Illum previous editions

illum 9 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/413178

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

VERONICA LYNN MIZZI vmizzi@mediatoday.com.mt SABIEX titfa' l-ewwel ġebla trid ma tkunx ħati, suppost. Imma hekk hu l-każ fil- politika lokali? Il-Kap tal- Oppożizzjoni Simon Busuttil jiġi kkritikat għax għalkemm jikkritika lill-Gvern, hu stess mhux pur. Imma biex tagħti l-kritika mhux bilfors tkun pur? Staqsejna lil diversi opinjonisti x'jaħsbu dwar jekk l-Oppożizzjoni tinsabx f 'pożizzjoni li tagħmel din il-kritika lill-Gvern. Dan wara li wħud mill-kritika li qed issir fil-konfront tal-Gvern mill-Oppożizzjoni hija dwar kwistjonijiet u żbalji li diġà saru minn amministrazzjoni preċedenti. Staqsejna wkoll dwar il-mod ta' kif isiru l-attakki fix-xena politika min- naħa għall-oħra, jekk jemmnux li huma effettivi u għandhomx isiru b'dan il-mod. Fil-kummenti tagħhom, l-opinjonisti qablu li l-kritika hi bżonjuża filwaqt li semmew diversi temi li qed issir xi tip ta' kritika fuqhom fosthom il-finanzjamenti tal-partiti u l-karigi fi ħdan il-Gvern. CARMEL CACOPARDO Il-mod ta' kif issir il-kritika minn partit tirrifletti fuq il- kredibbilità li għandu l-istess partit. Dan għax jekk il-partit qed jagħmel l-istess tip ta' żbalji li kien jikkritika fuqhom qabel, mhux se jinstema' kredibbli mal-poplu. Minħabba f 'hekk, meta tgħaddi l-kritika trid tkun kostruttiv f 'dak li tkun qed tgħid. Minkejja dan, preżentament, il-politiċi Maltin draw f 'din is-sistema u l-mod ta' kif issir il-kritika u kif tiġi ppreżentata, b'mod partiġġjan fejn il-kritika ssir b'attakki kontra attakki. Tara dan fuq l-attakki preżenti fuq il-finanzjament tal-partiti fejn il-Partit Nazzjonalista wara li għamel 25 sena fil-Gvern, ma tax kasha u issa li jinsab fl-Oppożizzjoni, qed jitkellem favuriha. Bl-istess mod il-Partit Laburista wkoll biddel il-ħsieb fuq diversi kwistjonijiet dwar il-finanzjament tal-partiti mill- istat u għaldaqstant trid tieħu kollox "with a pinch of salt" fejn għandu x'jaqsam dak li jgħidu l-politiċi. SIMONE CINI Jekk bniedem li qed jikkritikak għandu raġun fil-kritika tiegħu ma tistax tgħidlu li ma jistax jikkritikak għax hu hekk għamel meta kellu l-poter. In-nies xebgħu minn din l-attitudni arroganti u wrew dan fl-aħħar elezzjoni ġenerali. Il-Gvern preżenti għandu sfida kbira biex jara li ma jiżbaljax fejn żbalja ta' qablu iżda dan ma jfissirx li ma jirranġax ingustizzji ma' nies li minn dejjem ħaddnu twemmin Laburista u li ta' dan qatt ma ngħataw il-promozzjonijiet jew karigi li ħaqqhom. Dwar in-nepotiżmu, nara li hi kritika vojta għall-aħħar għax f 'dawn is-sentejn xbajt nisma' b'nies li kienu minn dejjem Laburisti li baqgħu ma ħadux dak li ħaqqhom. Għalhekk ma nistax nifhem il-kritika ta' Simon Busuttil f 'dan ir- rigward. Dan li qed ngħid mhu xejn ġdid, għax huwa t-twettiq tal-wegħda ta' Joseph Muscat meta stieden lil min irid jaħdem miegħu biex jagħmel dan. Però xi kultant li timxi bil-ġustizzja żżejjed tista' tkun qed tagħmel inġustizzja oħra, din id-darba ma' Laburisti li fil-passat twarrbu fuq raġuni ta' kulur. Lill-Oppożizzjoni nistaqsiha tafx x'qed iħossu ċerti Laburisti meta jisimgħu li fuq nett ta' ċerti ażjendi tal- Gvern qed jitpoġġew persuni li żgur qatt ma kienu magħrufa għat-tħaddin politiku Laburista tagħhom. Tissemma wkoll il-kritika li qed issir dwar it-traffiku. Huwa minnu li kulħadd jista' jitkellem dwar il-frustrazzjoni li qed iħoss bit-traffiku esaġerat fil-pajjiż. Iżda meta nisma' lill- Oppożizzjoni tikkritika dan, jaqbadni d-daħk qisu r-rush hours ivvintahom il-PL. Aħna ċ-ċittadini nieħdu gost aktar li kieku l-Oppożizzjoni u l-Gvern joqogħdu ras ma' ras u jaħdmu għal soluzzjoni effettiva. Kritika oħra tal-Oppożizzjoni li ma ddoqqlix hija dik dwar il-power station li kellha tibda taħdem bil-gass minflok bil-heavy fuel oil. Hawnhekk bħala ċittadina anke jien xtaqt li kieku l-Gvern żamm maż-żmien imwiegħed iżda ta' lanqas nemmen li aħjar naqra tard milli l-ġustifikazzjoni għal HFO, kif konna nisimgħu qabel. Ċittadini onesti anke jekk Nazzjonalisti, jinkwetaw li l-Gvern ma laħħaqx maż-żmien li wiegħed iżda żgur ħadd ma jieħu gost b'tip ta' kritika min-naħa tal-Oppożizzjoni li qisha qed tieħu gost b'dan kollu meta finalment, is-saħħa m'għandhiex kulur politiku. Huwa tajjeb li jkollna Oppożizzjoni li tibda torbot il- proġetti tal-Gvern maż-żmien imwiegħed għax jien nistaqsi liema proġett tal-Gvern tlesta fiż-żmien f 'dawn l-aħħar 20 sena? Il-poplu Malti u min imexxih irid jimmatura fil-kritika tiegħu għax kulħadd jirbaħ meta min jikkritika jkun kostruttiv u min qed jirċievi l-kritika mhux biss jiġġustifika għemilu iżda jirrifletti fuq kif jużaha biex itejjeb il-ħidma tiegħu. 6 illum | Il-Ħadd 09 ta' Novembru 2014 Min jiskonġra jrid ikun Carmel Cacopardo Simone Cini Peppi Azzopardi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 November 2014