Illum previous editions

illum 9 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/413178

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

Il-Ħadd 09 ta' Novembru 2014 | illum 5 *è$/$.7$57*è$5,) RATA TAT-TAXXA MNAQQSA FUQ ,''è8/0,//.(5$ % ZZZPNJQJRYPW 2599 8500 -(:Ì(03(/ ,'è2/),66,7 +HSHJQHKOQNOIDSSHDFâDJP@SSL@JHDMC@PRGDJJ@SSQ@DMSH)DJJFâ@MCHWH OQNOIDSHRR@SHRS@SHQQDÜHRSQ@KOQNOIDSSHDFâDJTSF@VCHLHQQ@S@LM@PPR@S@ŗ VHSGGNKCHMFS@WETPHCCâTKLHKKJDQ@S@KOQNOIDSSHDFâDJ#@MGTVJNKK HÆÆ@MRSHDFâDJKHSHQQDFNK@QHYY@KONķHYYINMHS@SS@WW@SHDFâDJTSHCCHJI@Q@ KJDQ@LFâNCCHI@(QQDÜHRSQ@KOQNOIDSSHDFâDJHRR@TRDQQ@âLNââNJ Distakk ta' 14-il punt bejn Muscat u Busuttil MINKEJJA li l-Gvern naqqas sew mill-popolarità tiegħu, il-Prim Ministru Joseph Muscat għad għandu vantaġġ sew fuq il-kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil ta' 14-il punt. Dan deher fi stħarriġ li deher fil-MaltaToday il-ġimgħa li għaddiet. Dan l-istess stħarriġ ħabat mal- ewwel Konvenzjoni Ġenerali li saret mill-Partit Nazzjonalista li inkluda fih diskors ta' Busuttil fejn fih ipprova jidher bħala kap aktar ġdid u aktar determinat. Fl-istħarriġ deher ukoll li għalkemm Busuttil żied il-popolarità tiegħu bi 3 punti meta mqabbla mal- istħarriġ li sar f 'Marzu li għadda, li kien l-istħarriġ ta' qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, fadallu x'jaqdef biex jilħaq lil Muscat. Intwera wkoll li ż-żewġ kapijiet kellhom 85% tal-fiduċja tal- votanti rispettivi tagħhom fl-2013. Matul il-kampanja elettorali għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, id-distakk fil-fiduċja bejn iż-żewġ kapijiet varjat bejn 10 u 16-il punt. Dan meta f 'dan il-perjodu, il-kapijiet politiċi jkollhom it-tendenza li jkollhom livelli ta' fiduċja għolja minħabba li jidhru aktar f 'dak il-perjodu. It-tnaqqis ta' tliet punti li ġarrab Muscat, però kien xorta waħda ferm inqas mit-telf li ġarrab il-bqija tal-kabinett. Joseph Muscat ġab 45% tal-fiduċja f 'dan is-stħarriġ li huwa l-inqas sa minn April tal- 2013 fejn kien igawdi m inn 59%. "Iż-żwieġ tagħna hu mibni fuq il-fiduċja" – Konrad Mizzi FI stqarrija li ħareġ il- Ministru tal-Enerġija u s-Saħħa Konrad Mizzi, jgiddeb dak kollu li ppublikat Daphne Caruana Galizia fil-blogg tagħha, il- Ġimgħa 7 ta' Novembru. Mizzi jikkonferma li ż-żwieġ tiegħu ma' Sai Mizzi Liang huwa "l-aħjar li qatt kien" u mibni fuq il-fiduċja u għaldaqstant il-fatt li Caruana Galizia semmiet id-divorzju hija waħda "assurda." Jiċċara wkoll il-fatt li Lindsey Gambin li hija l-Koordinatriċi tal-Komunikazzjoni għall- Ministeru tal-Ministru Mizzi mhix f 'relazzjoni mal-Ministru u ma kinetx parti mill-kontinġent Malti fiż-żjara li saret lejn iċ-Ċina x-xahar li għadda, kif allegat Caruana Galizia. Mizzi jkompli jżid li d-dettalji kif miktuba fil- blogg ta' Caruana Galizia huma kollha gidba, offensivi u irresponsabbli. Il-Ministru żied li l-kuntratt tal-impieg tas-Sinjura Sai Mizzi Liang ġie mressaq fil-Parlament mill- Gvern. Mizzi temm jgħid fl- istqarrija li kemm il-koppja Mizzi kif ukoll Gambin għamlu libell fil-Qorti kontra s-Sinjura Caruana Galizia. Jgħid ukoll li dak kollu li jingħad fl-istqarrija jista' jiġi ppuvat bil-fatti. Barra minn dan, il-koppja Mizzi ppreżentaw kwerela lill- Pulizija. Konrad u Sai għandhom żwieġ b'saħħtu, b'kuntrast ma' dak li qalet DCG Ġunju 2013 Ottubru 2013 Ottubru 2014 Marzu 2014 April 2014 Mejju 2014 Xejn Ma Nafx Minn paġna 1

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 November 2014