Illum previous editions

illum 9 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/413178

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

MATUL dis-sena Malta se jkollha t-tieni l-ikbar tkabbir ekonomiku fiż-żona ewro kollha, wara l-Irlanda. L-aħħar rapport tal- Unjoni Ewropea bit-tbassir ekonomiku ppubblikat dil-ġimgħa, jikkonferma li matul l-2014 l-ekonomija Maltija se tikber bi kważi erba' darbiet iktar minn kemm se tikber bħala medja l-ekonomija taż-żona ewro. L-Unjoni Ewropea temmen li fl-2014 Malta se jkollha tkabbir ekonomiku d-doppju ta' dak li se jkollha l-Ġermanja. Jirriżulta li waqt li fl-aħħar sena ta' gvern Nazzjonalista t-tkabbir ekonomiku kien ta' 2%, dis-sena l-ekonomija se tikber bi 3%. Ir-riżultat pożittiv fit-tkabbir ekonomiku mistenni jibqa' għaddej anki matul l-2015. Is-sena d-dieħla t-tkabbir tal-ekonomija ta' pajjiżna se jkun it-tielet l-iktar qawwi fiż-żona ewro kollha. It- tkabbir ekonomiku huwa akkumpanjat minn rati tajbin anki f 'dak li huwa infieq tal- konsumaturi, rati li se jkunu qed jibqgħu jiżdiedu sena wara l-oħra bejn dis-sena u l-2016, u li huma ogħla sew mill-medja taż-żona ewro. L-istess riżultati pożittivi huma rreġistrati fil-qasam tal-impjiegi. Għall-2014 pajjiżna se jkollu l-ikbar żieda fl-impjiegi fiż-żona ewro. Iż- żieda ta' 2.4% fil-qasam tal- ħolqien tal-impjiegi f 'pajjiżna hija sitt darbiet ikbar minn dik medja fiż-żona ewro. U fl-istess ħin ħames pajjiżi fiż-żona ewro se jkollhom tnaqqis u mhux tkabbir. Dan kollu jirrifletti ruħu f 'riżultati tajbin oħra fir-rata tal-qgħad. Għal dis-sena pajjiżna se jkollu t-tielet l-inqas rata ta' qgħad fiż-żona ewro. Huma biss il-Ġermanja u l-Awstrija li se jkollhom rata ta' qgħad inqas minn dik ta' Malta. Ir-rata tal-qgħad fl- 2014 f 'pajjiżna se tkun ukoll inqas minn dik li pajjiżna rreġistra matul l-aħħar sena ta' gvern Nazzjonalista. Pajjiżna mistenni jibqa' b'fost l-iktar rati baxxi ta' qgħad fiż- żona ewro anki matul l-2015 u l-2016. Fil-qasam tal-finanzi pubbliċi dis-sena pajjiżna se jnaqqas id-defiċit minn 3.7% fl-2012, l-aħħar sena ta' gvern Nazzjonalista, għal 2.5%. Sas- sena 2016 id-defiċit mistenni jinżel għal 2%. Il-Ħadd 09 ta' Novembru 2014 | illum 7 Tkabbir ekonomiku Erba' darbiet iktar minn taż-żona ewro Joseph Muscat u Simon Busuttil waqt il-konferenza tal-Malta Chamber of Commerce fejn ġiet diskussa l-ekonomija f'Malta Ritratt: Ray Attard ikun pur? PEPPI AZZOPARDI Sal-lum il-Gvern għadu jgawdi minn eluf ta' nies li "għażlu Labour" u qed jiddefendu din l-għażla, mhux jiddefendu l-Labour imma l-għażla li għamlu huma. Kull ħaġa li ma togħġobhomx fil-Gvern, jippruvaw jiġġustifikawha, mhux biex jiġġustifikaw lil-Labour imma biex jiġġustifikaw li huma għażlu Labour. Għalhekk, il-kritika tan- Nazzjonalisti, anke meta hija ġustifikata, ma tistax tkun effettiva għax in-nies li għażlu Labour iħossu li n-Nazzjonalisti mhux lil- Labour qed jikkritikaw iżda l-għażla li għamlu huma. U aktar ma jikkritikaw lil-Labour, aktar qed iħossuhom urtati għax kważi jħossuhom qed jikkritikaw lilhom. U anke kieku flok Simon Busuttil kien hemm xi ħadd ieħor, kien jiġri l-istess. Ovvja li din mhix sitwazzjoni perpetwa. Se jiġi żmien meta l-għażla ma tibqax daqshekk ċentrali li jiddefenduha. Dan jista' jiġri aktar malajr jekk il-Labour jibqa' jdoqq id-diska li "l-kritika tan-Nazzjonlisti mhix kredibbli għax huma għamlu agħar minn hekk." Dan id-diskors jinsulenta lil dawk li għażlu Labour propju għax emmnu li mhux se jkunu bħan- Nazzjonalisti. U hawn il-Gvern ikun qed jinsulenta mhux lin-Nazzjonalisti iżda lil dawk li sa issa għadhom jiddefendu l-għażla li vvutaw Labour. NORMAN VELLA L-ewwel darba li missieri qabadni npejjep sigarett, tani ċamata. Is-sigarett li qabadni bih kont ħadtu mill-pakkett tiegħu. Hu kien ipejjep ferm iktar minni. Ir-risposta tiegħi għall-paniġierku li għamilli kienet sentenza waħda, "biex tiskonġra trid tkun pur". Meta ħafna snin wara rnexxieli nieqaf inpejjep, il-ħsara li għamilt lili nnifsi ma rranġatx mil-lum għal għada. Lanqas il-flus li nfaqt f 'duħħan ma ġew lura. Kien ikun ferm aħjar għalija kieku tajt każ tal-iskunġrar ta' missieri minflok qgħadt ninħela niġġudika n-nuqqas ta' purità tiegħu. U jekk għada pitgħada ibni jkun qed jagħmel l-istess żbalji li nagħmel jien, dmiri jkun li nagħmel miegħu kif għamel miegħi missieri. U jekk jagħmel agħar ikolli ninħanaq ftit iktar ta' spiss. B'dan kollu ma rridx infisser li jien m'għandix nipprova nirranġa d-difetti tiegħi, anzi. Min irid il-ġid lilu nnifsu ma jillimitax ruħu biss għall- prietki. Kieku snin ilu missieri sema' minn dak li kien qed jgħid lili u waqaf ipejjep kien ikun aħjar għalih ukoll. Bl-istess mod, indipendentement minn dak li ġara fil-passat, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista għandha dmir u obbligu lejn il-poplu Malti li tiskrutinizza dak kollu li qed jagħmel il-Gvern u li tikkritikah. Hija tassew ħasra li din il- kritika spiss titqies bħala attakk. Il-kritika għandha titwieġeb b'azzjonijiet pożittivi, bħal m'huma iktar trasparenza, iktar kontabbiltà, iktar onestà u iktar serjetà fit-tmexxija. Ħasra li r-reazzjoni tal-Gvern Laburista ħafna drabi tkun kontrattakk li l-poplu ma jieħu assolutament xejn minnu. Iżda jagħmel x'jagħmel il-Gvern, l-Oppożizzjoni m'għandha qatt tonqos milli taqdi dmirha ta' oppożizzjoni. Fl-istess waqt il-Partit Nazzjonalista għandu jkompli jaħdem biex jibni alternattiva serja għall-Gvern li għandna llum. Norman Vella

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 November 2014