Illum previous editions

illum 9 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/413178

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 09 ta' Novembru 2014 | illum 29 SPORTSillum Chelsea jiftħu vantaġġ ta' 8 punti fuq Manchester City CHELSEA fetħu vantaġġ ta' 8 punti fuq Manchester City meta barra minn darhom f 'Anfield għelbu lil Liverpool bl-iskor ta' 2-1 biex dawru telfa f 'rebħa meta kienu gowl minn taħt. Dan hekk kif kien Emre Can li fetaħ l-iskor għar-Reds waqt li Gary Cahill ġab l-iskor indaqs għall-Blues u Diego Costa skorja l-gowl tar-rebħa għat-tim immexxi minn Josè Mourinho fis-67 minuta. B'hekk Chelsea kkonsolidaw posthom fil-quċċata tal- klassifika meta issa għandhom 29 punt li jfissru vantaġġ ta' xejn inqas minn 15-il punt fuq Liverpool li jinsabu fit- tmien post. Tajjeb ngħidu li din kienet il-ħames telfa fil- kampjonat għar-Reds. Dan ir- riżultat kompla jindika l-bidu diżastruż li kellhom Liverpool f 'dan l-istaġun li jidher li għadhom ma rkuprawx psikoloġikament wara t-telf tal-kampjonat tal-istaġun li għadda li spiċċa ntrebaħ minn Manchester City. Jidher ukoll li l-partitarji tar- Reds xejn mhuma kuntenti bil-coach Brendan Rodgers speċjalment wara li nhar it-Tlieta li għadda għażel li jilgħab bir-riservi kontra l-ġganti Spanjoli Real Madrid f 'liema logħba Liverpol tilfu bl-iskor minimu ta' 1-0 bil-goal waħdieni għall- Galacticos jasal mill-plejer internazzjonali Franċiż, Karim Benzema. Manchester City barra minn darhom ġew miżmuma f 'parità diżappuntanti ta' 2-2 kontra Queens Park Rangers bil-gowls għas-City jaslu minn doppjetta tas-solitu Sergio Aguero waqt li ż-żewġ gowls għal QPR waslu minn Charlie Austin u minn awto-gowl tal- plejer Martin Demichelis. Manchester United ġewwa darhom f 'Old Trafford irritornaw għar-rebħ iżda ma impressjonawx meta għelbu lil Crystal Palace bl-iskor minimu ta' 1-0 bil-gowl uniku tagħhom jasal minn Juan Mata. Ħafna segwaċi tar-Red Devils matul dan l-istaġun stennew li jaraw wirjiet u riżultati iktar pożittivi mit-tim tagħhom, speċjalment wara l-akkwisti ta' Falcao, Danny Blind u speċjalment ta' Louis Van Gaal bħala kowċ iżda sfortunatament dawn sa issa baqgħu diżillużi bil-kbir. Southampton komplew bis-serje ta' riżultati pożittivi tagħhom u bil-kampjonat mill-aqwa li qed ikollhom meta ġewwa darhom kisbu rebħa ta' 2-0 biż-żewġ gowls tagħhom jaslu minn doppjetta ta' Shane Long. Tajjeb ngħidu li huma jinsabu fit-tieni post tal- klassifika b'25 punt, erba' punti biss distakk minn Chelsea. Din hija l-aħjar pożizzjoni okkupaw Southampton f 'dawn l-aħħar għexieren ta' snin. F'konfront min-naħat ta' isfel tal-klassifika, Burnley ġewwa darhom għelbu lil Hull City bl-iskor ta' 1-0 bil-gowl waħdieni tagħhom jasal minn Ashley Barnes fil-50 minuta. Intant, il-konfront bejn West Ham United u Aston Villa intemm f 'parità ta' mingħajr gowls. Riżultati Riżultati Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 8 ta' Novembru Liverpool vs Chelsea 1-2 Burnley vs Hull C. 1-0 Manchester U. vs Crystal P. 1-0 Southampton vs Leicester C. 2-0 West Ham U. vs Aston V. 0-0 QPR vs Manchester C. 2-2 Fixtures Kampjonat Barclays Premier Il-Ħadd 9 ta' Novembru 14:30 Sunderland vs Everton 14:30 Tottenham H. vs Stoke C. 14:30 WBA vs Stoke C. 17:00 Swansea C. vs Arsenal Riżultat Kampjonat Serie A TIM Is-Sibt 8 ta' Novembru Sassuolo vs Atalanta 0-0 Fixtures Kampjonat Serie A TIM Il-Ħadd 9 ta' Novembru 12:30 Cagliari vs Genoa 15:00 Chievo V. vs Cesena 15:00 Empoli vs Lazio 15:00 Juventus vs Parma 15:00 Palermo vs Udinese 18:00 Fiorentina vs Napoli 20:45 Inter vs Hellas Verona 20:45 Roma vs Torino

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 November 2014