Illum previous editions

illum 16 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/416742

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 39

Il-Ħadd 16 ta' Novembru 2014 | illum 21 L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 300 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew imejl illum@mediatoday.com.mt Ittri ANTON REFALO MINISTRU GĦALL GĦAWDEX QRAJT b'interess l-artiklu tal-opinjonista Joe Ellis fil- ħarġa tas-26 t'Ottubru 2014 ta' dan il-ġurnal, intitolat "Għawdex illum u għada", li milli jidher fih bejn wieħed u ieħor il-kontenut ta' intervent li dan l-artikolista għamel f 'konvenzjoni li organizza l-PN dwar il-viżjoni t'Għawdex għas-snin li ġejjin. Kien ikun aħjar kieku l-artiklu ssemma "Għawdex ilbieraħ, illum u għada" billi dik is-sitwazzjoni li jinstab fiha Għawdex illum hija frott ta' deċiżjonijiet li ttieħdu – jew ma ttiħdux – tul kwart ta' seklu t'amministrazzjoni Nazzjonalista. U proprju l-ewwel parti tal-kontribuzzjoni ta' Ellis turi f 'liema stat tal-biki tħalla Għawdex: Prodott Gross Domestiku ras imb ras ta' 70% ma' dak nazzjonali; assenza kważi totali ta' investiment barrani dirett ġdid inkluż f 'oqsma bħal e-gaming u servizzi finanzjarji; qliegħ imqanżaħ min-negozju u pagi iktar baxxi għall-ħaddiema; żgħażaġh jabbandunaw lil Għawdex u jemigraw lejn Malta jew barra minn Malta. Ħwejjeġ dawn notorjament magħrufa. Ellis jenfasizza b'mod partikolari l-fatt li filwaqt li sar investiment infrastrutturali kbir fit-toroq u fi proġetti bħaċ- Ċittadella, ma sarx investiment biex tissaħħaħ il-konnettività diġitali li hija fundamentali fl-ekonomija ta' dawn iż- żminijiet. U hawn għandu raġun. Filwaqt li Għawdex huwa konness ma' Malta u mal-bqija tad-dinja permezz ta' fibre optic cable li tiflaħ għall-kummerċ kollu diġitali, billi din il-fibre optic cable m'hemmx ħliefha, l-investituri ta' bosta mill-industriji tal-lum, li jiddependu b'mod qawwi fuq it-teknoloġija, l-anqas biss joħolmu li jiftħu f 'Għawdex għax jekk għal xi raġuni din tieqaf taħdem, ikollu jieqaf l-operat tagħhom u jintilfu ħafna flus. Fejn mar żmerċ Joe Ellis hu ma jsemmix x'qiegħed issir illum biex ikollna Għawdex aħjar illum u għada, għajr li jagħraf li l-industrija tat- turiżmu qiegħda tagħti prestazzjoni eċċellenti – anke jekk jonqos milli jgħid li dan il- qasam kien għotor sewwa taħt l-amministrazzjoni preċedenti u kien sforz diversi inizjattivi meħudin mill-Ministeru għal Għawdex li dan reġa' rxoxta. L-artikolista huwa kompletament żbaljat meta jpoġġi lill-amministrazzjoni preżenti fl-istess qoffa ta' dik preċedenti fir-rigward ta' viżjoni ċara u politika effettiva biex Għawdex jerġa' jirpilja u jsir mutur ekonomiku vibranti u effettiv. Fil-qasam tal-konnettività diġitali, il-Ministeru tiegħi b'kordinament mal-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni u l-Malta Enterprise lesta dokument b'ġabra tal-ħtiġijiet tekniċi u finanzjarji biex isir feasability study dwar it-tqegħid taħt il-baħar tal-fliegu ta' bejn Malta u Għawdex tat-tieni fibre optic cable. Imbagħad il-Malta Enterprise ħarġet tender għal studju biex jitwaqqaf digital hub f 'Għawdex. Jekk fil-passat il-Malta Development Corporation ittraskurat lil Għawdex, kif jgħid l-artikolista, ċertament dan ma jistax jingħad fir- rigward tal-Malta Enterprise illum. Din mhux biss qiegħda tagħti s-sehem sħiħ tagħha għat-tqiegħid tat-tieni fibre optic cable imma talli applikat għal fondi Ewropej dwar tliet siti formanti parti miż-żona industrijali tax-Xewkija. Kuntrarjament għal dak li jagħti lil wieħed x'jifhem l-artiklu in kwistjoni, Għawdex illum diġà beda jinfatam minn Għawdex tal-bieraħ biex isir gżira tabilħaqq mill-aqwa fil- futur. Għawdex illum u għada X'qed jistennew l-Għawdxin mill-Baġit "Irridu l-fatti flok kastelli fl-arja" BĦAL dejjem f 'Malta jum il-baġit ikun wieħed mistenni. Fil-gżira ċkejkna ta' Għawdex l-istennija hi xi ftit aktar fejn l-Għawdxin dejjem jistennew li jittieħdu deċiżjonijiet li jolqtu lil gżira aktar mill-introjtu personali. Il-fatt li l-gżira tkun aktar aċċessibbli għat-turist Malti u l-barrani u għall-investiment ifisser aktar xogħol għall-Għawdxi f 'Għawdex. Għalhekk aħna tlabna lil xi Għawdxin li ġejjin minn diversi strutturi tal-ħajja biex jgħidulna x'jixtiequ jaraw iseħħ għal Għawdex u x'qed jistennew mill-baġit ta' għada. SAVIOUR GRECH Edukatur "Miżuri immedjati biex jiġu indirizzati l-problemi immedjati għal problemi li ilhom hemm u ma ġewx attakkati. Problemi li ilna ħafna niddiskutuhom. Ma rridux iżjed kastelli fl-arja. Ma rridux iżjed pjanijiet. Ma rridux iżjed studji. Irridu soluzzjonijiet. Il-problemi li qed niffaċċjaw l-Għawdxin ilna żmien niddiskutuhom, issa wasal iż-żmien li npoġġu l-fondi fejn dak li ilna nsemmu u biżżejjed studji. "Il-konnessjoni tal-fibre optic għandu jibda x-xogħol fuqu, 'put the money where your mouth is – lay the line'. Ma rridux nisimgħu kemm-il miljun ewro jiswa, għandna bżonnu u rriduh li jitpoġġa. Hemm bżonn li nirijattivaw servizz ta' internet veloċi. U inutli nitkellmu fuq li rridu nżidu t-turisti u turiżmu speċjalizzat. Ejja ħa nibdew inniżżlu l-ajruplani x-Xewkija u naqtgħu l-paroli kollu." ABRAHAM SAID Proprjetarju ta' Vini & Capricci "Naqbel mal-inizjattivi li qed isiru biex turisti li jiġu Għawdex f 'perjodi li t-turżimu f 'Għawdex ikun kwiet u għalhekk nemmen li fil-baġit jerġa' jkun fondi biex dawn jibqgħu jsiru. Nispera wkoll li f 'dan il-baġit titnaqqas il-burokrazija għax investituri Għawdxin kultant insibu wisq problemi. Hemm bżonn li l-Gvern jieħu ħsieb li jkun hemm żoni li jingħataw importanza għal prodott artiġġjanali f 'Għawdex b'kunċett differenti. Għax dak li għamilt jien ma sibt għajnuna minn ħadd u investejt minn buti. Għalhekk il-gvern irid joħloq inizjattivi biex juri li qed jemmen fina biex niżviluppaw ħalli noħolqu niċeċ ġodda u nżidu l-klijentela. Kuntent ħafna li fl-aħħar ittieħdet deċiżjoni fuq l-agrituriżmu u issa nistennew li permessi għal proġetti validi jinħarġu aktar malajr mill-MEPA u mill-MTA. Dwar il-link permanenti jien niggwadanja iżda ma naqbilx wisq, aktar naqbel li jkun hawn strippa tal-ajru għal fixed wing biex Għawdex toffri destinazzjoni differenti u klijent differenti." JOSEPH GRECH Avukat u CEO Gozo Cottage "Nistenna li tkompli tiżdied l-aċċessibilità lejn Għawdex. Tista ssir b'żewġ modi, investiment fl-infrastruttura biex issir l-airstrip kif ukoll aċċess aġevolat bil-baħar. Importanti li jkun hemm ukoll it-tieni fibre optic link ma' Malta peress li dan ipoġġi lil Għawdex f 'pożizzjoni li jattira investiment f 'dak li hu IT, gaming u anke servizzji finanzjarji. "Żgur li hemm in- neċessità li l-baġit jagħti importanza għat-tkomplija tal-infrastruttura ta' Għawdex. Ma nistax ma nagħmilx referenza għall-bini tal-qorti l-ġdid u l-cruise liner terminal. "Finalment wieħed jistenna miżuri li jkomplu jgħinu l-ħolqien tal-impjiegi f 'Għawdex. Għawdex għandu ekonomija partikolari fejn pereżempju setturi bħall-agrikoltura jassumu importanza partikolari. Hu mistenni li l-ażjendi agrikoli ffukati fuq il-produzzjoni primarja jiġu aġevolati u dan biex ma jibqgħux jerfgħu piżijiet akbar minn ażjendi simili li jkunu bażati f 'Malta." J. SCICLUNA Konsulent finanzjarju "Nispera li jiġi deċiż biex isir il-link permanenti (bridge jew mina) bejn Malta u Għawdex. Nixtieq li jkun hemm investiment kapitali fuq faċilitajiet sportivi (li mhux futbol) ta' madwar kwart ta' miljun ewro fis-sena għal ħames snin li ġejjin. U €100,000 oħra għal tagħmir, coaching u refereeing li jingħataw lill-organizzazzjonijiet sportivi (barra l-futbol) li diġà għandhom u ħadu. Faċilitajiet aħjar fil-bajjiet li tinkludi r-Ramla fejn għandu jsir speċi ta' żvilupp min-naħa għall-oħra u breakwater f 'Marsalforn biex jieħu post dak li ilu mkisser 10 snin. DR. ANTON GRECH Psikjatra "Nixtieq li bil-baġit Għawdex ikun fl-aġenda nazzjonali. Nemmen li Għawdex m'għandux ikun ta' piż għal Malta imma għandu jkun ta' valur miżjud għall-ekonomija Maltija. L-aktar ħaġa importanti għal Għawdex hu x-xogħol u nixtieq li nara aktar xogħol f 'Għawdex. Il-qasam tal-IT hu qasam b'potenzjal kbir. Nixtieq ħafna li tiżdied l-aċċessibilità bejn Malta u Għawdex. Hemm ħafna modi diversi li din tiżdied b'mod immedjat u fit-tul nixtieq nara link bejn Malta u Għawdex." LAURIANN AZZOPARDI Studenta "Bħala studenta Għawdxija qed nistenna li jsir investiment ġewwa l-Kampus tal-Università t'Għawdex u li jinħolqu aktar skemi li jżidu l-impjegi f 'Għawdex."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 November 2014