Illum previous editions

illum 16 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/416742

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 39

14 illum | Il-Ħadd 16 ta' Novembru 2014 B dejt b'mistoqsija ovvja fejn staqsejtu jekk fil-preżent iqisux bħala Laburist inkella Nazzjonalist. "Jien inħossni parti mit-tim ta' Joseph Muscat. M'hemmx lok ta' ideologiji fil- politika tal-lum. U ma' Joseph inħossni komdu ħafna." Mitlub jikkummenta dwar jekk qattx kellu ideoloġiji politiċi, Pullicino Orlando qalli li hu dejjem kien iħossu bħala liberali, "u dan dejjem iddikjarajtu." Hawnhekk qalli l-istorja ta' nannuh li kien wieħed mill-fundaturi tal-Malta Labour Party, Ġużè Orlando Smith. Qalli li nannuh iddispjaċih meta Mintoff qasam il-partit għax hu kien viċin ħafna ta' Boffa. "Jien bdejt nieħu sehem fil- politika wkoll imħeġġeġ minn politika ta' Mintoff li ma kinitx għoġbitni. Kien hemm is- sitwazzjoni tal-iskejjel privati u tal-Knisja li minħabba fihom bdejt nimmilita fil-kamp tan- Nazzjonalisti fejn kont attiv membru fl-MŻPN. Kont ukoll rappreżentant tal-istudenti sħabi fil-KSU u organizzajt numru ta' dimostrazzjonijiet kontra il- gvern Mintoffjan." Ħafna huma tal-fehma li Pullicino Orlando beda jitbiegħed mill- Partit Nazzjonalista għax ma kienx offrut ministeru. "Żbaljat ħafna min jaħseb hekk. Fl-2003 Eddie Fenech Adami kien offrieli li nkun segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi u jien għażilt li nibqa' fil-professjoni tiegħi flok inservi ta' segretarju Parlamentari la ma stajtx naħdem iżjed ta' dentist. Irringrazzjajtu u m'aċċettajtx. "Meta Gonzi kien Prim Ministru Ma ridtx inkun ma' Austin Kont ili ma niltaqa' wiċċ imb wiċċ ma' Jerey madwar disa' snin, eżatt l-nali tat-Tazza tad-Dinja d-9 ta' Lulju 2006 fuq NET TV waqt programm tal-futbol li kont immexxi u għalhekk l-ewwel mistoqsija tiegħi kienet jekk għadux iżomm mal-Ingliżi. Jerey b'daħka weġibni f 'dak is-settur ma ninbidilx żgur. Dħakna waħda imkien u dħalna -uċini tal-Media Today fejn bdejna l-intervista tagħna. John Busuttil illum@mediatoday.com.mt Jeffrey Pullicino Orlando Minn Ħ'Attard iżda ilu snin twal jgħix Ħaż-Żebbuġ 50 sena Dentist Il-ħajja pubblika fil-politika bdiet fl- 1992 meta kien tela' bħala kunsillier ta' Ħaż-Żebbuġ. Ikkontesta b'suċċess l-elezzjonijiet tal-1996, 1998, 2003 u 2008, bl-aħħar waħda jitla' minn żewġ distretti meta ġab 5,100 vot Fl-oppożizzjoni kien shadow minister fuq it-telekomunikazzjoni. Kien kap tad-delegazzjoni Parlamentari Maltija fl-Assemblea tal-Kunsill tal-Ewropa fejn għal sentejn kien viċi president tal- Assemblea fil-Kunsill tal-Ewropa Fl-2010 kien inħatar bħala Chairman fil-Kunsill Malti għax-xjenza u t-teknoloġija (MCST) u fl-2013 inħatar bħala Chairman Eżekuttiv. Missier Jenny, Greg u Marija Ritratti: Ray Attard

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 November 2014