Illum previous editions

illum 9 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/413178

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 09 ta' Novembru 2014 | illum 31 SPORTSillum LASSOĊJAZZJONI Sport Muturi u Karozzi (ASMK) illum se tkompli bl- attivitajiet mill-Kampjonat ASMK Pasta Poiatti 2014/15 billi s-sezzjoni tal- muturi Enduro se tkun qed torganizza t-tieni attività f 'dan il-kampjonat. Din it-tiġrija din id-darba se ssir fil-kumpless sportiv tal-ASMK f 'Ta' Qali u r-reġistrazzjoni tibda fl- 10am. Intant l-Assoċjazzjoni nhar il-Ħadd li għadda organizzat it-tieni attività bil-karozzi Autocross li minkejja li filgħodu kien qed jiddomina l-maltemp, l-Assocjazzjoni xorta wahda zammet l-attivita kif kien ippjant. L-attivita bdiet b'quddiesa li ASMK qed torganizza kull sena b'rispett lejn dawk il- membri li marru fl-eternità. It-tiġrijiet bdew fil-11am fuq korsa perfetta li offriet spettaklu ta' sewqan sportiv iżda minkejja dan ħadd mill- kompetituri ma rnexxielu jirbaħ il-heats kollha tal- ġurnata. Għall-finali ta' Klassi A ikkwalifikaw Christian Mark Galea fuq Fiat Ritmo, Melo Zammit u Manuel Muscat fuq Opel Corsa, Philip Joe Vella u Keith Borg fuq Opel Nova u Christian Apap fuq Ford Fiesta. Mat-tluq ta' din il-finali rajna lil Muscat jieħu mill-bidu t-tmun tat-tiġrija. Dan kien segwit minn Apap u Vella. Wara l-ewwel dawra bdejna naraw l-azzjonijiet fejn Zammit irnexxielu javvanza żewġ postijiet mir- raba' post. Dan kien segwit minn Farrugia li wkoll għamel avvanz ta' pożizzjoni waqt li Vella waqa' lura għall-ħames post. Ftit wara t-tieni dawra Vella pprova jagħmel attakk fuq Farrugia u Apap bil-konsegwenza li spiċċa jmiss it-tyre barrier mal-ġenb tal-korsa u nqaleb. Ħin bla waqt ir-referi tal- ġurnata ordna li l-finali tieqaf minħabba raġuni ta' sigurtà tas-sewwieqa. Ftit tal-ħin wara sar re- start tal-istess finali fejn mat-tluq din id-darba rajna lil Galea jieħu t-tmun tat- tiġrija segwit minn Borg u Apap fit-tieni u t-tielet post rispettivament. Matul dan ir-re-start ma rajna l-ebda tibdil ħlief li Muscat irtira minħabba ħsara mekkanika. Ir-riżultat finali kien li Galea rebaħ segwit minn Borg u Apap. Għall-finali ta' Klassi B ikkwalifikaw Karl Micallef u Duncan Delia fuq Ford Fiesta, Jason Martin fuq Volkswagen Polo, Godwin Martin fuq Opel Corsa, Philip Grima fuq Ford Escort u Carlos Mifsud fuq Ford Fiesta. Mal-ħruġ ta' din il-finali rajna lil Micallef jieħu t-tmun tat-tiġrija segwit minn Jason Martin u Godwin Martin. Matul din il-finali s-sewwieqa kollha kienu qed jistennew dak il-mument li wieħed jista' javvanza pożizzjoni. L-element ta' kompetizzjoni dehret fejn ma kellna l-ebda tibdil u kulħadd żamm postu sal-aħħar bir-riżultat li l-pożizzjoni tal-karozzi spiċċat kif bdew fl-ewwel dawra b'Micallef jirbaħ it- tiġrija Klassi B segwit minn Jason u Godwin Martin. Delia, Grima u Mifsud irtiraw minħabba ħsara teknika. Mis-Sezzjoni Gozo Autocross rajna lil Dominic Zammit fuq Alfa Sud jiddomina l-ġurnata segwit minn Joseph Agius fuq Ford Fiesta. Matul il-ġurnata Zammit spiċċa rebaħ il-heats kollha tal-ġurnata waqt li dejjem kien segwit minn Agius. Fl-istess ġurnata t-tiġrija tal-muturi Motocross kellha titħassar minħabba raġuni ta' sigurtà tas-sewwieqa għall-fatt li ma kienx xieraq li ssir it-tiġrija fuq korsa daqstant mifqugħa bit-tajn minħabba x-xita ta' matul filgħodu. Intant l-Attività l-oħra bil- karozzi Autocross mistennija tiġi organizzata nhar il- Ħadd 30 ta' Novembru. Għal iktar informazzjoni wieħed jista' jżur is-sit elettroniku www.asmk.org.mt LASSOĊJAZZJONI Sport Muturi u Karozzi (ASMK) illum se tkompli bl- It-tiġrijiet bdew fil-11am fuq korsa perfetta li offriet spettaklu ta' sewqan sportiv għall-ħames post. Ftit wara t-tieni dawra Vella pprova jagħmel attakk fuq Farrugia Fiesta, Jason Martin fuq Volkswagen Polo, Godwin Martin fuq Opel Corsa, Mis-Sezzjoni Gozo Autocross rajna lil Dominic Zammit fuq Alfa Sud Illum issir l-Enduro f 'Ta' Qali Rekord ta' 31 tim jieħdu sehem fi l-Kampjonat tal-M.E.S.A. REKORD ta' 31 tim qegħdin jieħdu sehem fil- Kampjonat tal-Football tal-Malta Employees Sports Association dan l-istaġun – żieda ta' tliet timijiet fuq dawk li ħadu sehem l-istaġun li għadda. Il-Kampjonat se jerġa' jkun maqsum fi tliet diviżjonijiet b'disa' timijiet fl-Ewwel Diviżjoni u disa' timijiet fit-Tieni Diviżjoni, filwaqt li 13-il tim se jkunu qed jieħdu sehem fit-Tielet Diviżjoni. Il-Malta Employees Sports Association kienet twaqqfet lura fis-snin 70, eżattament fl-1976, bl-isem ta' Government and Parastatal Football Association. Maż-żmien din bidlet isimha fejn anke fetħet il-bibien tagħha għal diversi dixxiplini sportivi oħra, biex illum hija magħrufa bħala l-Malta Employees Sports Association. It-tim tal-Forzi Armati ta' Malta – rebbieħ tal- Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni fl-aħħar sentejn – jibda bħala l-favorit għat-titlu ewlieni, imma mistenni jiffaċċja sfida denja minn timijiet bħall- Education u l-Bank of Valletta. Fit-Tieni Diviżjoni jispikka l-fatt li se jkun hemm iż-żewġ timijiet tal-Pulizija flimkien mat- tieni tim tal-Forzi Armati li għandhom ikunu fost il-protagonisti fit-taqtigħa għall-promozzjoni għall- ogħla diviżjoni. Fit-Tielet Diviżjoni t-taqtigħa tista' tkun aktar ħarxa hekk kif jidher li m'hemmx favorit ċar b'uħud mit-timijiet il- ġodda jistgħu wkoll iħallu impatt fil-klassifika finali. Il-logħob se jintlagħab fuq bażi ta' 8-a-side fil- grawnds tal-Għargħur u Pembroke kull nhar ta' Tlieta u Erbgħa waranofsinhar. Il-logo u ċjali tal-M.E.S.A. Philip Joe Vella fuq Opel Nova segwiet min Carlos Mifsud fuq Ford Fiesta u Philip Grima fuq Ford Escort

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 November 2014