Illum previous editions

illum 9 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/413178

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 09 ta' Novembru 2014 | illum 35 SPORTSillum ħarisna lura. Kont tassew fortunata li qatt ma kelli esperjenza kerha ma' kull klabb li lgħabt miegħu f 'kull pajjiż. Grazzi għall-isforz kbir u riċerka li dawn iż-żewġ persuni għamlu billi investew fil-karriera tiegħi, sirna familja waħda u ninsab ferm grata li għandi lilhom f 'ħajti. Kif tiddeskrivi l-klabb li tilgħab miegħu – Depiro? Meta ġejt għall-ewwel darba Malta ma kontx naf x'kien hemm lest għalija. Ma kontx naf ħafna rigward Depiro jew Malta bħala pajjiż. F'temp ta' ftit xhur irrealizzajt ferm malajr kemm kont tassew fortunata, li għal darb'oħra ġejt involuta ma' klabb tal-basketball daqshekk rispettat f 'Malta. Depiro huwa klabb li jħares ħafna 'l quddiem, u li dejjem iħares kif jista' javvanza l-livelli tagħhom u jinvesti ħafna fil-plejers żgħażagħ tiegħu. Immedjatament ġejt involuta fil-kowċing ma' dan il-klabb għalkemm l-ewwel responsabbiltà tiegħi kienet dik ta' plejer. F'dawn il-jiem bdejt ir-raba' staġun tiegħi ma' Depiro u għadni nħossni eċitata bix nilgħab. Matul l-aħħar tliet staġuni t-tim tagħna tan-nisa kiseb suċċess konsiderevoli u fuq livell personali nħoss li l-logħba tiegħi tjiebet fil-livelli tagħha. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-basketball u għandek xi pjanijiet għal meta tirtira minn din il-logħba li tant tħobb? Mhux qed inħares lejn dik il- ġurnata li fiha nieqaf nilgħab il-basketball u l-ħsieb rigward dan lanqas biss jidħol f 'moħħi. Naħseb li se nibqa' nilgħab sakemm ġismi ma jkunx jiflaħ iktar strapazz! Fil-futur għandi aspirazzjonijiet li nkun kowċ. F'dawn l-aħħar tliet snin f 'Malta l-kowċing qatt ma kkunsidrajtu bħala delizzju iżda xi ħaġa li nieħdu b'serjetà kbira. Wara li ntemm il-karriera tiegħi fil-basketball, m'hemmx dubju li rrid inkompli nkun involuta fil- basketball kemm fil-kowċing jew bħala punt ta' riferiment għal- logħba tal-basketball. Ilha tipprattika l-isport sa minn meta kellha tliet snin Lagħbet futbol mas-subien sakemm kellha 15-il sena u meta qalulha li kellha tilgħab mal-bniet, waqfet tilgħab Flimkien mal-futbol kienet tipprattika wkoll l-atletika Ikkompetiet l-heptathlon minn meta kellha 12-il sena madankollu kienet aħjar d-dixxiplini tax-shot put u l-javelin Saret champion tal-javelin tal-Awstralja -età ta' 15-il sena u immedjatament wara skopriet il-basketball f'ħajjitha Tilgħab u hija waħda mill-aqwa plejers ta' Depiro Samantha Brincat "Lgħabt futbol mas- subien sakemm kelli 15-il sena u meta qaluli li kelli nilgħab mal-bniet, waqaft nilgħab!" huwa ħajjitha Ritratt: Ray Attard

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 November 2014