Illum previous editions

illum 16 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/416742

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 39

26 illum | Ħadd 16 ta' Novembru 2014 Pjazzetta JEAN PIERRE CASSAR jpcassar@mediatoday.com.mt Kemm ilek tirreċta? Minn fejn bdiet il-ħajra lejn ir- reċtar? Ilni nirreċta għal dawn l-aħħar 14-il sena. Bdejt minn fuq il-palk tal-iskola meta kelli ħames snin u naħseb minn hemm baqa' jikber l-interes għal palk u t-teatru. Dawn l-aħħar 4 snin kelli l-opportunità li nieħu sehem f żewġ produzzjonijiet Maltin fuq it-TV; D.R.E.A.M.S. u Katrina. Xi tfisser għalik id-drama? Għalija d-drama huwa mezz kif bl-immaġinazzjoni tidħol f 'dinja oħra, tiltaqa' ma nies u karattri ġodda u toħloq esperjenzi ġodda mhux biss bl-esperjenzi fuq il- palk/TV iżda wkoll bil-karattri li tinterpreta. Id-drama għenitni ħafna tul is-snin biex insib lili nnifsi, nibni personalità u għenitni nkun aktar kunfidenti. Attriċi favorita? U għaliex? Anne Hatheway, għaliex hija attriċi versatili ħafna u dejjem ammirajtha tul is- snin. Int tkanta wkoll? Liem tippreferi miż-żewġ dixxiplini? Din hija mistoqsija li jsaqsuhieli ħafna u dejjem ma nafx kif nirrispondi għaliex kemm il-kant u kemm id-drama huma affarijiet li nħobb nagħmel u jtuni sodisfazzjon. Ir- reċtar nħobbu għaliex permezz tiegħu tinterpreta karattri differenti li bihom tesperjenza esperjenzi li forsi qatt ma tkun immaġinajthom, filwaqt li l-kant u l-mużika jirriflettu lili nnifsi u l-istil tiegħi. X'livell għandu d-drama fuq it-TV Malti? Nemmen li tul is-snin it-TV Malti tjieb iżda xorta nħoss li għad hemm ħafna xi jsir. Fejn jidħol id-drama ftit li xejn hemm finanzi u għalhekk il-prodott huwa limitat. Ħafna nies jippruvaw iqabblu d-drama Maltija ma' dik ta' barra iżda dan ma jistax isir jekk fir-riżorsi u l-finanzi aħna limitati u għalhekk għad hemm differenza kbira bejn produzzjoni Maltija u dik ta' barra. Iżda xorta waħda nammira ħafna produzzjonijiet Maltin li jemmnu f 'atturi Maltin u li bil-limitazzjoni li għandna jipproduċu dawn id-drammi tant għal qalb il-Maltin. X'futur għandu l-Malti fejn jidħol id-drama fuq it-TV? Nemmen li l-Malti għandu futur fid-drama, l-istazzjonijiet Maltin jagħtu ċans lit- talent Malti u l-opportunitajiet qed jiżdiedu. Kif tiddeskrivi lil Paula fuq Katrina? Meta l-kittieba ta' Katrina qaluli li ha ninterpreta din il-parti u bdejt nirrevedi l-ewwel sripts mill- ewwel ħadt grazzja ma' dan il-karattru. Lil Paula niddeskriviha bħala persuna ferriħija u pożittiva li għalkemm għaddiet minn dak li għaddiet fit-tfulija tagħha ma qatgħetx qalbha u kienet kapaċi tfendi għal rasha u tikkumbatti mal- ħajja. X'hemm differenti u x'hemm l-istess bejnek u bejn Paula? Naħseb kemm jien u kemm Paula indipendenti u nippruvaw naraw il-ħajja b'lenti pożittiva. Għandna karattru simili iżda għal grazzja t'Alla jiena trabbejt ġo familja b'għożża kbira, li jiena napprezza u nħobbha ħafna. X'idaħħkek? Xi praspura jew taħwida minn tiegħi. X'jiffrustrak? Meta tagħmel xi ħaġa mill- qalb u ma tiġix apprezzata. Ħolm għall-futur? Il-ħolm tiegħi hu li nibqa' nagħmel dak li nħobb. Pajjiż li jiddeskrivik… u għaliex? Londra, il-mużika u l-moda. Kulur favorit… u għaliex? L-isfar... kulur li jiġbed l-għajn u vivaċi. Bħala studenta universitarja temmen li l-edukazzjoni f 'Malta tippreparak realment għad- dinja tax-xogħol? Iktar ma jgħaddi ż-żmien naraw aktar l-importanza tal-edukazzjoni u fejn din tista' twassalna. Però qed jiġri li qed nagħtu wisq importanza lis-suġġetti akkademiċi u nħoss li ma nagħtux importanza lejn il-prattika. Ħafna drabi qed jiġri li l-istudent jiġi mġiegħel jitgħallem bl- amment minflok jaħseb u jkun kreattiv hu, dan iwassal għal konsegwenzi fil-futur fil-qasam tax-xogħol. LARA DIMECH għandha 19-il sena, attriċi mis-Swieqi u qiegħda tagħmel kors ta' B. Ed -Università ta' Malta. Lara hija wkoll kantanta u tagħmel il-parti ta' Paula f 'Katrina fuq TVM Ħames Minuti LARA DIMECH għandha 19-il sena, attriċi mis-Swieqi u qiegħda tagħmel Ħames Minuti ma' Lara Dimech Ħames Minuti Ħames Minuti ma' Lara Dimech ma' Lara Dimech

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 November 2014