmettoday.recipes 24 illum | Ħadd 09 ta' Novembru 2014 Wirt Artna u BOV ifakkru l-100 Anniversarju mill-Gwerra l-Kbira FONDAZZJONI Wirt Artna, flimkien ma' Bank of Valletta qed torganizza tmiem il-ġimgħa mimli attivitajiet marbuta mal-ewwel Gwerra Dinjija fil-Fortizza tar-Rinella fil-Kalkara sabiex tfakkar il-100 Anniversarju mill- Gwerra l-Kbira. L-attività li qed tiġi organizzata llum, il-Ħadd 9 ta' Novembru bejn l-10am u l-5.30pm se tinkludi wkoll l-isparar ta' kanun li jiżen 100 tunellata. Għal dan l-avveniment, il-Fortizza tar-Rinella se toħodna lura mitt sena. Il-viżitaturi se jkunu jistgħu jaraw trunċiera fuq skala oriġinali kif ukoll fildiferru mxewwek idawwar il-fortizza u 20 raġel liebes l-uniformi tal-armata Ingliża ta' żmien l-Ewwel Gwerra Dinjija. Fis-2pm se jkun hemm rappreżentazzjoni ta' xena waqt battalja tipika. Din l-attività se tkun akkumpanjata minn esebizzjoni ta' elmi militari li tkopri aktar minn elf sena ta' storja ta' lbies militari, il-wiri ta' kanun tat-tip Vickers 18-pdr li kien jintuża fi żmien l-Ewwel Gwerra, wirja interattiva fuq il-ħajja fit-trunċieri fi żmien l-Ewwel Gwerra kif ukoll taħditiet informattivi fuq l-armi u t-tagħmir ta' dik l-epoka. L-attività tħabbret minn Mario Farrugia, CEO ta' Fondazzjoni Wirt Artna u Michael Galea, Chief Officer, Operations ta' Bank of Valletta. "Għalkemm Malta ma kinitx involuta f 'azzjoni diretta, kellha rwol importanti matul l-Ewwel Gwerra Dinjija bi 30,000 ruħ involuti fil-gwerra minn popolazzjoni ta' anqas minn 200,000," qal Farrugia. "Malta ġiet imlaqqma bħala l-infermiera tal- Mediterran, iżda dan mhux biss. Kienu ħafna l-Maltin li ġew ingaġġati mar-Royal Air Force u r-Royal Naval Reserve, li ħadmu fil-ġbir tal- mini, fuq sottomarini u l-bini tal-vapuri." Il-Programm tal-Attività jikkonsisti f 'wirja tal-maskri tal-gass, eżerċizzji bil- bajonetti u x-xwabel u taħriġ ieħor. Is-suldati waqt waħda mill-attivitajiet fir-Rinella Gawdi ma' Flyaway Tours ILĠIMGĦA l-oħra ħareġ il-brochure tax-xitwa ta' Flyaway Tours għall-istaġun 2014-15. Flyaway Tours huma magħrufa għall-vaganzi qosra barra l-pajjiż bi prezzijiet kompetittivi. Barra minn hekk hemm għażla wiesgħa fejn tista' tgawdi f 'wieħed mill-vjaġġi fiċ-ċentri għat- turisti fil-muntanji, jew vaganzi bil-gwida fi bliet madwar id-dinja, vaganzi li jinkludu logħob tal-futbol fl-Italja jew l-Ingilterra, agrituriżmu, kif ukoll cruises eleganti fix-xmajjar madwar l-Ewropa. Flyaway Tours għandhom arranġamenti speċjali mal- Air Malta kif ukoll u ma' numru oħra ta' kumpaniji tal-ajru. B'hekk jassigurawlek prezzijiet kompettivi bit- titjira, akkomodazzjoni u taxxi. Barra minn dan, Flyaway Tours joffrulek it-trasferimenti fl-ajruporti u kull bżonn għal kull fejn tixtieq li tivvjaġġa. Huma għandhom flessibilità, li tħallik tagħżel inti l-lukanda jew kategorija, id-dati tal- ivjaġġar u dak li tkun qed tistenna mill-vaganza tiegħek, kollox marbut mal-prezz li jkun jiflaħ dak li jkun. M'hemmx limiti staqsi għal dak li tixtieq inkluż fil- vaganza u Flyaway Tours jaqduk żgur. Agħmel kuntatt ma' Flyaway Tours jew mal-aġent tal- ivvjaġġar tal-għażla tiegħek għal kopja tal-brochure jew għal aktar informazzjoni. HAWN min jissoponi li l-għeżież tagħna li ħallewna tgħidx kemm jitbissmu meta jaraw kif inġibu ruħna 'hawn isfel'. Hawn min jibqa' jħoss il-preżenza tagħhom tħuf madwaru. Hawn min isostni li jirnexxilu jkellimhom – jew jistħajjel li jkellmuh. Ruth ilha armla 10 snin u issa 'qiegħda f 'relazzjoni' ma' David. U kulħadd jibda jaraha ġġib ruħha b'mod stramb. Ħabibtha Carmen tissuġġerixxi lil kulħadd li ġġib lil 'In-Nanna' biex tbaħħar dar Ruth. Luke u Sara, wliedha, jeħduha biċ-ċajt. Pinu u Pina, il- ġirien, jagħtu palata. Biex tgħaxxaqha 'jiżżeffen' fin-nofs xi djarju tal-mejjet żewġha, Michael. L-Għaqda Teatrali Dwal Ġodda ilha mill-1970 tħabbrek biex twassal produzzjoni ta' livell għoli lil hinn mit-teatri stabbiliti. B'hekk dawk li forsi jsibuha bi tqila biex imorru l-Manoel, l-MITP jew St. James, isibu 'dar teatrali' li fiha jħossuhom komdu huma wkoll. Dwal Ġodda jibdlu f 'teatru Spazju fiċ-ċentru parrokkjali ta' Ħal Għargħur skont kif titlob il-produzzjoni li jkunu qed jaħdmu fuqha. Huma jżewqu l-produzzjonijiet tagħhom: dawk ta' kitbiet teatrali ta' awturi Maltin u barranin (minn Friggieri u Ebejer sa Simon, Miller u Pirandello) ma' kitbiet tagħhom stess. 'Spirtu Tal-Melħ' (kitba: Martin Gauci) hija l-produzzjoni li qed jibnu bħalissa Dwal Ġodda b'entużjażmu kbir. Jippreżentawha nhar il- Ġimgħa 14 ta' Novembru fit-8pm u l-Ħadd 16 u 23 ta' Novembru fis-6.30pm. Tidher stramba li Dwal Ġodda jsejħu din il- produzzjoni 'bejn dramm u kummiedja, f 'żewġ atti u nofs'. L-udjenza m'għandhiex issibha bi tqila biex tintebaħ għaliex. Wara kollox Michael, ir-raġel mejjet [iżda ħaj] ta' Ruth, qed igawdi Eurovision favoluż fuq in-naħa l-oħra. Meta jħoss li Ruth qed titfantas jissuġġerilha: tbissem ... u ... enjoy it: sewwasew dak li jixtiequ Dwal Ġodda għall-udjenzi tagħhom tul: Spirtu Tal- Melħ, u wara, lil hinn mill- waħx ta' Halloween! 'Spirtu tal-melħ' - dramm jew kummiedja?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 November 2014