Illum previous editions

illum 16 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/416742

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 39

Il-Ħadd 16 ta' Novembru 2014 | illum 31 SPORTSillum SPORTSillum L-Ingliżi jdawru telfa f 'rebħa komda u jikkonsolidaw posthom l-quċċata ta' Grupp E MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT WARA li kien minn taħt, it-tim nazzjonali Ingliż irnexxielu jdawwar telfa f 'rebħa meta ġewwa daru f 'Wembley Stadium għeleb lill-Islovenja bl-iskor ta' 3-1. Il-gowls għall-Ingliżi waslu minn penalty ta' Wayne Rooney li kien qed jilgħab il-100 logħba tiegħu bil-flokk tat-tim nazzjonali Ingliż kif ukoll minn doppjetta tal-plejer ta' Arsenal, Danny Wellbeck. L-iSlovenja kienu fetħu l-iskor permezz ta' awto- gowl tal-plejer ta' Liverpool, Jordan Henderson li għola biex jipprova jikklerja l-ballun minn freekick ta' plejer tas-Slovenja iżda minflok permezz ta' daqqa ta' ras tefa' fix-xibka tiegħu stess. B'hekk l-Ingliżi kkonsolidaw posthom fil- quċċata ta' Grupp E meta għandhom rekord perfett ta' 12 –il punt minn erba' logħbiet. Permezz tad-doppjetta tiegħu Wellbeck jinsab fil-quċċata tal-lista tal- aqwa skorers tal-Gruppi kollha ta' kwalifikazzjoni għall-Euro 2016 b'ħames gowls minn erba' logħbiet. Min-naħa l-oħra l-captain tat-tim nazzjonali Ingliż, Wayne Rooney, permezz tal-gowl li rnexxielu jiskorja lbieraħ minn penalty, skorja tliet gowls minn daqstant logħbiet. F'logħba oħra mill- istess Grupp, San Marino u l-Estonja temmew il- konfront ta' bejniethom f 'parità ta' mingħajr gowls. Minn Grupp C, kif mistenni l-Ukrajna ma sabu l-ebda diffikultà biex barra minn darhom għelbu lil-Lussemburgu bl-iskor ta' 3-0 bil-gowls għalihom jaslu kollha kemm huma minn tripletta ta' Andriy Yarmolenko. Minn Grupp G kellna żewġ logħbiet li ntemmew bl-istess skor minimu ta' 1-0. Dan hekk kif l-Awstrija ġewwa darhom għelbu lir-Russja bil-gowl uniku tagħhom fil-logħba jasal minn Rubin Okotie fit-73 minuta waqt li Liechtenstein barra minn darhom kisbu tliet punti prezzjużi, meta sorprendentament barra minn darhom għelbu lil Moldova bil-gowl tagħhom jasal minn Franz Burgmeier, fl-74 minuta. Riżultati Riżultati Logħob ta' Kwalifikazzjoni Euro 2016 Is-Sibt 15 ta' Novembru Ingilterra vs Slovenja 3-1 Lussemburgu vs Ukrajna 0-3 San Marino vs Estonja 0-0 Awstrija vs Russja 1-0 Moldova vs Liechtenstein 0-1 Fixtures Logħob ta' Kwalifikazzjoni Euro 2016 Il-Ħadd 16 ta' Novembru 18:00 Olanda vs Latvja 18:00 Belġju vs Wales 18:00 Ċipru vs Andorra 18:00 Ażerbajġan vs Norveġja 20:45 Bulgarija vs Malta 20:45 Italja vs Kroazja 20:45 Israel vs Bosnia Herzegovina 20:45 Repubblika Ċeka vs Islanda 20:45 Turkija vs Kazakhstan

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 November 2014