Illum previous editions

illum 16 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/416742

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 39

Il-Ħadd 16 ta' Novembru 2014 | illum 15 fl-2008 kont għidtlu 'qatt tikkunsidra tagħmilni f 'kabinett fejn ikun hemm Austin Gatt u George Pullicino' u għal dan il- kliem għandi x-xhieda, għax sa dakinhar kont tgħallimt li fil-PN meta ngħid xi ħaġa kont nieħu lil xi ħadd li jkun xhud ta' dak li jingħad." Ma stajtx ma nistaqsihx ir-raġuni li ma riedx jaħdem f 'kabinett ma' Gatt u Pullicino u hawn weġibni li jixtieq iżomm ir-raġuni għalih, għalissa. Kien dan il-ħin li Jeffrey beda jkellimni fuq Daphne Caruana Galizia u l-attakki tagħha fuqu. Jeffrey qalli li hu għandu provi li Daphne għandha l-appoġġ kollu tal-PN, "anzi taħdem għalihom." Hawn semmieli meta Richard Cachia Caruana, fil-preżenza ta' Edgar Galea Curmi, il-kap tas- segretarjat ta' Gonzi u Joe Saliba kien bagħtu għand Daphne biex tiktiblu artiklu dwar il-każ tal- Mistra għax dan qallu li huma jużaw lilha biex tiktbilhom l-artikli. Kien bagħat lil Gordon Pisani miegħu l-Bidnija, kitbitlu l-artiklu u hu ppubblikah f 'ismu. Fil-fatt dan il-każ kien diġà ssemma fuq intervista li saret f 'The Times fl-1 ta' Lulju 2012. "Meta rriżenjajt mill-Partit u ddeċidejt li nkun membru parlamentari Indipendenti fil- Parlament lil Gonzi għidtlu li ma kellix f 'moħħi li nwaqqgħu mill-gvern, 'basta Daphne ma tattakkalix lil min inħobb' għax li tattakka lili ma niddejjaqx. Komplejt ngħidlu li anke jekk ma naqbel xejn mal-amministrazzjoni tiegħu u d-deċiżjonijiet tiegħu ma kontx se nwaqqgħu mill-gvern għax ma ħassejtnix komdu li nitradixxi lil dawk il-5,000 votant li vvutawli biex inżomm il-partit tagħhom fil-gvern u mhux biex inwaqqgħu. Iżda heddidtu li jekk Daphne tattakkali lin-nies li nħobb inwaqqgħu. Dik il-ġurnata stess fl-20 ta' Lulju 2012 (araw ritratt), Daphne fil-paġna tagħha ddikjarat li l-paġni tagħha huma 'Jeffrey Free Zone'. U dan ifisser li kellu kuntatt magħha wara l-laqgħa tagħna." Jeffrey qalli wkoll li dik il-ġimgħa ta' qabel l-elezzjoni l-każ tiegħu kien f 'idejn RCC fejn qal, "meta kelli mmur nikkonfronta bħala ġurnalist lil Alfred Sant, RCC kien qalli biex iġibli lil Lou Bondi biex jikkowċjani x'għandi nagħmel iżda jien staqsejt għal Peppi Azzopardi u ġabuhuli." Staqsejtu jarax differenza bejn Gonzi u Simon, "Fuq bażi personali għandi rispett lejhom. Politikament narahom identiċi. Fil- każ ta' Gonzi mhux neċesserjament kien qiegħed imexxi hu. U fil-każ ta' Simon inħoss li hekk qed jiġri wkoll. L-aġir tiegħu ma jirriflettix dak li verament iħoss" "Iżda dan l-aħħar Simon qal li ma jridekx u Joseph jista' jżommok" għidtlu jien u hawn bi tbissima qalli li Joseph kuntent bih. "Ma nistax nifhem kif kont jien li rrifjutajt li mmur lura u dan jgħid li hu ma jridnix. Ilni xhur li għidtlu li ma rridx nimmilita f 'partit dominat minn Austin Gatt u Richard Cachia Caruana u hu qalli li jixtieq jara partit għalija, għal Austin u għal Richard u jien weġibtu li lanqas skyscraper ma jesagħna flimkien. Ma jista' jkun qatt li jien inkun fl-istess binja magħhom aħseb u ara fl-istess partit. U rrid insostni li din l-offerta għamilhieli meta jien ma kontx għadni deputat Nazzjonalista. "Simon qalli wkoll li l-PN dineb kontrik ħafna aktar milli dnibt int kontrieh. Ma nistax nifhem għaliex ħareġ bl-istqarrija li ma jridnix issa. Jien għidtlu li nħoss li ħlejt wisq ħin mal-Partit Nazzjonalista. Għax ma nafx fejn kien Simon Busuttil fil-kampanja favur id- divorzju meta kien ikun preżenti fil-laqgħat tal-eżekuttiv, għamilt 13-il laqgħa naqla' u joffenduni u kont naf li hu favur id-divorzju u ma tkellimx." Tkellimna dwar Joseph Muscat fejn Orlando qalli li jammirah għax hu leader, "l-aktar leader li nħossni komdu miegħu. Għandu element uman qawwi ħafna u anke jekk lilu attakkawlu anke lit-tfal hu jirreżisti ħafna biex ma jsirx l-istess fuq l-oppożizzjoni." Iżda Jeffrey Pullicino Orlando għad narawh iżjed fil-parlament? "Kelli ħafna inkorraġiment biex noħroġ mal-Labour. Iżda llum ngħid li ma naħsibx li nerġa' nirritorna fil-parlament. Il- politika nimmissjaha ħafna għax inħobbha ħafna. Iżda jien qatt ma kont marbut mas-siġġu. Li naf hu li kieku qatt ma kont fix-xena politika, ħajti kienet tkun aktar serena." Il-kliem ġie fuq id-divorzju fejn jien ħassejt li l-kruċjata favur id-divorzju bdiet minħabba li hu ried id-divorzju. "Lanqas xejn. Wieħed mill-akbar ħbieb tiegħi, Michael Farrugia (illum ministru) kien ċempilli u qalli kemm ħassu ddispjaċut li ma ġiex mistieden għall-quddiesa tal-Papa għax kellu sieħba u mhux mara. Jien ħassejtha li kienet inġusta u li kieku hawn id-divrozju dan ma setax isir. Kont ili nixtieq u noħlom li ngħin biex jidħol id-divorzju u hawn ħassejtni obbligat li niġġieled għal dawk li jgħaddu minn diffikultajiet minħabba n-nuqqas ta' dan id-dritt ċivili, speċjalment in-nisa." "Onorat ngħid li bis-saħħa tat-tim li bnejna jien u Evarist Bartolo għelibna l-forzi kollha kontrina, lill-Knisja, lill-Gvern u lill-PN u aħna kulma kellna biex nagħmlu l-kampanja kienet biss is-somma ta' €30,000. Il-Knisja nefqet nofs miljun ewro u kellha appoġġ kbir mill-gvern. Barra li kien hemm bias kbir kontrina mill-PBS." Jeffrey qal ukoll li kien ta sodisfazzjon kbir għalih u onorat li l-maġġoranza tal-poplu Malti anke dawk li ma kellhomx bżonn divorzju vvota favur min għandu bżonnu. Staqsejtu kif iħossu meta fost dawk in-Nazzjonalisti akkaniti li tant kienu jemmnu fih illum hemm min jarah traditur. "Ifhimni l-attakki fuqi ma nagħtix kashom. Iżda dawk li jarawni bħala traditur kulma għandhom jagħmlu hu li jaraw ir-rapport tat-telfa umiljanti tal-PN u l-punti li ġew imsemmija fir-rapport, huma punti li kont ili erba' snin sħaħ inqajjimhom fil-partit sa ma flaħtx iżjed u ddikkjarajt ruħi indipendenti. "Nixtieq nerġa' ntenni li ma waqqajtx il-gvern qabel b'rispett ta' dawk il-5,000 votant li kienu tawni l-fiduċja tagħhom. U ma narax li għandi nibqa' nsostni partit li ma stajtx inħossni aktar parti minnu. U bħali kien hemm kważi 40,000 votant Malti u Għawdxi ieħor." Austin Gatt u George Pullicino "RCC kien qalli biex jikkowċjani Lou Bondi, jiena ridt lil Peppi Azzopardi" "Ħlejt wisq ħin l-partit Nazzjonalista" Daphne fil-paġna tagħha ddikjarat li l-paġni tagħha huma 'Jeffrey Free Zone'.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 November 2014