Illum previous editions

illum 9 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/413178

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 09 ta' Novembru 2014 | illum 27 SPORTSillum SPORTSillum Ritratt: Ray Attard Valletta jiksbu t-tliet punti u jkomplu jersqu viċin ta' Birkirkara Żebbuġ Ranger ....... 0 Valletta .................. 2 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT VALLETTA kisbu tliet punti importanti fir- rebħa ta' 2-0 kontra Żebbuġ Rangers, biex b'hekk komplew jersqu viċin u jżidu l-pressjoni fuq Birkirkara meta issa għandhom żewġ punti biss inqas minnhom fil-klassifika għalkemm l-iStripes għandhom logħba inqas. Tajjeb ngħidu li din kienet it-tielet rebħa konsekuttiva bl-iskor ta' 2-0 għall-Beltin. Kienu Żebbuġ Rangers li ħarġu fuq l-offensiva u wara 19-il minuta xutt sabiħ ta' Carlo Gordon Monti għadda ftit barra. Żewġ minuti biss wara, il-Beltin marru fil-vantaġġ meta rebħu penalty wara li Raphael Kooh Sona twaqqa' fil-kaxxa minn Matias Muchardi u mill- 11-il metru Hamza Barry ma żbaljax. Ir-Rangers spiċċaw jilagħbu b'10 plejers meta fis-26 minuta tkeċċa għalihom Thomas Paris wara fawl ikrah fuq Roderick Briffa. Valletta rduppjaw l-iskor disa' minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima grazzi għal Abdelkarim Nafti li llobbja l-ballun minn fuq il-goalkeeper Fabricio Rapchan minn ġewwa l-kaxxa. Fit-63 minuta, il-goalkeeper ta' Żebbuġ Rangers dawwar f 'korner bi bravura tentattiv tajjeb tal-BOV Plejer tal-Logħba Hamza Barry u erba' minuti biss wara, l-istess goalkeeper dawwar f 'korner ieħor xutt b'saħħtu tas- sostitut, Alex Barboza Terra. Żebbuġ Rangers - Dos Santos Morales, Borg, Camilleri, Diaz Serrano, M. Gauci, Muchardi, Paris, C. Gauci (Farrugia 71'), Bartolo, Rodrigues Britto (Nwoba 62'), Monti (Ciantar 85') Valletta - Vella, Caruana, Azzopardi, Borg (Dimech 61'), Camilleri, Fenech, Kooh Sona (Barboza Terra 36'), Briffa, Elford-Alliyu, Barry (Montebello 72'), Nafti Referi - Andrè Arciola Referi: Trustin Farrugia Cann HAMZA BARRY Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti Ingħaqad ma' Valletta matul l-istaġun li għadda Skorja l-ewwel gowl ta' Valletta minn penalty Huwa fost l-aqwa plejers barranin mhux biss ta' Valletta iżda wkoll fil-Kampjoant BOV Premier

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 November 2014