Illum previous editions

illum 9 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/413178

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

10 illum | Il-Ħadd 09 ta' Novembru 2014 www.gourmettoday.recipes Għamlet rapport falz li s-sieħeb tagħha kkorompa lil binthom Daħħlet l-eroina fil-qalziet ta' taħt Jifqagħlu tazza fuq rasu minħabba €20 Mill-Qorti MARA miżżewga ta' 46 sena mill-Mosta ġiet akkużata li għamlet rapport falz lill- Pulizija li s-sieħeb tagħha kkorrompa lil binthom ta' tliet snin wara li eżamijiet mediċi rriżultaw li l-allegazzjonijiet kienu biss ħrafa. Dan ħareġ fil-Qorti waqt il-proċeduri kontra Rita Borg, li tinsab mixlija li akkużat lis-sieħeb tagħha u l-missier ta' bintha, William Micallef, liema akkuża setgħet tibgħat lil persuna innoċenti l-ħabs. L-Ispettur Josric Mifsud qal li fit-3 ta' April, 2013, Borg kienet għamlet rapport l-għassa fejn din kienet allegat li William Micallef – li miegħu kellha relazzjoni – abbuża lit-tifla u li missilha l-partijiet privati tagħha. L-Ispettur spjega li wara r-rapport, il-Qorti appuntat tabib biex isiru eżamijiet mediċi fuq it-tifla. Però mit-testijiet irriżulta li t-tifla kienet għadha verġni u li ma kien hemm l-ebda sinjal ta' abbuż. Huwa spjega li wara dan, il-pulizija fetħu proċeduri kriminali konta Rita Borg. Intant, l-ispettur kompla jgħid li ma setgħetx jifhem kif kien jara lill-akkużata tiċċaċra ma' William Micallef, meta dan kien allegatament bagħbas lit-tifla tagħhom. "Meta William Micallef kien jiġi għat-tifla l-għassa tan- Naxxar, kont insibha stramba li hu u Borg kienu jiddieħku u jiċċaċraw flimkien. Kont għidtilha li peress li kien hemm dawk l-allegazzjonijiet, hi [Borg] setgħet tagħmel rikors sabiex Micallef ma jarax lit-tifla. Minkejja dan, hi kienet qaltli li hemm digriet fil-qorti tal-familja," l-Ispettur qal. Il-Maġistrat Anthony Mifsud sema' wkoll lis-Surġent Kevin Buhagiar li qal li kien staqsa lit-tifla jekk missierha għamilha xi ħaġa, u din tal- aħħar wieġbet li qatt ma kellha problemi miegħu u li ma kienx idejjaqha. Intant, is-Surġent qal ukoll li darba minnhom Micallef qallu li Rita Borg riedet titlaq lil żewġha biex tmur tgħix miegħu, iżda hu ma riedx. L-Avukat Daniela Mangion qed tidher għall-akkużata, filwaqt li l-Avukati Jason Azzopardi, Kris Busietta, u Martin Fenech qegħdin jidhru bħala parti ċivili. MARA ta' 46 sena minn Bormla li ammettiet li ħbiet pakkett eroina fil-qalziet ta' taħt qabel ma għaddietu lil priġunier fl-2006 ġiet illiberata mill-akkużi miġjuba kontriha wara li l-Qorti qalet li d-drogi ma nstabux. Il-każ imur lura f 'Novembru tal-2006, meta l-akkużata, Michelle Bugeja, żaret fil-ħabs lil Mario Buhagiar. Il-pulizija qalet li dakinhar, Bugeja ħbiet pakkett eroina fil-qalziet ta' taħt, u li f 'ħin minnhom, l-uffiċjali tal-ħabs raw lill- mara taqbad il-priġunier u tpoġġihielu idejh fil-qalziet ta' taħt. Hekk kif l-uffiċjali daħlu fil- kamra, Buhagiar kellu xi ħaġa f 'idu u belagħha. Sussegwentament Buhagiar ittieħed l-isptar għat-testijiet filwaqt li Bugeja ġiet arrestata mill-pulizija. Meta Buhagiar ittieħed l-isptar għat-testijiet, it-tobba ma sabu l-ebda droga, filwaqt li fl-istqarrija tagħha, Bugeja ammettiet fl-istqarrija li kienet ħbiet l-eroina fil-qalziet ta' taħt. Fis-sentenza tiegħu, l-Imħallef David Scicluna, qal li minkejja li l-mara ammettiet, hija ma setgħetx tinstab ħatja li ssuplixxiet u ttraffikat l-eroina lil Buhagiar għax id-droga qatt ma nstabet u għalhekk ma kien hemm xejn x'jorbot lill-mara mal- każ għajr l-istqarrija. Għaldaqstant l-Imhallef qal li ma jistax jifhem kif Bugeja setgħet tinstab ħatja tal- akkużi u lliberaha mill-akkużi miġjuba kontrieha. L-Avukat Roberto Montalto deher għall-akkużata. RAĠEL ta' 59 sena minn San Pawl il-Baħar safa b'widintu mċarrta u wiċċu 'l fuq l-isptar wara li ġie aggredit minn raġel ieħor talli talbu €20 li kien sellfu madwar erba' ġimgħat qabel. Dan qalu John Said matul il-kumpilazzjoni kontra Johan Sciberras li wieġeb mhux ħati li kkaġuna feriti gravi lil Said. L-allegat vittma qal li l-inċident seħħ nhar it-12 ta' Awwissu għall-ħabta tal-10pm. Huwa spjega li dakinhar daħal fl-Aphrodite Bar fi Triq Sant' Aristarku, San Pawl il-Baħar, u staqsa lill-imputat għall-€20 li kien sellfu ftit ġimgħat qabel. Said spjega li Sciberras kien qallu li ma għandux flus biex iħallsu lura, iżda kellu biżżejjed flus biex jixrob. F'mument minnhom, Said avviċina lil Sciberras u qallu "int għandek il- flus għall-birra u għalija m'għandekx?" F'daqqa waħda, il-vittma spjega, Sciberras qam bil- wieqfa u tah daqqa ta' tazza tal-birra u ċarratlu widintu. Huwa qal li minħabba f 'hekk u daħal l-isptar u soffra ġrieħi gravi fuq wiċċu. Il-każ ikompli. Il-prosekuzzjoni qed tiġi mmexxija mill-Ispettur Maurice Curmi, filwaqt li l-Avukat David Camilleri qed jidher għall-akkużat. DANIEL MIZZI dmizzi@mediatoday.com.mt ILMALTA Gay Rights Movement (MGRM) bagħtet lista tal-persuni li ġew innominati nhar it-Tnejn li għadda filgħodu. Iżda l-iktar persuna li qajmet kontroversja kien l-Isqof Scicluna li kien fost iż-żewġ nominati fil-kategorija tal- persuni reliġjużi. Fl-istess kategorija kien hemm Patri Mark Montebello. Kemm Patri Mark Montebello u anke l-Isqof Charles J. Scicluna ma laqgħux in-nomina għall-unuri tal- komunità LGBTI. B'hekk Gabi Calleja, li tkellmet f 'isem l-MGRM qalet li l-unur mhux se jingħata. L-ILLUM staqsa lill- MGRM dwar dawn in- nominazzjonijiet u kif intgħażlu. In-nominazzjonijiet ġew magħżula kemm mill- pubbliku u anke mill-kumitat. Forsi l-mistoqsija fuq fomm kulħadd kienet, kif il-komunità LGBTI waslet biex tinnomina membri mill- Knisja meta nafu li l-Knisja tkun minn ta' quddiem biex ma tippromoviex iż-żwieġ bejn żewġ persuni tal-istess sess u iktar u iktar adozzjoni minn dawn il-koppji. Rigward dan, l-MGRM qalet li l-ispiritwalità u r-reliġjon għandhom impatt pożittiv fuq il-ħajja ta' persuni LGBTI daqs ta' dawk eterosesswali. "Aħna b'hekk ħassejna li nappoġġjaw l-isforzi ta' dawn il-persuni u forsi anke nuru lill- organizzazzjonijiet spiritwali u reliġjużi kif jistgħu wkoll jibnu relazzjoni mal-komunità LGBTI." Rigward il-każ ta' Scicluna nnifsu, l-MGRM qalet li Scicluna rċieva ammont ta' voti minn dawk li vvutaw online u anke dawk fil-kumitati. "Fl-aħħar reviżjoni tagħna biex nagħżlu lin-nominati ma stajnix neskludu lil Scicluna għal żewġ raġunijiet. L-ewwel li nżommu mal-integrità tal-proċess u nirbħu l-fiduċja tal-votanti u t-tieni hi li r-raġunament provdut minn dawk li nnominawh kien validu. Barra minn hekk rajna titjib fil-kwalità u t-tonalità tal- komunikazzjoni mill-Knisja b'mod speċjali fuq kwistjonijiet li jaffettwaw direttament lill-komunità LGBTI. Aħna nilqgħu dan it-titjib u b'hekk ridna li anke ninnominaw persuni mill-Knisja biex nuru l-aprezzament tagħna għall- ftuħ tagħhom. Tajjeb wieħed jgħid li l-Isqof Scicluna, nhar il-Ġimgħa filgħaxija m'aċċettax in- nomina mill-MGRM. Ir- raġuni li ta kienet "Jien ma rridx niġi nnominat u lanqas nirbaħ unur ta' xi ħaġa li hija xejn iktar minn xogħli. Dak li nagħmel hu biss parti minn xogħli u ma naħsibx li ħaqqni unur għal dan." Iżda x'inhi l-vera opinjoni tal-MGRM fuq il-Knisja Kattolika Aħna nifhmu li l-Knisja Kattolika hija l-ikbar fornitur ta' servizzi relatati mar-reliġjon f 'Malta. Il-Knisja hija wkoll edukatur ta' 35% tat-tfal f 'Malta u anke tipprovdi servizzi soċjali lit-tfal, żgħażagħ u anzjani, għalkemm hi istituzzjoni li għandha difetti kbar, tagħmel ukoll il-ġid." Karatteristika pożittiva li l-MGRM rat fil-Knisja hija li nfetħet għal studji xjentifiċi u issa aċċettat u fehmet kwistjonijiet li qabel kienet topponi. "Illum il-Knisja qed tifhem li, li tkun omosesswali hija karatteristika naturali bħalma ma huma pereżempju l-għajnejn blu fil-bnedmin. Hija biss xi ħaġa differenti, iżda xejn kontra n-natura." L-MGRM ħadu din l-opportunità biex anke jistiednu lill-Knisja għad- djalogu biex jaffaċċjaw problemi li qed niltaqgħu magħhom illum, b'mod speċjali l-bulliżmu instigat minn omofobija fl-iskejjel tal- Knisja. L-ILLUM tkellmet ma' persuni diversi, uħud minnhom mill-komunità LGBTI u talbet ir-reazzjoni tagħhom dwar dawn in- nomini. Waslet is-serata tal- unuri għall-komunità LGBTI u matul din il- ġimgħa għadhom kif ġew imħabbra n-nominati li magħhom ħolqu diversi reazzjonijiet minn persuni diversi. Il-Knisja tiddistakka

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 November 2014