Illum previous editions

illum 9 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/413178

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

34 illum | Il-Ħadd 09 ta' Novembru 2014 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-isport u b'mod speċjali lejn il- basketball? Tul ħajti kollha sa minn meta kelli tliet snin, ili nipprattika l-isport. Lgħabt futbol mas-subien sakemm kelli 15-il sena u meta qaluli li kelli nilgħab mal-bniet, waqaft nilgħab! Flimkien mal-futbol kont nipprattika wkoll l-atletika. Ikkompetejt fil-heptathlon sa minn meta kelli biss 12-il sena madankollu kont aħjar fid- dixxiplini tax-shot put u l-javelin. Sirt champion tal-javelin tal- Awstralja fl-età ta' 15-il sena u immedjatament wara skoprejt il- basketball f 'ħajti. Ġejt inkoraġġita minn ommi biex nipparteċipa fl-isport u eventwalment hija rrealizzat li kelli abilità naturali fl-atletika. Kienet ommi li sfidatni biex nipprova kollox f 'ħajti. Ġaladarba skoprejt il-logħba tal-basketball, immedjatament sirt inħobb lil din il-logħba. Kont ossessjonata u ridt nagħti l-aħjar tiegħi. Darba waqt li kont qed nilgħab l-iskola tifla oħra qaltli li kelli nieħu l-basketball b'iktar serjetà f 'ħajti. Mort għal prova ma' Sydney Comets u għamiltha fl- ewwel tim. Fl-ewwel staġun tiegħi rnexxieli nilgħab ukoll mat-tim ta' NSW State u rrappreżentajt lil Sydney fil-Kampjonati Awstraljani. Il-basketball kien ħajti. Kont nilagħbu fl-iskola, fil-park, u f 'kompetizzjonijiet lokali ta' kuljum. Kif komplejt tevolvi fil-basketball? Wara li kont nilgħab fis-sezzjoni tal-juniors bqajt tiela' fil- Kampjonat Warratah li jintlagħab f 'Sydney u fl-età ta' 22 sena ltqajt ma' Peter u Frances Scott li kellhom taħdidiet miegħi rigward possibiltajiet li nilgħab ma' xi tim fl-Ewropa. F'dak iż-żmien eżatt kont qed nipprova nilgħab ma' Sydney Flames li jilagħbu fil-Kampjonat Nazzjonali tal- Awstralja waqt li kelli offerta wkoll biex nilgħab mal-Kulleġġ Dowling fl-Amerika. Kienet xi ħaġa diffiċli għalija li niddeċiedi ta' dik l-età u għal xi raġuni ddeċidejt li nħalli l-Awstralja u mmur nilgħab ma' Kastoria fil-Greċja fejn hemmhekk kellu jkun l-ewwel staġun tiegħi ta' basketball Ewropew. Il-fatt li kont 'il bogħod mid-dar kienet diffiċli għal bidu iżda ħassejtni tassew fortunata li ngħatajt din l-opportunità u għalhekk ridt nagħmel l-aħjar possibbli minnha. Il-kumplament huwa storja. Il-fatt li stajt nitħallas għall-iktar ħaġa li nieħu gost nagħmel f 'ħajti kien ta' privileġġ kbir għalija. Stajt indur id-dinja kollha, nilgħab basketball fl-isbaħ postijiet tad-dinja, nilgħab kontra wħud mill-plejers li kont imdorrija nara fuq it-televixin u li kont noħlom li xi darba kont għad insir bħalhom. Ili fuq dan il-vjaġġ f 'ħajti sa minn meta kelli 22 sena u li kuljum inqum u nkompli miexja f 'din it-triq huwa ta' grazzja għalija. Nirringrazzja ħafna lil ommi li ssagrifikat kollox biex tkun tista' taffordja biex iżżommna kollha involuti fl-isport. Jiena l-kbira fost żewġ aħwa subien u tifla u għalhekk ma kinitx xi ħaġa faċli għal ommi. Konna lkoll kompetittivi u involuti fl-isport minn ta' età żgħira ħafna u dan kien jinvolvi spejjeż kbar. X'effett kellhom Peter u Frances Scott fuq ħajtek? Peter u Frances Scott li ilhom jinkoraġġuni sa minn meta kelli 22 sena, saru l-familja tiegħi. Huma bidlu l-ħajja tiegħi fil-ġurnata li fiha ltqajna u flimkien qatt ma SPORTSillum CRISTIAN ANTONY MUSCAT Samantha Brincat - bla dubju waħda mill-aqwa plejers li pproduċa l-basketball lokali f'dawn l-aħħar snin u li għamlet isem għal pajjiżna - istess sport barra minn Malta. "Wara li ntemm il-karriera tiegħi fil- basketball, m'hemmx dubju li rrid inkompli nkun involuta fil-basketball kemm fil- kowċing jew bħala punt ta' riferiment għal- logħba tal-basketball" Il-basketball huwa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 November 2014