Illum previous editions

illum 9 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/413178

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

28 illum Il-Ħadd 09 ta' Novembru 2014 SPORTSillum Ritratt: Ray Attard Naxxar Lions ............... 1 Sliema Wanderers ........ 0 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT AWTOGOWL klassiku ta' John Mintoff irregala t-tieni rebħa konsekuttiva għal Naxxar Lions kontra Sliema Wanderers li sofrew it-tieni telfa konsekuttiva. Kienu Sliema Wanderers li ħolqu l-ewwel periklu meta wara biss żewġ minuti logħob, tentattiv ta' Fabio Mangiacasale ġie mxellef f 'korner wara li xutt minn Gnabouyou ġie mblukkat minn difensur Naxxari. Ħames minuti biss wara, Julian Azzopardi wettaq save tajjeb fuq Gnabouyou wara li dan irċieva minn kross ta' Mangiacasale. Naxxar Lions irrispondew permezz ta' kross invitanti ta' Gilmar fl-14-il minuta iżda ma kien hemm ħadd biex jagħmel kuntatt mal- ballun. Fis-27 minuta xutt mill- viċin ta' Daren Falzon ġie mblukkat minn Martnelli. Naxxar Lions rnexxielhom jiftħu l-iskor fit-33 minuta meta minn through pass ta' Gilmar lejn Emenike, John Mintoff antiċipa l-ballun iżda minflok tefa' fix-xibka tiegħu stess biex b'hekk irriżulta awto-gowl klassiku. Erba' minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, Michael Mifsud resaq viċin għall-blues permezz ta' xutt angulat mil-lemin. Fil-61 minuta tentattiv minn freekick ta' Gilmar għadda jħakkek mal- lasti. Seba' minuti minn tmiem id-90 minuta, il-Wanderers spiċċaw jilagħbu b'10 plejers wara li Filippo Andrea Scozzese irċieva t-tieni karta safra fil-logħba wara fawl fuq Emenike. Naxxar Lions - Azzopardi, Scicluna, Edet, Bellia, Gueye (Vella 84'), Falzon, Da Silva Ribeiro, Cassar, Buhagiar, Reano, Mbachy Eminike Sliema Wanderers - Zammit, Martinelli, Scozzese, Gnabouyou (Potezica 46'), Mintoff, Scerri (Cilia 37'), Mifsud, Talato, Gatt Baldacchino, Mangiacasale, Barbetti (Muscat 71') Referi - Marco Borg GILMAR DA SILVA RIBEIRO Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fis-26 ta'Marzu 1990 fil-Brażil Qabel Naxxar Lions lagħab ma' Bangu fil-Kampjonat Carioca 1 fil-Brażil Valletta jilħqu lil Balzan t-tielet post

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 November 2014