Illum previous editions

illum 16 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/416742

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 39

Il-Ħadd 16 ta' Novembru 2014 | illum 13 Antoine il-gustuż Nibda billi ngħid kemm ħadt pjaċir nara l-kitba ta' Antoine Borg il-parlamentari Nazzjonalista li kien jieħu ħsieb il-finanzi tal- Pinne. Bħalma tistgħu timmaġinaw għamel biċċa xogħol tajba ħafna għax daħlu gass down għal ġol-ħajt. Insomma dan Borg fuq Facebook qal li meta kien żgħir kien aktar gustuż minn George Pullicino. Diffiċli tafux, għax b'dak il-geddum ma nafx kif tista' titkellem hekk. Miskin George. L-eroj tagħna Il-ġimgħa l-oħra ktibt fuq l-eroj tagħna Joseph Calleja, irċevejt nota li jien imissni nistħi li ngħid li dan daħħal €80,000 mill- kunċert f 'Malta. Dan li qalli, qalli wkoll li jien missni noqgħod kwiet għax anki jekk Calleja jaqla' ħafna flus u ma jiddikjarahomx għandi nagħmel bħal Ġaħan u ma nitkellem xejn. U jien għax pixxikalda staqsejt lil tat-taxxa jekk Calleja vera ma ddikjarax kollox. U minflok risposta qaluli biex ma nsaqsix mistoqsijiet stupidi. Marika tħobb il-CCF Mela Marika Mizzi dik li kienet taħdem mal-President George Abela qed taħdem mal- Caritas. Tajjeb tafux. Imma ma nistax nifhem għalfejn qed tipprova torgannizza attivitajiet li jikkompetu mal-Community Chest Fund fejn kienet taħdem hi. Issa bħas-soltu, għasfur mhux tal-għana qalli li din Marika daqsxejn u kemxejn irrabjata li ma ħasbux fiha meta telqet mill-Palazz. Eħħ bħal ma jgħidu dejjem ikun hemm raġuni tafux. Fabian Demicoli wonderman Fabian Demicoli huwa l-kap tal-aħbarijiet tan-Net News. Bejnietna kulħadd qed jgħid li dan Fabian veru tajjeb bħala Head of News, tant hu tajjeb li qed jaħsbu jew aħjar qed jibżgħu li s-CNN jisriquh min-Net News. Għax dan Fabian minn imkien sar l-iktar persuna kapaċi f 'dak li għandu x'jaqsam ma' aħbarijiet u kif ukoll f 'dak li għandu x'jaqsam mal-amministrazzjoni ta' stazzjon. Issa biex infakkarkom min hu Fabian, ngħidilkom biss biex tiftakru f 'Peppi Azzopardi u Xarabank. Olè! Kolleġġjalità tal-Avukat Abela Robert Abela l-avukat tal-Assoċjazzjoni tal-Pulizija qed jagħmel biċċa xogħol tajba mal-unjin tal-Pulizija. Mela dawn qalu li huma ma jaqblux mal-mod kif il-karigi ta' fuq jiġu rimunerati waqt li dawk t'isfel ikunu skont salarji stabbiliti. Eħħ, naqbel, għax wara kollox Robert Abela meta jaħdem mal-MEPA, Alla jbierek, ma jiħux is-salarji tal-avukati li jaħdmu hemm. Hu u l-mara tiegħu, is-Segretarju Eżekuttiv tal-Partit Laburista, jitħallsu b'tariffi speċjali. Jiġifieri ferm ogħla minn tal-kollegi tagħhom. Jekk hemm xi ħadd li ma jagħrafx it- tifsira ta' kolleġjalità huwa l-avukat Abela. Jekk tisma' xi ħaġa interessanti għidhieli. Jekk tilmaħ lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil-mowbajl. Ibgħat imejl fuq poodle@mediatoday.com.mt Il-poodle isejjaħ … Antoine the beautiful Joseph Calleja Marika Mizzi Fabian Demicoli Robert Abela u x'qed jieklu u jafu bih fil-magazines tal-ikel u billi jdawru l-kelma. Kull nhar ta' Sibt bejn il- 11am u s-2 pm ikollu wine sampling u 'nibbles' b'xejn. Interessanti wkoll li fil-lokal ikun hemm wirjiet ta' pittura li jinbiegħu minn hemm stess. Abram qalli wkoll li barra l-ikel hu jipprovdi l-lok għal seminars u anke preżentazzjonijiet u konferenzi. "Dan barra li għadni kemm introduċejt kunċett ieħor, il-prodott Għawdxi f 'sezzjoni li semmejtha 'Ogygia' li fil- mitoloġija Griega tfisser Gozo. Il-prodott mibjugħ hu prodott esklussivament Għawdxi u jsir Għawdex. Bħala prodotti għandna żebbuġ, żejt, kunserva, għasel, ġulepp, patè, qagħaq tal-għasel, pasti tat-tamal u pasti tar-raħal. Temm jgħid li issa wara sena jinsab sodisfatt li t-tarbija tiegħu telqet timxi u jinsab fiduċjuż, "xejn mhu ward u żahar. Huma l-ħafna Maltin u barranin li meta jaslu Għawdex jiġu s'hawn iżuruna u jieħdu kafè u jerġgħu jirritornaw qabel jitilqu minn Għawdex u jixtru l-prodotti li jkunu għoġbuhom. Barra hekk Abram qed jorganizza ġiti l-Piemonte għal gruppi ta' 16-il persuna biex ikunu f 'vann żgħir li jista' jidħol f 'postijiet fejn jagħmlu ikel artiġġjanali u jmorru wkoll distilleriji tal-grappa u tal-inbid. Jieklu tliet ikliet f 'Michelin Star restaurants, bħal Canelli Ristorante San Marco, La Cau del Tornavento fi Treviso bix-chef Marilio Garola li anke kien ġie Għawdex u Canale all Enoteca tax-chef famuż Davide Pelluda. "Huma l-ħafna li jridu jerġgħu jmorru u fil-fatt se nibda norganizza tnejn fis-sena, wieħed f 'Mejju u l-ieħor f 'Settembru" Bla dubju li l-ħanut jew kafetterija, inkella ristorant, kantina tal-inbid għidilha li trid, ta' Abram hi kunċett ieħor ġdid li ssibu biss f 'Għawdex. Id-Dinja tat- Tfal f 'Għawdex ILLUM bejn id-9am u s-2pm f 'Għawdex se tkun iċċelebrata l-ġurnata tat- Tfal f 'attività vera ħelwa organizzata mill-Gozo Horse Racing Association bil-kollaborazzjoni mal- Gozo Sports Board u l-Ministru ta' Għawdex. Fil-korsa ta' Xħajma bejn in-Nadur u x-Xewkija se jkun hemm diversi attivitajiet għat-tfal bħal mega slide, bouncing castle, Go Karts, Bungee Run, Karattri tal-cartoons, glitter tattoos, ġiri bir-roti, dawriet bil-ponijiet għat- tfal fl-10.30am u l-aktar interessanti hi l-attività tal- 10 ta' filgħodu fejn se jkun hemm tiġrijiet tax-Shetland Ponies bil-ġerrejja jkunu tfal. L-entratura hi biss ta' €1 li jinkludi r-rides kollha, frott u ħalib.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 November 2014