Illum previous editions

illum 16 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/416742

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 39

Kummercjali 28 illum | Ħadd 16 ta' Novembru 2014 L-Air Malta tassisti lill-Malta Community Chest Fund LAIR Malta, flimkien ma' Sky Gourmet, se tkun qed tassisti lill-Malta Community Chest Fund tul ix-xhur ta' Novembru u Diċembru. Matul dawn ix-xhur, l-Ekwipaġġ tal- Kabina tal-Air Malta se jkunu qed jiġbru fondi abbord it- titjiriet tal-linja tal-ajru favur din il-kawża. Joe Galea, id-Deputat Kap Uffiċjal Kummerċjali qal, "Il-linja tal-ajru nazzjonali hija kburija li għal darb'oħra se tkun qed tappoġġja lill-Malta Community Chest Fund. Nemmen li organizzazzjonijiet lokali bħall-Air Malta huma obbligati jappoġġjaw inizjattivi bħal dawn li jgħinu lis-soċjetà Maltija." Il-Malta Community Chest Fund hija organizzazzjoni li għandha l-għan li tippromwovi s-solidarjetà fost in-nies li jgħixu Malta. Il-Fond, li huwa ppresedut mill-President ta' Malta, jappoġġja lil istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet li jipprovdu appoġġ finanzjarju, materjali u professjonali lil nies li għaddejjin minn diffikultajiet minħabba mard terminali jew kroniku sever, inkluż il-kanċer, diżabilità, faqar, qgħad jew nuqqas ta' riżorsi, bla ebda forma ta' diskriminazzjoni. L-MCCF torganizza bosta avvenimenti annwali biex tiġbor fondi. Dawn jinkludu l-August Moon Ball, l-Irkant tal-Arti, il-Fun Run tal- President, il-kampanja Piggy Bank fost it-tfal tal-iskola, Rockestra, Paqpaqli għall- Istrina, il-Bike Ride tal- President, wirjiet tal-moda u l-Istrina (maratona ta' 12-il siegħa ġbir ta' fondi). Din is-sena, ġew organizzati bosta attivitajiet oħrajn għall-ewwel darba taħt il-Presidenza l-ġdida. Dawn inkludew il-Festa fil-Palazz ta' San Anton, il-Ballu tal-President f 'Għawdex u attivitajiet ta' ġbir ta' fondi organizzati mill- assoċjazzjonijiet. Dawn l-attivitajiet kollha involvew eluf ta' persuni li jiddedikaw ħin, flus u enerġija minn jeddhom sabiex jagħtu sehemhom għal kawża tassew nobbli, u jkunu xhieda tal-valur tal-imħabba u s-solidarjetà. Din il-kampanja tagħmel parti wkoll mill-inizjattivi ta' Responsabbiltà Soċjali Korporattiva tal-Air Malta li bihom il-linja tal-ajru ssostni lil organizzazzjonijiet li jagħtu sehemhom fil-komunità Maltija. Ebda linja tal-ajru oħra li topera lejn Malta ma tipprovdi appoġġ kontinwu lil organizzazzjonijiet volontarji u mhux governattivi daqs l-Air Malta. Banif Bank għal darb' oħra b'appoġġ lill-Fun Run GĦASSITT sena konsekuttiva Banif Bank (Malta) plc tenna l-impenn tiegħu bħala l-isponsor ewlieni tal-President's Solidarity Fun Run. Is- slogan ta' din is-sena – "One Nation, One Heartbeat" – jirrifletti l-ispirtu ta' dan l-avveniment ta' kull sena li jlaqqa' nies minn kull qasam tas-soċjetà, kemm żgħar kif ukoll kbar, f 'wirja impressjonanti ta' solidarjetà. Organizzata mill-Malta Community Chest Fund bl- għajnuna tal-Kunsill Malti għall-Isport, b'risq L-Istrina, il-President's Solidarity Fun Run din is-sena se ssir il-Ħadd 23 ta' Novembru u se titlaq fl-10am minn erba' postijiet – il-Palazz ta' San Anton għal dawk li se jiġru, u Santa Venera, Paola Square u l-Università għal dawk li se jimxu. L-erba' rotot se jgħaddu minn numru ta' villaġġi u jaslu kollha sa Pjazza San Ġorġ il-Belt, fejn dawk li jieħdu sehem jistgħu jiġbru ċertifikat ta' parteċipazzjoni. Servizz speċjali ta' trasport pubbliku se jopera mill-Belt wara l-Fun Run. "Għal darb'oħra qed nistennew suċċess," qal Dr Michael Frendo, Chairman, Banif Bank (Malta) Plc. "Dawk li diġà ħadu sehem jafu li l-ġirja hi esperjenza ta' gost, ħbiberija u entużjażmu. Hu f 'dan l-ispirtu li l-Banif u l-impjegati jieħdu sehem u jgħinu bil-loġistika. Il- bank se jkun qed jaċċetta l-applikazzjonijiet mill- fergħat tiegħu għall-ikbar avveniment ta' ġbir ta' fondi għall-Istrina. Inħeġġu l-pubbliku biex għal darb'oħra jieħu sehem. Kull kontribuzzjoni tmur għall- akbar donazzjoni li tinġabar fis-sena, għall-benefiċjarji tal-MCCF." L-applikazzjonijiet jistgħu jinġabru minn kull fergħa tal-Banif, mill-uffiċini tal- MCCF il-Palazz il-Belt u San Anton, jew onlajn fuq www. funrun.org.mt. EVOLVE Ltd, kumpanija sussidjarja ta' Attard & Co, għamlet donazzjoni ta' tliet strumenti lill-Università ta' Malta permezz tal-Fond tar-Riċerka tal-Università (RIDT). Dan it-tagħmir, li jiswa b'kollox €90,000, se jtejjeb u jiffaċilità l-programmi akkademiċi u l-istudji tar- riċerka fil-Fakultà tax-Xjenza u l-Fakultà tal-Mediċina u Kirurġija. It-tagħmir jikkonsisti f 'mikroskopju kirurġiku Leica M620 F20, Gas Chromatograph u Polarimeter. Evolve Ltd diġà bniet relazzjoni mal-Università ta' Malta billi, permezz tal-RIDT, provdiet tliet strumenti oħra fl-2012 b'valur ta' €70,500 lid- Dipartiment tal-Kimika. Ir-Rettur tal-Università ta' Malta l-Professur Juanito Camilleri rringrazzja lill-Evolve Ltd għal din il-kontribuzzjoni ġeneruża. Hu qal: "Napprezzaw ħafna id-donazzjoni mogħtija minn Evolve Ltd. Dan it-tagħmir se jagħtina l-opportunità li nkomplu ntejbu l-għarfien u x-xogħol tar-riċerka li qed isir fid- Dipartiment tal-Fiżjoloġija u Bijokimika, u fid-Dipartiment tal-Kimika." Id-Direttur Maniġerjali ta' Evolve, Christopher Busuttil, qal: "Bħala kumpanija ewlenija fl-industrija tax-xjenza u l-kura tas-saħħa, inħossu l-impenn li nwasslu valur u assistenza lin-nies li qed ifittxu li jeċċellaw f 'dan il-qasam. Id-donazzjoni tagħna ssaħħaħ l-impenn li għandna biex nappoġġjaw il-fakultajiet tax-xjenza tal- Università fix-xogħol ta' riċerka u fil-programmi tat-tagħlim u kif ukoll ngħinu lir-riċerkaturi żgħażagħ fil-karriera tagħhom." Il-mikroskopju kirurġiku Leica M620 F20 il-ġdid, bl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għolja se jkollu użu konsiderevoli fid-Dipartiment tal-Fiżjoloġija u Bijokimika kemm għat-tagħlim kif ukoll għal fini ta' riċerka. Il-mikroskopju hu tagħmir avvanzat u se jieħu post il-mikroskopju l-antik li qed jintuża bħalissa fl-isuite annessa fil-faċilità ta' neuro- imaging. Il-Gas Chromatograph u l-Polarimeter se jintużaw fid- Dipartiment tal-Kimika fi ħdan il-Fakultà tax-Xjenza. "Hu ta' kuraġġ li nissieħbu u nikkollaboraw ma' kumpaniji bħal Evolve li jemmnu bis- sħiħ f 'din il-kważa. Rigali ta' tagħmir bħal dawn jiżguraw li l-istudenti għandhom aċċess għall-għodda li qed tintuża bħalissa mill-industrija. Hu ta' importanza kbira li l-ħiliet tal- Università jkunu fl-ogħla livelli possibbli. Nittamaw li l-appoġġ mill-industrija għal Fond tar- Riċerka tal-Università jkompli jikber biex tkun tista' trawwem aktar xjentisti u riċerkaturi," qal Wilfred Kenely il-Kap Eżekuttiv ta' RIDT. RIDT twaqqfet mill- Università ta' Malta biex issaħħaħ l-investiment fir- riċerka u tiżviluppaha fuq livell nazzjonali. Għal aktar tagħrif dwar l-RIDT wieħed jista' jżur is-sit www.ridt.org.mt Evolve Ltd tagħti tagħmir avvanzat lill-Università ta' Malta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 November 2014