Illum previous editions

illum 16 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/416742

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 39

Il-Ħadd 16 ta' Novembru 2014 | illum 25 Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Imejl: illum@mediatoday.com.mt G ħada jum il-baġit. Baġit li ħafna qed iqisuh bħala l-baġit li se jkun tahom fost l-anqas żieda f 'dawn l-aħħar snin. Din iż-żieda però tinħadem fuq mekkaniżmu msejjaħ COLA, mekkaniżmu li kien introduċa l-gvern Nazzjonalista -1991. Il-COLA kienet saret u daħlet fis-seħħ bi ftehim mal-imsieħba soċjali bl-intenzjoni finali tkun dik li l-gvern ma jindaħal bl- ebda mod ta' kif u kemm għandu jingħata kumpens għall-għoli tal-ħajja. Il-mekkaniżmu tal-COLA li hemm illum għadu l-istess wieħed kien introdott 23 sena ilu u l-aġġustament jinħadem permezz ta' formola matematika stabbilita. Ta' min jinnota li l-COLA l-aktar li taffettwa huma dawk li qegħdin fuq il-paga minima, lill-pensjonanti u lil dawk li jieħdu xi benefiċċji. Għall-kumplament tal-ħaddiema ż-żidiet fil-pagi jiġu deċiżi abbażi tas-suq jew inkella ta' collective agreements li jista' jkollhom bħal mhu l-każ tal-impjegati tal-Gvern. Għalhekk, meta wieħed jisma' l-kritika tal-Kap tal-Oppożizzjoni dwar iż-żieda tal-għoli tal- ħajja, wieħed malajr jiftakar li din iż-żieda qed tingħata fuq mekkaniżmu li kien ħoloq il-partit tiegħu stess. Wieħed jistenna li jekk il-Kap Nazzjonalista verament irid jikkritika l-ammont li se jingħata bħala żieda dan għandu wkoll joħroġ bi proposti dwar kif għandu jkun rivedut il- mekkaniżmu li kien ħoloq l-istess partit tiegħu. Intant l-abbozz tal-baġit 2015 juri li l-Gvern qed jimmira li jerġa' jnaqqas id-defiċit għal 1.6% għas-sena 2015 u d-dejn għal 69%, l-iktar livell baxx għal diversi snin. Barra minn hekk, ir-rata ta' tkabbir ekonomiku mistennija li tilħaq it-3.5% f'termini reali, filwaqt li r-rata ta' żieda fl-impjiegi tilħaq il-1.9%, bir-rata tal-qgħad fuq medja ta' sena mistennija tinżel għal 5.9%. Id-dokument jispjega wkoll li l-ekonomija kienet iddiversifikata b'mod notevoli fis-snin li għaddew. Madankollu, kien rikonoxxut li numru ta' fatturi, fosthom ir-rata baxxa ta' parteċipazzjoni tal- ħaddiema u l-provista ineffiċjenti tal-enerġija, illimitaw il-potenzjal tat-tkabbir ta' pajjiżna. Dwar in-nuqqasijiet fis-settur tal- enerġija l-Gvern kien għarraf lill- Kummissjoni li l-amministrazzjoni preżenti qiegħda tagħmel investimenti kapitali kbar biex Malta jkollha żewg power stations li jaħdmu bil-gass, kif ukoll interconnector ma' Sqallija biex jitnaqqas it-tniġġis u jkun hawn provista tal-elettriku stabbli u rħisa. Dan ir-raġunar kollu però ma jfisser xejn għal dawk il- ħaddiema li jgħixu b'li jaqalgħu u li għalihom iż-żieda tfisser ħafna. Ta' min wieħed ifakkar li għalkemm ħafna nies għandhom l-impressjoni li ż-żieda tal-għoli tal-ħajja hija żieda li tingħata u titħallas mil-gvern, dawk li jaħdmu ma' kumpaniji u azjendi privati, iż- żidiet li jingħataw lilhom jinħarġu u jitħallsu minn min jimpjegahom u mhux mill-gvern. Iż-żieda li tingħata lil ħaddiema permezz tal-COLA tieħu ħafna aspetti inkonsiderazzjoni u mhux biss l-għoli tal-ħajja. Wieħed għalhekk irid iżomm f'moħħu l-ispiża annwali li dawn iż- żidiet ikollhom fuq l-operat ta' azjendi privati li jkunu huma li jiffinanzjaw iż-żidiet li jingħataw. Żidiet li iridu jingħaddu mal- kumplament tal-ispejjeż operattivi u loġistiċi tal-kumpanija f'suq li dejjem qed isir aktar kompettitiv u għalhekk kull żieda fin-nefqa dejjem iġġorr magħha piżijiet addizjonali li jistgħu saħansitra jipperikolaw in-negozju tal- kumpanija. Filwaqt li kulħadd jieħu gost biż- żidiet li jingħata, tajjeb li kulħadd iżomm saqajh mal-art u jgħaraf iħares lejn l-istampa l-kbira ta' quddiemu. It-58 ċenteżmu żieda...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 November 2014