Illum previous editions

illum 9 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/413178

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

Il-Ħadd 09 ta' Novembru 2014 | illum 9 ntrema. Kif kien fl-art kien sparat tir ieħor f 'rasu minn wara fejn ingħad li dan sar biex il-qattiel ikun ċert li Cardona jmut. Minn traċċi ta' żebgħa ta' vettura li sabu maċ-ċint, jidher li l-qattiel jew qattiela, kienu qed jirreaġixxu b'għaġġla kbira peress li Triq Durumblat hija triq wiesgħa biżżejjed li ma kellhomx għalfejn jittrakkaw ħafna maċ-ċint. Jinstabu żewġ balal fil- katavru Meta l-patoloġisti kienu qed jeżaminaw il-katavru, kienu sabu żewġ balal mit-tlieta li kienu sparati, dak sparat f 'sidru u dak f 'dahru. Dak li kien sparat fuq wara ta' rasu kien stabbilit li l-balla ħarġet minn taħt għajnejh, laqtet it-triq u kienet devjata u baqgħet ma nstabitx. It-tliet tiri kienu sparati minn fuq għal isfel li setgħu jindikaw li Cardona seta' kien għarkubbtejh. Peress li ma kinux instabu skrataċ, il-probabbilità hija li l-arma li ntużat setgħet kienet revolver jew il-qattiela ġabru l-iskrataċċ qabel telqu. Jinstabu arma u munizzjon fid-dar tiegħu Wara li ntemmet l-awtopsja, il-Pulizija u l-esperti maħturin bl-awtorizzazzjoni tal-maġistrat kienu għamlu tfittxija fl-appartament fejn kien joqgħod Cardona fi Triq il-Kappuċini fil-Furjana. Taħt gwardarobba kien instab revolver tal-marka British Bulldog kif ukoll madwar 40 balla f 'kontenituri jew kaxxi differenti. Oġġetti oħrajn li nstabu kienu nerf kif ukoll kaxxa tas-sulfarini li fuqha kien hemm miktubin ħames numri. Mhux magħruf jekk dawn in-numri kinux tal-karozza li segwietu xi jiem qabel fi Triq il-Kosta jew numru ta' telefon. Aktar tard matul il-ġurnata l-Pulizija kienu sabu wkoll it-trakk Bedford fi Triq Schembri, fil-Ħamrun, li fih ma kien instab xejn suspettuż. Il-Pulizija kienu sabu ċ-ċavetta fih u kien miftuħ. Għall-ewwel ħasbu li Cardona kien ħallieh hemm għax kien waqaflu, imma meta l-istess Pulizija dawru ċ-ċavetta l-magna startjat mill-ewwel. Marsi suspettat Sorsi li tkellmu miegħi allegaw li kien raġel mill- Marsa li allegatament wettaq dan id-delitt. Wara l-qtil ta' Cardona dan il-Marsi ried ibiegħ l-arma, x'aktarx biex jeħles minnha. Waqt li kien qed jinnegozja l-bejgħ tal-pistola tat-tip 'Pietro Beretta' semi-awtomatika bil-magazine, dan kien għamel akkuża serja u qal li huwa kien ġie mqabbad minn persuna, li dak iż-żmien kien uffiċjal tal-Pulizija, biex joqtol lil Wilfred Cardona. Il-verżjoni tas-sors hija li l-Marsi kien ltaqa' ma' Cardona l-Ħamrun xi ħin qabel l-10pm ta' nhar il- Ġimgħa, 18 ta' Mejju 1984 f 'ħanut fi Triq il-Kbira San Ġużepp. Dan allura jispjega kif it-trakk Bedford ta' Cardona kien instab il- Ħamrun u r-raġuni għaliex kien telaq mill-Furjana ftit għall-ħabta tad-9.30pm. Kien allegat li Cardona kien xorob fil-ftit ħin li dam ma' dan ir-raġel u għalhekk il-Marsi offra li jagħtih lift. Iżda minflok ħadu d-dar, dan baqa' jsuq lejn Ta' Qali fejn waqaf qrib fejn kien hemm il-Flower Power. Hemmhekk sparalu tliet tiri ta' pistola f 'rasu, għonqu u sidru u wara tefa' l-katavru barra mill- karozza. B'hekk l-aħħar movimenti tal-vittma jagħmlu sens u anke l-ħinijiet. Tinstab arma li setgħet titfa' dawl fuq il-każ Fil-bidu ta' Jannar tas-sena 2000 waqt investigazzjoni dwar serqa, mara kienet żvelat mal-Pulizija tad-Distrett li kellha informazzjoni dwar delitt li seħħ fl-1984. Hija qalet li kienet taf fejn kienet l-arma li ntużat fil-qtil ta' Wilfred Cardona. Din il-mara qalet lill-Pulizija li wara ħajt f 'razzett f 'Birkirkara kien hemm moħbija l-arma. Dakinhar stess il-Pulizija marret fil-post indikat lilhom mill-mara fejn sabu l-arma mgeżwra f 'ġurnal eżatt fejn kienet qaltilhom. B'din l-arma f 'idejhom il-Pulizija kienu ħadu nifs qawwi u kienu kważi konvinti li l-każ ta' Cardona kien se jerġa' jinfetaħ u forsi anke jissolva. Għaldaqstant l-investigaturi kienu għamlu rikors urġenti fil-Qorti biex ikunu jistgħu jieħdu l-balal li kienu elevati mill-katavru ta' Cardona u li kienu merfugħin fl-istrong room tal-Qorti. Il-Maġistrat Inkwerenti, Dr Jacqueline Padovani kienet ħatret diversi esperti u ordnat lill-Pulizija tal-Fotografija biex jiffilmjaw u jieħdu ritratti tal-proċess waqt li l-balal kienu qegħdin ikunu elevati mill-Qorti. Għebu l-balal mill-Qorti Meta l-Pulizija marru fl-istrong room tal-Qorti u fetħu l-esebiti kollha relatati mal-qtil ta' Wilfred Cardona kienu sabu kollox ħlief il- balal. Irriżulta li bejn l-1988 u l-1989 xi ħadd kien ħa xi esebiti mill-Qorti. Fost dawn l-esebiti kienu ttieħdu l-aktar evidenza essenzjali fil-każ ta' Cardona, iż-żewġ balal li kienu elevati mill-katavru tiegħu u dawn baqgħu qatt ma nstabu. Minkejja dan l-intopp, il-Maġistrat, fuq parir tal- esperti ballistiċi, xorta ordnat li jsiru l-eżamijiet fuq l-arma. Dan seta' jsir minħabba li meta l-balal kienu elevati wara l-awtopsja f 'Mejju 1984, id-dokumenti, il-verbali tal-esperti u d-deskrizzjoni tal-balal kienu nżammu. Għaldaqstant l-espert ballistiku maħtur mill- Qorti, il-Brigadier Maurice Calleja, flimkien mal-Pulizija mit-Taqsima tal-Ballistika, kienu sparaw l-arma biex ikun jista' jsir il-qbil. Sorsi qrib it-Taqsima Forensika tal-Pulizija qalulna li mill- eżamijiet li kienu saru rriżulta li l-karatteristiċi kollha kienu jaqblu perfettament. Il- kalibru 7.65 u karatteristiċi oħrajn li jħallu balal meta jkunu sparati kienu identiċi bħall-arma li biha nqatel Cardona. Il-Pulizija u l-esperti kienu tal-opinjoni li l-pistola, 'Pietro Beretta', li nstabet moħbija f 'ħajt fir-razzett ta' raġel minn Birkirkara hija l-istess arma li biha nqatel Wilfred Cardona. Mhux magħruf kif dik il-mara kienet ċerta li din l-arma kienet l-istess waħda jew kif spiċċat għand il-Karkariż. Il-mara kienet mietet ftit tas-snin wara. Minkejja dan xorta waħda l-Pulizija qatt ma jistgħu jgħidu b'ċertezza sakemm ma jinstabux il-balal biex isiru l-eżamijiet forensiċi. X'aktarx li r-raġel minn Birkirkara lanqas biss kien konxju li din l-arma setgħet kienet l-istess waħda li ntużat fil-qtil ta' Wilfred Cardona. Nifhmu li l-Pulizija kienu sabu min kien ir-raġel mill- Marsa u anke interrogawh, iżda qatt ma kellha dik il-prova konkreta li b'xi mod kien involut fil-qtil ta' Wilfred Cardona. Appell Bħalma qed nagħmlu ma' kull storja ta' delitti mhux solvuti, qed nappellaw lil kull min jaf xi ħaġa dwar dan il-qtil biex jgħaddi kull informazzjoni lill-Pulizija billi jċempel fuq in-numri 119 jew 21224001. Ritratti: Arkivji Nazzjonali il-vittma għamel xi allegazzjonijiet Il-Pulizija għassa mal-post fejn instab il-karattru ta' Wilfred Cardona Pulizija ħerġin mill-blokk ta' appartamenti fejn kien joqgħod Cardona fil-Furjana. Mil-lemin jidhru Anġlu Farrugia, dak iż-żmien kien spettur, is-Supretendenti Charles Bonello u Dennis Balzan u l-Ispettur Anthony Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 November 2014