Illum previous editions

illum 9 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/413178

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 09 ta' Novembru 2014 | illum 33 SPORTSillum b'dak li rajt -aħħar xahar mit- nazzjonali tal-waterpolo" - Karl Izzo jieħdu esperjenza meħtieġa. Fost plejers ġodda li għamlu d-debutt man-nazzjonal f 'dan it-tournament kien hemm Sean Xerri De Caro, Marc Lanzon, Miguel Zammit tan-Neptunes, Kai Dowling, Andreas Galea, Keith Galea u Ben Plumpton (l-iżgħar plejer fl-iskwadra hekk kif għandu biss 16-il sena) ta' San Ġiljan, Marc Grech, Niki Grixti u Zac Mizzi ta' Sirens, Christian Cluett ta' Sliema u Michael Rizzo ta' Valletta. Kien hemm ukoll mgħajta fl- iskwadra inizjali imma ma tawx sehemhom f 'dan it-turnament il-plejers Michael Spiteri Staines ta' Valletta, Michele Mifsud u Zac Sciberras ta' Sliema. Plejers ta' esperjenza fit-tim nazzjonali bħal Niki Lanzon, Alan Borg Cole, Matthew Zammit, Clint Mercieca, Dino Zammit, Alex Attard, Mark Meli u Ryan Sciortino kienu importanti biex għenu liż- żgħażagħ il-ġodda jintegraw bis-sħiħ fit-tim. Jien ninsab sodisfatt immens b'dak li rajt fl-aħħar xahar mit- tim nazzjonali tal-waterpolo u fl-erba' rebħiet minn erba' logħbiet, kelli indikazzjonijiet pożittivi fuq l-utilizzazzjoni ta' ċerti plejers ġodda u dan jawgura tajjeb ħafna għall-futur tal-waterpolo Malti. Ta' min isemmi l-logħob u t-tmexxija mill-ilma tal-captain Niki Lanzon li kien eżempju għall-plejers kollha - qalli li kien kuntent ħafna bil- prestazzjoni tal-plejers il-ġodda u ma ħasibx li kienu se juru dan il-logħob daqshekk tajjeb fid-debutt tagħhom mat-tim nazzjonali tal-kbar. Ta' min isemmi wkoll il-prestazzjonijiet ta' Matthew Zammit li rebaħ ukoll l-unur tal-MVP kif ivvutat mill-kowċis, kif ukoll il-prestazzjonijiet tajba ħafna ta' Dino Zammit, Clint Mercieca li kienu fl-ilma għall-ħin twil tul il-logħob kollu, u tal-ġodda speċjalment Kai Dowling li kien strumentali b'viżjoni tal- logħba u gowls eċċellenti. Ben Plumpton, Andreas Galea, Zac Mizzi u Christian Cluett b'dawn it-tnejn tal- aħħar kienu jalternaw ma' Matthew Zammit fiċ-ċentru kellhom mumenti tajbin ħafna u ta' kuraġġ għalija għall-futur. Sean Xerri De Caro u Miguel Zammit niżżlu wkoll isimhom fuq l-iscore sheet filwaqt li Marc Grech u Alex Attard kienu sodi fid-difiża kif kien ukoll Marc Lanzon fil-mumenti li fihom kien fl-ilma. Ta' min ifaħħar ukoll il-prestazzjonijiet tat-tliet goalkeepers Alan Borg Cole, Niki Grixti u Ryan Sciortino. Ta' min fl-aħħar isemmi l-prestazzjonijiet eċċellenti tal-plejer Malti Stevie Camilleri mat-tim Taljan ta' 7 Scogli fejn spiċċa faċilment rebbieħ tal-unur personali tal-Aqwa Skorer tat-turnament. Apparti Matthew Zammit li rebaħ l-unur tal-MVP tat-turnament, Stevie Camilleri u Niki Lanzon kienu indubbjament l-aqwa plejers ta' dan it-turnament," temm jgħid Karl Izzo. It-tim nazzjonali tal-waterpolo li ħa sehem b'suċċess l-Malta International Cup 2014 Ir-riġenerazzjoni tal-Pixxina Nazzjonali f 'tal-Qroqq Indirizza wkoll il-konferenza tal-aħbarijiet iċ-Ċermen tal-Kunsill Malti għall- Isport Luciano Busuttil, li spjega kif l-isport tal- għawm jikkontribwixxi ferm fit-turiżmu sportiv f 'pajjiżna. Huwa kompla jgħid li l-KMS għandu skema speċifika li tindirizza dan il-għan, però din se tkun mogħtija libsa ġdida fil-jiem li ġejjin. Busuttil qal kif s'issa fl-2014 kienu 29 l-entitajiet sportivi u 39 l-avvenimenti internazzjonali li kienu ospitati f 'pajjiżna li bbenefikaw minn din l-iskema. Dawn sarrfu f '68,400 bednight li hi ċifra kbira meta mqabbla mal- miljun turist li hu stmat li waslu f 'pajjiżna sa issa. Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius spjega kif ir- riġenerazzjoni tal-pixxina kienet minn dejjem fuq l-aġenda tal-Gvern tant li hi mniżżla wkoll fil-manifest elettorali. Huwa b'impenn u għaqal li dan il-Gvern qed ikompli jilħaq il-miri li għandu. Chris Agius spjega kif inġiebu fondi mill-Unjoni Ewropea sabiex il-pixxina jkollha żewġ pompi tas-sħana għall-pool u anke għad- dive pool, sistema ta' arja kkundizzjonata VRF, Solar Collectors u Pool Covers biex tkun waħda aktar sostenibbli. Il-Gvern jifhem li din il-pixxina qed tintuża fil- massimu tagħha. Kien għalhekk li ftit tal-jiem ilu kien iffirmat kuntratt mal- klabb ta' Neptunes li fost il-klawsoli jgħid li ċerti sessjonijiet isiru fil-pixxina tagħhom sabiex il-punt ta' saturazzjoni li laħqet il- pixxina nazzjonali jkun dilwit bejn tnejn. Chris Agius għalaq l-intervent tiegħu billi spjega li wegħda elettorali oħra hi dik li jkun hawn pixxina msaqqfa u li din hija mira oħra li se jkun qed jaħdem fuqha fil-futur qrib. Preżenti għall-iffirmar kien hemm delegazzjoni mill-ASA immexxija mill-President Joe Caruana Curran u diretturi fil-Bord tal-KMS. Ħajja ġdida għall-Pixxina Nazzjonali f 'Tal-Qroqq

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 November 2014