Illum previous editions

illum 16 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/416742

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 39

Il-Ħadd 16 ta' Novembru 2014 | illum 19 Song Contest 2014 f 'Malta l-istazzjonijiet tagħhom, fost ir-Renju Unit. Fil-preżentazzjoni tagħha, Moira Delia qalet li pajjiżi bħal Costa Rica, Arġentina u anke l-Istati Uniti kienu qed isegwu l-ispettaklu wkoll. Dan jixhed li għal dawk li jmaqdru dawn it-tip ta' festivals, xorta waħda kien wieħed li serva ta' vetrina biex nuru x'jaf joffri dan il- pajjiż ċkejken. Is-serata ta' nhar il-Ġimgħa filgħaxija qajmet daqsxejn ta' kontroversja hekk kif matul il-final tal-ġurija, inqata' d-dawl għal għaxar minuti u s-serata damet ma kompliet għal madwar siegħa. Sorsi qalu li dan kien kollu minħabba li wieħed mill-generators falla u ma kienx hemm fuq xiex iserrħu iżda mill-informazzjoni li għandna l-provista li kienet lesta għal bieraħ filgħaxija kienet waħda tal-aqwa kwalità. Il-ġurija Maltin, li vvutaw il-Ġimgħa filgħaxija f 'isem pajjiżna, kienu Jolene Bonello, mart Gordon Bonello, li kien involut ħafna fil-preparazzjonijiet ta' dan il-festival. Chrysander Agius, il-preżentatur ta' TVPM, li l-Ġimgħa, meta nqata' d-dawl ħareġ janima lill- udjenza ta' 4,000 ruħ li kienet qed tistenna. Fost il-ġurija wkoll kien hemm Maestro Paul Abela li ftit żmien ilu nħatar bħala s-surmast tal- orkestra tal-PBS. Kien hemm ukoll Amber u Corazon, żewġ kantanti Maltin li se jipparteċipaw fis-semifinali tal-Eurovision tal-kbar nhar il-Ġimgħa li ġej. Magħhom ingħaqdet Maxine Pace li hija studenta fl-iskola tal-kant La Voix, minn fejn ħarġu Gaia Cauchi, ir-rebbieħa tas-sena l-oħra u Federica Falzon. Ritratt: Ray Attard Armenja Serbja Ukraina Ċipru Montenegro Italja Russja San Marino

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 November 2014