Illum previous editions

illum 16 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/416742

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 39

Il-Ħadd 16 ta' Novembru 2014 | illum 11 tal-kanċer fuq l-irġiel Intant l-ILLUM ħadet il-kummenti tal-kelliem għas-saħħa tal-Partit Nazzjonalista Claudio Grech u s-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne dwar x'qed isir f 'Malta dwar it-tipi ta' kanċer li jolqtu lill- irġiel, b'mod speċjali dawk tal-prostata u dak testikolari. CLAUDIO GRECH Kelliem għall-PN dwar is-saħħa Għalkemm mhux xi żvilupp ġdid, il-kanċer tal-prostata huwa tip ta' kanċer fl-irġiel li qed ikun hawn ħafna aktar għarfien dwaru. Madankollu, l-għarfien u l-investiment fir-riċerka għadhom lura fuq dan it-tip ta' kanċer. Waħda mill-akbar sfidi fil-kanċer tal-prostata hija li għad m'hawnx biżżejjed għarfien ta' x'jikkawża dan il-kanċer u kif wieħed jista' jsaħħaħ il-prevenzjoni tiegħu. Għalkemm huwa rikonoxxut li stil ta' ħajja sana u dieta bilanċjata huma elementi importanti ħafna li jimmitigaw ir-riskju ta' kanċer tal-prostata aggressiv, jibqa' l-fatt li m'hemmx evidenza biżżejjed biex tasal għal xi konklużjoni fattwali fuq din il- materja. Bħal ħafna kundizzjonijiet oħra, żewġ għodda ewlenin fit-taqbida ma' dan il-kanċer huma d-djanjożi f 'waqtha u r-riċerka aktar iffukata u speċjalizzata fuq il- kawża tiegħu iżda l-aktar importanti fuq it-trattament tal-kanċer tal-prostata, b'mod partikolari għal dawk l-irġiel li l-kanċer tagħhom ikun fi stadju relattivament avvanzat. Fuq skala internazzjonali, fir-riċerka hemm sforz evidenti biex ikun hemm aktar studji dwar il-ġenetika ta' dawk milquta minn dan il-kanċer sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati l-karatteristiċi ġenetiċi li jistgħu jgħinu fl- identifikazzjoni ta' dawk l-irġiel li jistgħu jkunu suxxettibbli għar-riskju ta' dan it-tip ta' kanċer. Għaldaqstant, fuq livell lokali, minħabba li r-riċerka turi li raġel li fil-familja tiegħu kellu lil missieru jew lil ħuh ibatu minn dan it-tip ta' kanċer għandu darbtejn u nofs ir-riskju li hu wkoll jispiċċa jkollu dan il-kanċer, mezz effettiv ta' kif nistgħu nagħmlu differenza hu li jiġi stabbilit programm ta' screening regolari għal dawn l-irġiel biex b'hekk it-trattament ikun jista' jinbeda minn kmieni. Dan il-programm jista' jgħin ukoll biex ir-riċerka lokali tkun tista' tissaħħaħ biex ikun hemm aktar evidenza ta' kif dan il-kanċer jaffettwa lill-irġiel Maltin. Ir-riċerka u l-evidenza li toħroġ minnha huma imprezzabbli. CHRIS FEARNE Segretarju Parlamen- tari għas-Saħħa Matul l-aħħar għoxrin sena l-inċidenza tal-kanċer tal-prostata fost l-irġiel anzjani żdiedet hekk kif kulma jmur l-età tal- popolazzjoni qiegħda dejjem tikber. F'Malta l-kanċer tal- prostata jaffetwa mal-mija u sebgħin raġel fis-sena, li nofshom għandhom aktar minn sebgħin sena. Bħala parti mill-impenn ta' dan il-gvern sabiex ikompli jtejjeb il-kwalità tal-ħajja ta' dawk milquta mill-kanċer, waħda mill- ewwel deċiżjonijiet li ħa dan il-gvern kienet li jibda joffri servizz ta' kimoterapija f 'Għawdex. Issa dan is- servizz se jkompli jiġi estiż biex fi żmien li ġej numru ta' pazjenti Għawdxin li jbatu mill-kanċer tal-prostata jibdew jingħataw trattament f 'Għawdex stess. Tajjeb li wieħed jinnota li r-rata ta' mortalità f 'Malta fost dawn l-irġiel hija baxxa meta mqabbla ma' pajjiżi oħra. Id-Dipartiment tas- Saħħa jħeġġeġ l-irġiel ta' bejn il-ħamsin u t-tmenin sena sabiex jagħmlu screening tal-prostata speċjalment dawk li fil- familja għandhom inċidenza ta' dan it-tip ta' kanċer. Illum dan l-iscreening huwa parti mis-servizz tas-saħħa. "L-għarfien u l-investiment fir- riċerka għadhom lura fuq dan it-tip ta' kanċer" "Waħda mill-ewwel deċiżjonijiet li ħa dan il-gvern kienet li jibda joffri servizz ta' kimoterapija f 'Għawdex"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 November 2014