Illum previous editions

illum 9 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/413178

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

32 illum Il-Ħadd 09 ta' Novembru 2014 SPORTSillum "Sodisfatt b'dak tim nazzjonali FTIT tal-jiem ilu t-tim nazzjonali tal-waterpolo kompla jikseb suċċess hekk kif rebaħ il-Malta International Cup. Dan il-ġurnal għamel kuntatt mal-kowċ tal-istess tim nazzjonali, il-ferm ħabrieki Karl Izzo biex jagħtina iktar dettalji rigward dan kollu. Huwa tenna li: "Il- preparazzjoni għal dan it-turnament bdiet fil-15 ta' Settembru. Intgħażlu plejers ġodda peress li xi plejers fl- iskwadra rebbieħa tal-medalja tal-fidda ġewwa Aberdeen fl-Iskozja ma kinux disponibbli 100% - imma kienet ukoll ix-xewqa tiegħi li nintroduċi plejers li qatt ma kienu lagħbu man-nazzjonal biex inkun nista' narahom fl-azzjoni kontra oppożizzjoni iebsa biex ukoll nibda nara min minnhom jista' jieħu post xi plejer stabbilit fl-ewwel turnament ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropei li l-finali tagħhom se jsiru ġewwa Belgrad fis-Serbja f 'Jannar tal-2016. Plejers li ma kinux inklużi fl- iskwadra minħabba raġunijiet varji ta' xogħol / studju u impenji barra minn Malta bħal fil-każ ta' Stevie Camilleri kienu John Brownrigg, Jerome Gabarretta u Timothy Sullivan ta' Sliema, Jordan Camilleri, Stevie Camilleri u Michele Stellini ta' Neptunes, Dean Camilleri ta' San Ġiljan. Plejers bħal Peter Borg ta' Exiles, Nikolai Lubrano ta' Sliema u Daniel Paolella ta' Valletta kienu mistoqsija biex jagħmlu parti mill-iskwadra imma rrifjutaw għal raġunijiet varji imma konkreti. Plejers żgħażagħ bħal Nicholas Bugelli ta' Sliema u Matteo Cacici ta' Neptunes qegħdin fil-mument jilagħbu barra minn Malta u għaldaqstant ma setgħux ikunu preżenti għat-taħriġ u l-logħob. It-turnaments ta' kwalifikazzjoni se jsiru fi Frar, Mejju u Ottubru tal-2015. It-turnament li rbaħna kien l-ewwel minn tnejn li konna se nipparteċipaw fih qabel il-plejers jingħataw mistrieħ mistħoqq f 'Novembru u Diċembru – fil-fatt taħt l-isem Valletta l-istess plejers ħadu sehem f 'turnament tal-Len Cup li saret f 'Malta wkoll bejn it-30 ta' Ottubru u t-2 ta' Novembru. Għal dan it-turnament kien hawn preżenti f 'pajjiżna timijiet ta' klabb bi storja kbira fil-waterpolo mondjali bħal m'huma Primorac Kotor (Montenegro) Mornar Split ( Kroazja), Montpellier (Franza) u Steaua Bucharest (Rumanija). It-timijiet mistiedna għall- Malta International Cup kienu t-timijiet nazzjonali tal- Isvizzera, l-Irlanda u t-timijiet tal-klabbs Taljani 7 Scogli li magħhom qed jilgħab issa l-plejer internazzjonali Malti Stevie Camilleri u t-tim ta' Livorno. Kienu oppożizzjoni tamparna u kien ċans perfett biex plejers bla ebda esperjenza internazzjonali Ir-riġenerazzjoni WARA snin ta' stennija kien iffirmat ftehim bejn il-Kunsill Malti għall- Isport u l-Aquatic Sport Association (ASA) fil- preżenza tas-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius. Il-ftehim fost l-oħrajn jinkludi fih klawsoli dwar użu garantit tal-pixxina nazzjonali, saħħa li jikkordinaw mal-klabbs, clubhouses għall-klabbs li huma parti mill-ASA u użu ta' boardroom fost l-oħrajn Waqt l-istess konferenza ngħataw ukoll dettalji dwar ix-xogħol ta' manutenzjoni li għaddej fil-pixxina biex din tkun riġenerata wara li tħalliet f 'sitwazzjoni mwiegħra. "Il- pixxina nazzjonali tal-Qroqq m'għandhiex tibqa' l-pjaga finanzjarja tal-isport Malti imma ssir il-qalba." Dan qalu r-rappreżentant tal-KMS Mark Cutajar li spjega kif ix- xogħol li qed isir fil-pixxina seta' jseħħ biss permezz ta' sforz kollettiv minn dawk kollha kkonċernati. Fost l-oħrajn, kompla Cutajar, saru t-testijiet neċessarji fuq il-binja tal-kumpless innifsu, se jinbidlu hand railings, l-istarting blocks, tibdil ta' aperturi u użu ta' dawl aktar sostenibbli.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 November 2014