Illum previous editions

illum 16 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/416742

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 39

22 illum | Il-Ħadd 16 ta' Novembru 2014 G ħada l-attenzjoni se tkun fuq il-baġit għas-sena li ġejja. Il-Ministru tal- Finanzi għada se jressaq it-tieni baġit ta' Gvern Laburista. Dan se jkun it-tielet baġit ta' din il-leġislatura. Il-gvern il-ġdid issa qabad ritmu tajjeb fil-ħidma tiegħu u r-riżultati bdew jidhru. Rapport wara l-ieħor tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll ta' organizazzjonijiet u aġenziji internazzjonali qegħdin ifaħħru l-ħidma tal-Gvern Malti li minkejja d-diffikultajiet li sab ma' wiċċu, qiegħed jikseb riżultati ekonomiċi pożittivi. Dan kollu huwa pożittiv u ta' min ifaħħru u jinkuraġġih. Ekonomija b'saħħitha twassal sabiex ikun hawn aktar xogħol u opportunitajiet ta' negozju, aktar flus fl-idejn u stimolu għal tkabbir u investiment. Nistenna li l-baġit li ġej ikun ħolqa oħra f 'din il-katina li għandha tara 'l Malta tkompli timxi 'l quddiem fis-sena 2015. Sinċerament nemmen li dan il-baġit ser ikun ukoll wieħed ta' opportunitajiet, bħalma kien ta' qablu. Lino Spiteri Insellem il-memorja ta' Lino Spiteri, li għal snin twal, ħadem fi ħdan il- Partit Laburista u li ħadem ukoll b'risq pajjiżna bħala membru tal-Kabinett u bħala Ministru. Niftakar lil Lino Spiteri qabel l-elezzjoni tal-1996. Kont ilni midħla tal-Partit. Sirt nafu aktar fil-qrib meta sar Ministru wara l-elezzjoni tal-1996. Nemmen li Lino Spiteri jibqa' mfakkar għall-ħidma kbira li wettaq, dejjem fl-interess tal- poplu Malti u Għawdxi. Għalija, Lino Spiteri kien politiku kuraġġjuż. Ewropa 2020 Bqajt insegwi x'qed jiġri fil-Parlament Ewropew. Laqtitni ferm mistoqsija parlamentari dwar kif qed tikber l-inugwaljanza soċjali fl-Unjoni Ewropea. Il-Kummissarju Andor ammetta li sfortunatament l-UE qed timxi lil hinn milli tilħaq il-miri tagħha dwar l-inklużjoni soċjali. Is-sena l-oħra, madwar l-Ewropa 4.4 miljun persuna kienu qed jgħixu fil-faqar u l-esklużjoni soċjali hekk kif l-Unjoni Ewropea għaddiet mill- agħar kriżi soċjali, ekonomika u finanzjarja mis-snin tletin lil hawn. Fl-aħħar ta' Ottubru għalaq iż-żmien ta' konsultazzjoni pubblika li kienet nehdiet il-Kummissjoni Ewropea dwar l-istrateġija 2020. S'issa għad mhux magħruf l-eżitu ta' din il- konsultazzjoni pubblika. Nittama li l-Unjoni Ewropea tagħraf li ma tistax tħalli nies jgħixu fil-faqar u l-esklużjoni soċjali. Għalija, li hawn 4.4 miljun persuna jgħixu fil-faqar u l-esklużjoni soċjali hija tal-mistħija. Meta kont Membru tal-Parlament Ewropew kont staqsejt mistoqsija simili lill-Kummissjoni Ewropea li kienet tiffoka b'mod partikolari fuq il-faqar fost in-nisa. Il-Kummissjoni Ewropea kienet wieġbet li ma tiddefinixxix il-'feminizazzjoni tal- faqar', iżda hija konxja tar-rata ogħla ta' faqar li jeżisti fost in-nisa meta mqabbel mal-irġiel. Il-Kummissjoni kienet qalet li m'għandhiex stima jew tbassir tal- għadd ta' nisa fil-faqar fil-futur. Fir-rapport tagħha dwar il-progress fl-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, il-Kummissjoni kienet analizzat ix-xejriet riċenti tal-faqar. Fl-2012, in-nisa ta' età avvanzata, kienu f 'riskju ħafna ikbar ta' faqar jew ta' esklużjoni soċjali mill-irġiel ta' età avvanzata (22% imqabbel ma' 16.3 %). Kien intqal kif matul l-aħħar 5 snin, is-sitwazzjoni tal-irġiel u tan-nisa ta' età avvanzata tjiebet u d-distakk bejn is-sessi tnaqqas. Il-Kummissjoni Ewropea kienet qalet li l-impatt tal- kriżi fuq il-livell tal-UE huwa aktar viżibbli għall-grupp fl-età tax-xogħol, fejn iż-żieda fil-faqar jew fl-esklużjoni soċjali tidher li hi marbuta ma' tnaqqis fid-distakk bejn is-sessi, l-iktar minħabba d-deterjorament tas-sitwazzjoni tal-irġiel matul il-kriżi. Kienet qalet ukoll li r-rapport dwar il-progress fl-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel jiddeskrivi l-miżuri li ttieħdu biex jiġi promoss l-impjieg tan-nisa, biex jitnaqqas id-distakk bejn is-sessi, u biex jiġu indirizzati aħjar il-faqar u l-esklużjoni soċjali. Kienet semmiet ukoll ir-rakomandazzjonijiet li ħarġet bihom, fosthom fondi Ewropej bħala investiment fil-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, li hija l-aqwa mod kif jevitaw il-faqar. Nittama li b'dak li qed tammetti issa l-Kummissjoni, jiġifieri li qed tmur 'il boghod mill-miri tal- istrateġija 2020 mhux ser imur kollox il-baħar! Istanbul L-1 ta' Novembru mmarka l-jum li fih pajjiżna flimkien ma' tlettax-il pajjiż ieħor Ewropew daħħal fis-seħħ l-artikli tal-Konvenzjoni ta' Istanbul, li Malta rratifikat f 'Lulju li għadda, u li jitrattaw il-vjolenza kontra n-nisa fosthom dik domestika u sesswali. Il- Konvenzjoni ta' Istanbul huwa l-ewwel trattat Ewropew li speċifikament jitratta u jimmira lejn il-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika. Nhar is-6 ta' Novembru, il-Kumitat għad-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza tal-Parlament Ewropew kellu l-ewwel bdil ta' fehmiet fuq din il-konvenzjoni. Anki fid-dawl tal-fatt li nhar il-25 ta' Novembru, id-dinja ser tfakkar il-Jum Internazzjonali għall-Eliminazzjoni ta' Vjolenza kontra n-Nisa, nemmen li jkun opportun dibattitu serju fil-Parlament Malti dwar dan is- suġġett. Għalija, li s-sena li għaddiet kien hemm 1,594 każ ta' vjolenza domestika fuq nisa (1,394 individwu ressqu rapport) u 274 każ ta' vjolenza fuq irġiel (245 individwu ressqu rapport) hija inaċċettabbli. F'socjetà fejn suppost jirrenja u jirbaħ ir-rispett reċiproku lejn xulxin żgur li mhux aċċettabbli li jkollok każi bħal dawn. Intenni li, "li ssawwat ma jagħmlekx raġel.'' Nisa fil-Politika Bħala president ta' Nisa Laburisti kelli l-opportunità li nindirizza konferenza internazzjonali organizzata mill- uffiċċju tal-OSCE (ODIHR) bit-tema 'Women's Political Participation in Malta' li ttellgħet bil-kollaborazzjoni tal-Onorevoli Speaker Dr Anglu Farrugia, il-Kamra tad-Deputati, l-Kummissarju tal-Ugwaljanza u l-Kunsill Nazzjonali tal-Mara. Sostnejt li Nisa Laburisti temmen li r-rwol u l-interessi tan-nisa fis- soċjetà jistgħu jittejbu u jimxu 'l quddiem jekk in-nisa u l-irġiel jaħdmu flimkien bħala sħab ugwali, aktar milli avversarji u fejn ir-rispett reċiproku jipprevali. Enfasizzajt li pajjiżna għandu jkun proattiv u janalizza x'qed iwassal biex is-suċċess miksub min-nisa fil- parteċipazzjoni tal-ħajja pubblika fuq livell Ewropew mhux rifless fuq livell nazzjonali. Kien għalhekk il-punt li sostnejt li għandha tittieħed konsiderazzjoni serja għal stħarriġ biex naraw il-mod li bih jaħdem il-Parlament Malti nnifsu, fosthom il-ħinijiet tax-xogħol. Nemmen li rrispettivament jekk intix mara jew raġel, kulħadd għandu familja. Jekk m'għandekx it-tfal, għandek il-ġenituri anzjani. Dawn xi ħadd irid jieħu ħsiebhom, tkun xi tkun il-forma ta' familja tiegħek u għalhekk rridu ngħarblu sew fost l-oħrajn il- metodu li bih jaħdem il-Parlament Malti. Nemmen ukoll li dak li qal l-Onor. Speaker tal-Kamra Dr. Anglu Farrugia meta fost l-oħrajn mexxa 'l quddiem l-fehma dwar kumitat parlamentari dwar l-ugwaljanza, huwa opportunità ġusta u f 'waqtha. Baġit ta' Opportunitajiet CLAUDETTE ABELA BALDACCHINO L-ewwel trattat Ewropew li speċifikament jitratta u jimmira lejn il-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika Is-sena li għaddiet kien hemm 1,594 każ ta' vjolenza domestika fuq nisa u 274 każ ta' vjolenza fuq l-irġiel

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 November 2014