Illum previous editions

illum 9 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/413178

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

8 illum | Il-Ħadd 09 ta' Novembru 2014 Il-qtil ta' Wilfred Cardona f 'Mejju 1984 ILQTIL ta' Wilfred Cardona, Furjaniż li kellu 41 sena, minn dejjem kien jitqies bħala każ diffiċli biex ikun solvut. Illum, aktar minn 30 sena wara, hawn min saħansitra jgħid li mhux biss dan il-każ huwa diffiċli imma "impossibli" li l-Pulizija se jsibu xi tip ta' għajnuna u dan minħabba li l-qtil ta' Cardona kien minn dejjem jitqies bħala każ "jaħraq ħafna." Attentat fuq ħajtu jiem qabel inqatel Wilfred Cardona kien instab maqtul għall-ħabta tal-10.30pm fi Triq id- Durumblat fil-Mosta. Huwa nqatel bi tliet tiri ta' pistola jew revolver liema tiri kienu sparati mill-viċin. Iżda, dejjem skont ma kien allega Cardona kien sar attentat ieħor fuq ħajtu xi jiem qabel. Huwa kien qal li meta kien qed isuq fi Triq il- Kosta, limiti tas-Salini, innota li kien hemm vettura li kienet qiegħda ssegwih. F'ħin minnhom instemgħet sparatura u Cardona waqqaf il-karozza u ħareġ jiġri għal fuq il-blat. Huwa kompla jallega li l-karozza li kienet qed issegwih waqfet ukoll u kif kien qed jipprova jaħrab sema' aktar tiri li kienu sparati fid-direzzjoni tiegħu, imma b'xorti tajba ma ntlaqatx. Huwa mifhum li Cardona kien laħaq ħa nota tan- numru tar-reġistrazzjoni tal- karozza li dak iż-żmien kienu differenti minn tal-lum. Fil- fatt f 'dak il-perjodu n-numri kienu qegħdin jinbidlu minn numri biss għal ittra u numri. Peress li Cardona kien allega wkoll li meta f 'Diċembru tal-1983 kien arrestat u safa msawwat, jew kif allega l-istess vittma kien ittorturat fid-Depot tal-Pulizija, x'aktarx li meta niżżel in- numru tal-karozza li minnha kienu sparawlu, ma kienx għamel rapport mal-Pulizija. Dan minħabba li x'aktarx li Cardona ma kellux fiduċja fil-Pulizija. Seta' kien tradut minn xi ħadd li kien jafda Kull min kien jaf lil Wilfred Cardona, kien jgħidlek li Cardona kien raġel mibni u b'saħħtu. Kien ġej minn familja ta' burdnara u ma kienx bniedem li jibża' mix- xejn. Wara li kien inħeles mill- arrest, fejn Cardona kien qal li safa msawwat minn diversi pulizija, huwa kien eżaminat minn Dr Antoine Mifsud Bonnici li ċċertfika li Cardona kellu diversi tbenġil u anke ġrieħi fil-kustilji. Dawn kienu jindikaw li Cardona kien ingħata daqqiet ta' ponn fuq sidru. Imma l-uffiċjali li kienu nterrogaw lil Cardona, kif ukoll membri oħrajn tal- Korp tal-Pulizija li dakinhar kienu fid-Dipartiment tal- Investigazzjonijiet Kriminali, kienu ċaħdu li Cardona kien "safa ttorturat" fid-Depot tal-Pulizija. Saħansitra l-Prim Ministru ta' dak iż-żmien, Duminku Mintoff, kien poġġa fuq il-mejda tal- Kamra tar-Rappreżentanti l-istqarrija tal-Pulizija li fiha ntqal li Wilfred Cardona f 'ħin minnhom waqt l-interrogazzjoini, apparentament minħabba nkwiet familjari beda jagħti kemm jiflaħ b'rasu ma' mejda li kellu quddiemu u b'hekk kien sofra ġrieħi f 'rasu u mhux kif kien allegat li dawn saru mill-Pulizija. Kien hemm allegazzjoni li waqt l-interrogazzjoni mill-Pulizija tad-DIK dwar xi armi, Cardona seta' kixef jew wiegħed li jikxef persuni li kienu jpoġġu bombi ma' residenzi u postijiet oħrajn. Jista' jkun li anke meta kien meħlus mid-Depot seta' mar tkellem ma' xi persuni li Cardona kien jafda u stqarr magħhom li kien se jparla. Iżda ma kienx eskluż li Cardona kien ġie ttradut u seta' kien hemm min ried jeliminah biex ma jitkellimx. Kien imur quddiem id-dar ta' uffiċjal tal-Pulizija Fil-ġimgħat ta' wara li nħeles mill-arrest, Cardona flimkien ma' raġel ieħor kien mar diversi drabi quddiem ir-residenza ta' wieħed mill- uffiċjali tal-Pulizija u kienu joqogħdu ftit tal-ħin hemm. Cardona kien għamel hekk biex juri lil dak l-uffiċjal li kien jaf fejn joqgħod. Fil-fatt Cardona kien jibqa' hemm sakemm dan l-uffiċjal jinduna bil-preżenza tiegħu. Dan il-fatt kien deskritt bħala theddida għal dan l-uffiċjal u l-familja tiegħu. Fi program televiżiv, l-avukat ta' Cardona, Dr Clarence Busuttil, kien qal li lil Cardona kien wissieh "biex ma jagħmilx ħmerijiet." L-aħħar passi ta' Wilfred Cardona Kien il-Ġimgħa, 18 ta' Mejju 1984, ftit inqas minn 30 sena u sitt xhur ilu li Wilfred Cardona nqatel. Huwa kien joqgħod fi Triq il-Kappuċċini fil-Furjana. Għall-ħabta tas-6pm huwa ħareġ mid-dar tiegħu u mar bil-mixi fejn kellu l-uffiċċju Dr Busuttil fil-Belt. Aktar tard huwa kien mar mal-istess avukat fil-Każin tal-Partit Nazzjonalista ta' Ħaż-Żebbuġ fejn damu hemm sa wara d-9pm. Skont Dr Busuttil kienu marru hemm għax l-istess Wilfred Cardona kien ħajru biex joħroġ għall- elezzjoni f 'isem il-PN u kien qallu li d-Deputat Joe A. Grima ma kienx se jerġa' jikkontesta l-elezzjoni u li l-istess Grima kien se jgħinu. Kien hemm min allega li dakinhar Cardona kellu argument sħun ma' xi partitarji Nazzjonalisti, iżda din l-allegazzjoni qatt ma kienet ippruvata. Wara li tkellmu ma' Grima u xorbu xi ħaġa, marru lura l-Furjana fejn waqfu f 'ħanut tal-kafé. Għall-ħabta tad- 9.30pm, Cardona qal lil Dr Busuttil li kellu bżonn imur jagħmel telefonata. Wilfred Cardona deher inkwetat imma ma qal xejn lill-avukat minkejja li kien dejjem jgħidlu kollox. Ħadd ma jaf fejn mar Cardona jew jekk it-telefonata li kellu jagħmel għamilhiex mid-dar jew minn xi post ieħor. Lanqas huwa magħruf lil min kellu jċempel. F'inqas minn 45 minuta wara jew xi ftit minuti aktar, Cardona nstab mejjet. Mara ssib il-katavru ta' Cardona Kien għall-ħabta tal- 10.30pm li minn Triq Durumblat qrib fejn kien hemm il-Flower Power, kienet għaddejja mara li rat xi ħaġa fl-art. Għall-ewwel ħasbet li kien kelb li ttajjar minn karozza u tħalla mejjet mal- ġenb tat-triq. Imma jidher li l-kurżità għelbitha u meta resqet aktar viċin indunat li kien raġel wiċċu 'l isfel b'għadira demm taħt rasu. Fi ftit minuti wara li għamlet rapport mal-Pulizija b'dak li rat, fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett kif ukoll il-Pulizija mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali. Sa dak il-ħin il- Pulizija ma kinux jafu min kien il-vittma u kien meta dawn dawru l-katavru li wieħed mill-uffiċjali għarfu bħala Wilfred Cardona. Minnufih kienu informati l-ogħla uffiċjal tal-Pulizija fosthom l-Ispettur Anġlu Farrugia, illum l-Ispeaker tal-Parlament, li wasal fi ftit minuti peress li huwa kien, u għadu, joqgħod qrib ħafna ta' fejn instab il-katavru. Ftit tal-ħin wara marru wkoll id-Deputat Kummissarju Anthony Mifsud Tomasi, is-Supretendenti Charles Bonello u Dennis Balzan u l-Ispettur Anthony Borg. Il- Maġistrat Anton Depasquale mexxa l-aċċess u ħatar lill- Perit Richard Aquilina u lil Anthony Abela Medici bħala esperti tal-Qorti. Mill-ewwel eżamjiet li saru fuq il-katavru kien stabbilit li Cardona kien ilu mejjet inqas minn siegħa mindu nstab. Jinqatel bi tliet tiri Mill-awtopsja li saret fuq il-katavru ta' Cardona l-għada tad-delitt fl-Isptar San Luqa, kien ikkonfermat li kienu sparati tliet tiri għalkemm it- tielet wieħed seta' kien meta Cardona kien diġà mejjet. Mill-istess awtopsja rriżulta li tir minnhom kien f 'sidru, ieħor f 'dahru u ieħor f 'rasu minn wara. Fil-konklużjonijiet tagħhom, l-esperti kienu tal-fehma li l-ewwel żewġ tiri, dak f 'sidru u f 'dahru, kienu sparati mill- qrib tant li fuq ħwejġu nstabu traċċi tal-porvli, magħruf aħjar bħala gunshot residue. L-istess esperti kienu tal- fehma wkoll li Cardona ma nqatilx fuq il-post imma f 'post ieħor jew f 'vettura, x'aktarx xi vann, u wara John Pisani jpisani@mediatoday.com.mt "Il-balla ħarġet minn taħt għajnejh, laqtet it-triq u kienet devjata u baqgħet ma nstabitx" Ftit qabel inqatel, il-vittma Wilfred Cardona, il-vittma nstab maqtul għall-ħabta tal-10.30pm

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 November 2014