Illum previous editions

illum 9 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/413178

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 35

Il-Ħadd 09 ta' Novembru 2014 | illum 25 Ricetta u Tqasqis Ingredjenti • 10 koxox tat-tiġieġ • 2 mgħaref żejt • 2 mgħaref ketchup • Nofs kikkra soy sauce • Kikkra għasel • 2-3 sinniet tewm mgħaffġin • Bżar u melħ Metodu: 1. Saħħan il-forn fuq 200ºC. Aħsel it-tiġieġ u poġġihom f'dixx tal-forn u żid ftit melħ (minħabba li s-soy sauce huwa kemxejn mielaħ) u bżar. 2. Ħallat il-bqija tal-ingredjenti u itfa' t-taħlita fuq it-tiġieġ. Ħawwad kollox flimkien u itfa' fil-forn għal madwar nofs siegħa. Oħroġhom mill-forn u dawwar it-tiġieġ u aħmi għal nofs siegħa oħra. Naqqas it- temperatura tal-forn, dawwar it-tiġieġ għall-aħħar darba u sajjarhom għal 15-il minuta oħra. Koxox tat-tiġieġ bl-għasel u s-soy sauce Il-kriminali "mazez" Jirritorna Toy Story Lily Allen tiftaħ qalbha wara erba' snin DAN l-aħħar infirex fuq il-mezzi soċjali u spiċċa bħala sensazzjoni fuq l-internet, ritratt ta' kriminal, Jeremy Meeks (xellug), li n-nisa malajr qajmu furur dwaru. Dan minħabba d-dehra sabiħa ta' wiċċu. Iżda issa xiref ritratt ieħor, dak ta' Sean Kory (lemin) li donnu qed jieħu post Jeremy Meeks bħala l-aktar kriminal attraenti wara li fi tmiem il-ġimgħa li għadda attakka lil xi ħadd f 'festin ta' Halloween. GĦAL dawk li jħobbu l-fantasija u l-films tat-tfal, Buzz Lightyear, Woody u l-bella kumpanija se jirritornaw f 'Toy Story 4. Disney Pixar ħabbru li l-film se joħroġ għall-wiri f 'Ġunju 2017. ILKANTANTA popolari Ingliża Lily Allen, tkellmet ftit tal-jiem ilu dwar it-telfa tat-tarbija tagħha. Il-kantanta ta' Smile, fetħet qalbha ma' Jonathan Ross, programm Ingliż fuq iTV wara erba' snin. ALLEN tirrakkonta kif hi welldet lil binha, mejjet, wara li kienet ilha tqila bih sitt xhur. Bejn id-dmugħ u l-emozzjoni, Allen tkellmet dwar kif din l-esperjenza għallmitha ħafna. "Għalkemm kienet waħda mill-agħar esperjenzi li wieħed jista' jgħaddi minnhom, jien kont ixxurtjata biżżejjed li kelli s-sieħeb tiegħi maġenbi biex jappoġġjani u naqsmu l-esperjenza flimkien." Jeremy Meeks u Sean Kory Jirritorna Toy Story Lilly Allen

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 November 2014