Illum previous editions

illum 16 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/416742

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 39

12 illum | Il-Ħadd 16 ta' Novembru 2014 Vini & Capricci ABRAHAM Said, magħruf ħafna f 'Għawdex bħala Abram hu magħruf ħafna għall-ikel u xorb artiġġjanali li ssibu biss għandu. Ikel ta' ċertu kalibru u nbid ta' klassi mill-aktar għolja miġjuba Għawdex minn kull rokna tad-dinja. Prodotti li ssibhom biss f 'Għawdex, fejn issiblu wkoll it-tartufo veru u proprja, speċi ta' faqqiegħ li hu ta' preġju kbir. Abram beda fin-negozju tal-ikel fl-1984 meta ħa l-ħanut tal-merċa li kellhom ommu u missieru fix- Xagħra. Fl-1991 iddeċieda li jkabbar in-negozju u beda distribuzzjoni tal-ikel u xorb lir-ristoranti, bars, lukandi u fran f 'Għawdex. Fl-20 ta' Marzu 2007 ġarr lejn il-Gozitano l-warehouses tiegħu u l-uffiċini u fl-2008 beda joħlom b'kunċett ġdid li għamel suċċess kbir fl-Italja, EATALY, kunċett fejn wieħed jista' jiekol ikel artiġġjanali fil-ħanut stess fejn jinbiegħu l-ingredjenti ta' dan it-tip ta' ikel u xorb. "Jiena Juventin u kont immur Torino u rajt dan il-kunċett, f 'Lingotto u minn dakinhar moħħi ma waqafx kif nista' nattwa dan il-kunċett f 'Għawdex" qalli Abram. "Is-sena li għaddiet ħadt l-aħħar maħżen ta' ħdejja u bdejt il-proġett li ġie miftuħ mill-Prim Ministru fil-11 ta' Ottubru. Għalaqna sena u kuntenti ħafna bil-mod kif intlaqa' dan il-kunċett f 'Għawdex, mal- Maltin, barranin li jgħixu Għawdex, turisti oħra u anke Għawdxin." Fil-fatt malli tidħol f 'dan il-post ferm organizzat tilqgħek tazza kafe 'Saquella' mill-aktar bnin, bla ħlas... għalkemm ħdejn il-magna tal-kafè hemm bott biex tpoġġi donazzjoni għal Puttinu Cares. Hemmhekk wieħed isib is-sezzjoni Delicatessen. "Il-prodotti tagħna kollha ġejjin minn djar żgħar Taljani kollha artiġġjanali. Biex nordna immur jien stess inżur il- postijiet u nara l-proċess isir, għax dawn il-prodotti huma ta' livell għoli u rrid inkun naf x'se nbiegħ lill-klijenti tiegħi. Għax hawn ma nbiegħ xejn kummerċjali iżda kollox ta' kwalità. Min irid jixtri ċerti prodotti bilfors hawn irid jiġi, għax dan it-tip ta' ikel ma jsibu mkien la f 'Malta u lanqas f 'Għawdex." Barra l-ikel għand Abram wieħed isib il-kantina tal- inbid fejn għandu 72 tip ta' inbid ġej mid-dinja kollha, inkluż inbid ta' klassi minn Għawdex u Malta. L-aktar inbid għoli li għandu għall- bejgħ jiswa €1,275 , "f 'sena bgħett tnejn minnu" Bħalissa qed jorganizza ljieli ta' wine pairing fejn jagħtik ħames platti ta' ikel ta' livell għoli fuq l-istil ta' Michelin star imqabblin ma' ħames stili ta' nbejjed. Kull ikla tiswa madwar €60 ir-ras u din id-darba jiswa €100 għax għandu t-tartufo frisk. Abram qalli li l-klijenti tiegħu huma nies ta' kwalità li jafu x'se jieklu John Busuttil illum@mediatoday.com.mt Kunċett ġdid ta' ikel u xorb artiġġjanali

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 November 2014