Illum previous editions

illum 9 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/413178

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

4 illum | Il-Ħadd 09 ta' Novembru 2014 Nuqqas ta' Pulizija f 'Għawdex Tal-Mobile u tat-Traffiku fl-Għases JOHN PISANI jpisani@mediatoday.com.mt SORSI qrib il-Korp tal- Pulizija qalu lil ILLUM li minkejja li qed isir kull sforz biex Għawdex ikun moqdi aħjar bħala sigurtà minn kif qatt kien qabel, hemm nuqqas ta' Pulizija biex jintlaħaq dan il-għan. Tant huwa minnu li f 'ċertu ħinijiet qegħdin ikunu stazzjonati f 'diversi Għases tal-Pulizija kemm il-Pulizija tal-Mobile kif ukoll mit- Taqsima tat-Traffiku. L-istess sorsi komplew jgħidulna li l-għan wara dan huwa biex iċ-ċittadin Għawdxi kif ukoll dawk li jkunu qed iżuru din il-gżira kemm jekk huma Maltin kif ukoll turisti, jinqdew aħjar u mhux biss iħossu imma jaraw li hemm il-preżenza tal-Pulizija. Il-Korp qed jagħmel minn kollox biex dawk l-għases li s-soltu jkunu magħluqin, issa qegħdin jinfetħu b'mod regolari. Biex isir dan, iżda, l-Korp qed jirrikorri għall-Pulizija kemm mit-Taqsima tat- Traffiku kif ukoll dawk mill-Iskwadra tal-Mobile għax Pulizija tad-Distrett f 'Għawdex m'hemmx biżżejjed biex ikunu 'detailed' fl-għases. Min-naħa l-oħra dan qed iħalli riżultati ta' nuqqas ta' Pulizija fit-toroq. "Veru li Għawdex huwa iktar kwiet minn Malta. Dan kemm minħabba d-daqs kif ukoll li ħafna mit-turisti jmorru Għawdex għal ġurnata. Imma xorta waħda hemm bżonn ta' sigurtà fit-toroq u patrols aktar frekwenti," qalilna sors qrib il-Korp. Skont l-istess sorsi f 'Għawdex hemm karozza waħda biss tal-Mobile li ġeneralment fiha jkun hemm Surġent u żewġ Kuntistabbli meta dawn iduru mal-gżira. Iżda biex jinżammu ċerti għases miftuħin, mhux l-ewwel darba li fuq patrol ikun hemm Pulizija waħdu jdur bil-karozza tal-mobile. Dan għax filwaqt li wieħed jaf ikun bil-leave jew ma jiflaħx, ieħor ikun assenjat f 'xi għassa. Mhux l-ewwel darba li l-karozza tal-mobile tibqa' quddiem l-Għassa għax ma jkunx hemm min imur bir- ronda, saħqu s-sorsi tagħna. Fl-aħħar xhur il-Pulizija tal-Mobile kienu qegħdin ikunu ordnati għal diversi attivitajiet fosthom festi, għal-logħob tal-futbol u postijiet oħrajn. Issa li qed ikunu wkoll ordnati biex ikunu preżenti f 'xi għassa, jekk tinqala xi emerġenza, bħal xi serqa jew xi alarm jew każ serju, se jsibuha diffiċli biex jirrispondu u jkollhom jistennew li tasal aktar għajnuna qabel ma jmorru fuq xi każ serju. L-Għassa tal-Pulizija ta' Victoria, f'Għawdex Transfers fil-Korp tal-Pulizija Vendikazzjoni jew bżonn? DAN l-aħħar il-Kelliem tal- Oppożizzjoni għall-Intern, id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi, għamel diversi Mistoqsijiet Parlamentari dwar in-numru ta' transfers fi ħdan il-Korp tal-Pulizija. Il-mistoqsija hija jekk dawn it-transfers sarux b'vendikazzjoni, kif qed jallega Jason Azzopardi, jew kif qed jgħid il-Ministru Manwel Mallia li t-transfers isiru skont iċ-ċirkostanzi u l-eżiġenzi tal-Korp. ILLUM staqsa lid-Deputat Nazzjonalista għaliex ħass li kellu jagħmel dawn in-numru ta' mistoqsijiet lill-Ministru Mallia. Fir-risposta tiegħu Azzopardi qalilna li kellu jagħmel tant mistoqsijiet lil Ministru Mallia dwar it-transfers fil-Korp tal- Pulizija għas-sempliċi raġuni li saru mijiet ta' transfers b'vendikazzjoni jew frott l-inkompetenza ta' tmexxija jew indħil politiku minn Gvern li ġie elett bil-wegħda li jintroduċi stil ġdid ta' politika, iżda li minflok, nissel firda kbira b'politika partiġġjana f 'Korp dixxiplinat. "Jidhirlek li hu sew li f 'pajjiż Ewropew fl-2013 u 2014, fejn suppost hemm Gvern liberali, terz tal-Korp tal-Pulizija ġie trasferit f 'inqas minn sena mill-elezzjoni? Jidhirlek li hu aċċettabbli li għax inbidel il-Gvern irid jitneħħa l-Kummissarju tal-Pulizija, u dan mhux għax naqas x'imkien jew kiser xi liġi? Taħseb li nistgħu nemmnu kliem il-Prim Ministru li qabel l-elezzjoni wiegħed li spiċċaw il-kuluri u li anke jekk ma taqbilx magħna, tista' taħdem magħna?" staqsa Jason Azzopardi. Huwa semma każ fejn f 'ġimgħa waħda l-istess Maġġur ingħatat erba' transfers, jew Maġġur ieħor li kien trasferit darbtejn f 'inqas minn 12-il siegħa. Huwa kompla bil- mistoqsijiet jekk xi ħadd jistax jemmen lill-Ministru Mallia li fil-Parlament qallu li dawn saru biex il-Korp jiffunzjona b'mod effettiv. "Dawn it-transfers kollha fl-aħjar ipoteżi juru inkompetenza grassa jew fl- agħar ipoteżi juru vendikazzjoni u kattiverja," saħaq il-kelliem Nazzjonalsita. Jason Azzopardi qalilna li dan huwa aġir li jaqta' qalb min irid jaħdem, jiddemoralizza lill-Korp u jnissel firda u rabja. Dan huwa aġir ta' min il-poter telagħlu għal rasu u li jemmen li hu 'l fuq mil-liġi u li fl-amministrazzjoni tal-Gvern m'għandu jkun hemm ebda riga ta' x'inhu sewwa u ħażin, iżda li kollox jgħaddi, temm jgħidilna Dr Azzopardi. Dwar dawn l-allegazzjonijiet li għamel Jason Azzopardi, din il-gazzetta ħadet ir-reazzjoni tal-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Dr Manuel Mallia. Il-Ministru Mallia qalilna li t-transfers kienu jsiru anke f 'amministrazzjoni preċedenti, infatti fl-istess Korp tal-Pulizija fi ftit ġimgħat qabel l-aħħar Elezzjoni Ġenerali saru madwar 200 transfer. "Jien ma ngħidx li dawn it-transfers kienu vendikattivi, iżda Dr Azzopardi lanqas jista' jgħid li t-transfers li saru taħt dan il-Gvern huma vendikattivi. Ħafna drabi Jason Azzopardi jitkellem mingħajr ma jkun jaf l-istampa reali," qal Mallia. Huwa kompla jgħid li ħafna transfers isiru għax hekk ikun meħtieġ biex il-Korp jiffunzjona b'effiċjenza, speċjalment f 'Korp li tħalla b'nuqqas ta' compliment li jammonta għal madwar 400 pulizija. "Għalhekk it-transfers isiru skont iċ-ċirkostanzi, pereżempju fejn tkun tinħtieġ aktar sigurtà u eżiġenza oħra. Jien nemmen ukoll li hija xi ħaġa pożittiva li diversi membri tal-Korp iduru f 'diversi sezzjonijiet. Dan għax jippermetti li membru tal-Korp jiżviluppa aktar għax ikun jista' jitgħallem fuq diversi aspetti u sezzjonijiet fil-Korp, filwaqt li hu fatt magħruf li meta persuna tkun ilha ħafna taħdem fl-istess dipartiment tkun worn out, jiġifieri forsi tidħol fir-rutina tax-xogħol u jew titlef l-interess jew inkella ma tibqax tagħti daqs kemm kienet tagħti qabel," Qalilna l-Ministru Mallia. Huwa temm jgħid li fil-Korp tal-Pulizija qed issir riforma sħiħa biex sa minn mindu jkunu rekluti, membri tal-Korp jieħdu t-taħriġ kollu neċassarju biex verament ikunu preparati biex jaħdmu f 'oqsma ta' sigurtà differenti, speċjalment fid- dawl tal-fatt li ġejjin ħafna avvenimenti importanti f 'pajjiżna. "It-transfers isiru skont iċ-ċirkostanzi u l-eżiġenzi tal-Korp"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 November 2014