Illum previous editions

illum 9 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/413178

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

30 illum Il-Ħadd 09 ta' Novembru 2014 SPORTSillum Johan Attard jirbaħ it-tieni ranking tournament tal-Pool ILMALTA Pool Association organizzat it-tieni serje ta' ranking tournaments minn seba' ppjanati matul dan l-istaġun. Johan Attard kiseb rebħa fil-kategorija tal-irġiel meta fil-finali għeleb lil Miguel Falzon bl-iskor ta' 9-5. Grazzi għal din ir-rebħa Attard kiseb post fit-tim nazzjonali A li se jirrapreżenta lil pajjiżna fil-Kampjonati Ewropej li se jsiru f 'Malta bejn il-15 u l-21 ta' Frar. Scott Muscat rebaħ il- kategorija taż-żgħażagħ ta' taħt it-18-il sena meta fil-finali għeleb lil Owen Amato. Wara li Muscat tilef l-ewwel erba' frames huwa rkupra tajjeb ħafna tant li ħareġ rebbieħ bl-iskor finali ta' 7-5. Fil-kategorija taż- żgħażagħ ta' taħt it-23 sena ltaqgħu Owen Amato u Dejan Grech. Iż-żewġ plejers ipproduċew livell ta' logħob għoli u bl-iskor ta' 7-7 kellu jkun l-aħħar frame deċisiv li ta rebħa lil Dejan Grech. Il-finali tal-kategorija tal- irġiel akbar minn 50 sena laqqgħet lil Ray Caruana u Alfred Attard. Caruana kien f 'forma brillanti u ma ta l-ebda okkażjoni lil Attard biex jirkupra biex kiseb rebħa ta' 8-3. Jikber l-interess fil-Kampjonat MSV Life Masters FLAĦĦAR jiem kompla l-Kampjonat MSV LIFE Masters bi tliet partiti. L-interess f 'dan il- Kampjonat qiegħed dejjem jikber u jidher li se jkun hemm taqtigħa interessanti għar-rebħ tal-unuri. Rajna l-parteċipazzjoni għall- ewwel darba, tat-tim JIVAL, kompost minn plejers li huma residenti fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin. Fil-partita kontra Żurrieq Wolves veru li tilfu 1-2, iżda din kienet partita missielta bir-riżultat jibqa' inċert sal-aħħar. Jival għandhom diversi plejers ta' kwalità u għandhom biex jagħtu sfida lil kulħadd. B'din il-partita, Masters Football Malta, kiteb l-istorja meta għall-ewwel darba f 'pajjiżna, tim mill- Faċilità Korrettiva ta' Kordin ipparteċipa f 'avveniment kompetittiv. F'partiti oħra, Luxol irreġistraw l-ewwel rebħa tagħhom meta għelbu lil Attard Mealy li kienu qed isofru t-tieni telfa minn daqstant partiti. Rabat Boys kienu supejuri għal Bank of Valletta bi Christian Muscat jispikka u jiskorja ħames gowls. JIVAL - ŻURRIEQ WOLVES 1-2 Skorjaw: JIVAL: Jean Pierre Abdilla ŻURRIEQ WOLVES: Patrick Zammit, Reno Attard Referi: Joe Bugeja LUXOL SC - ATTARD MEALY 8-3 Skorjaw: LUXOL SC: 3 Luke Satariano, 2 Nobby Vella, 2 Alex Busuttil, Matthew Naudi ATTARD MEALY: 2 Kevin Fenech, David Deguara Referi: Alex Debono RABAT BOYS - BANK OF VALLETTA 10-4 Skorjaw: RABAT BOYS: 5 Christian Muscat, 2Antonio Carusa, Mark Micallef, Andrew Inguanez, Karl Azzopardi BOV: Stephen Harrison, Jesmodn Pace, Joseph Zammit, Paul Abela Referi: Alex Debono WASAL il-mument li t-tim nazzjonali Malti tal-futsal, jipprepara għat-turnament Internazzjonali fl-24 ta' Novembru u għal-logħob ta' kwalifikazzjoni għall- kampjonat Ewropew f 'Jannar li ġej. Għalhekk, il-kowċ tat-tim Nazzjonali Malti tal-futsal Mark Marlow, ħabbar liema huma l-plejers li se jagħmlu parti mill-iskwadra nazzjonali. It-tim nazzjonali se jkun kompost minn Matthew Mifsud, Cedric Sciberras, Melvin Borg u Kurt Bartolo ta' Valletta, Matthew Xerxen, Nicholas Farrugia, Carlo Scicluna, Nicola Del Re, Glenn Bonello u Mark Zammit ta' Balzan, Christian Wismayer, Daniel Brincat u Andrea Farrugia ta' Naxxar, Jovica Milijic u Chris Cardona ta' Ħamrun, Dale Camilleri ta' Luxol, Malwan Telisi ta' Qormi u Luke Stivala ta' Gżira. Skwadra ġdida tat-tim nazzjonali Malti tal-futsal It-tim ta' Rabat It-tim ta' Luxol Midalja tad-deheb għal tim Malti fit-Turkija SUĊĊESS għat-tim nazzjonali tar-Raffa li fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet f 'Kemer ħa sehem fl-International Open Tournament tat-Turkija It-tim Malti kien kompost mill-aħwa David u Reno Farrugia assistiti minn Yacine Kafi rebaħ il-medalja tad- deheb. Wara li fl-ewwel fażi t-tim Malti għeleb lil Franza, Turkija, Alġerija, Latvja, Eġittu, Bulgarija, Svizzera u Slovakkja, fis-semifinali l-aħwa Farrugia għelbu u eliminaw lill-Ġappun. Fil-finali kontra t-Turkija, Malta ħarġet rebbieħa bl- iskor kbir ta' 12 - 3 sabiex irrepetew is-suċċess ta' sena ilu bir-rebħ tal-medalja tad- deheb. Fl-istess turnament internazzjonali, David u Reno Farrugia ħadu sehem fil-kompetizzjoni magħrufa bħala Volo li hija dixxiplina għal kollox ġdida għall-kompetituri Maltin. Madankollu fl-ewwel esperjenza tagħhom l-aħwa Farrugia rnexxielhom jirbħu l-medalja tal-bronż liema riżultat kien meqjus bħala sorpriża fost dawk preżenti. Il-parteċipazzjoni tat-tim Malti għal dan it-turnament kienet possibli bl-għajnuna tal-Kumitat Olimpiku Malti (MOC), kif ukoll tal-Kunsill Malti għall-Isport (KMS). David u Reno Farrugia fl-azzjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 November 2014