Illum previous editions

illum 16 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/416742

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 39

32 illum Il-Ħadd 16 ta' Novembru 2014 SPORTSillum "Huwa unur għalija li se norganizza kamp ta' taħriġ f 'Malta" – Ivan Ramiro Córdoba MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT WAQT konferenza stampa li saret ilbieraħ f 'lukanda ewlenija fil-Mellieħa, l-eks plejer leġġendarju ta' Inter li niftakruh ukoll viċi-captain tal-Intersiti, Ivan Ramiro Córdoba, ta dettalji dwar kamp ta' taħriġ li se jkun qed jorganizza f 'Malta bejn is-6 u t-8 ta' Diċembru, u li fih tfal Maltin u Għawdxin se jkollhom l-opportunità unika li jkunu fil-ground ma' ex stilla tal-football internazzjonali, Iván Ramiro Córdoba. F'kummenti li għadda waqt l-istess konferenza stampa huwa saħaq li jinsab ferm entużjasmat u qed jistenna b'ħerqa din iż-żjara tiegħu f 'Malta. Meta wieħed iqis il-fatt li wieħed mill-ikbar ħbieb ta' Córdoba huwa ħadd ħlief Javier Zanetti, dan il-ġurnal staqsa lil Córdoba jekk hux beħsiebu jorganizza xi proġett kbir ma' Zanetti hekk kif ilkoll nafu li dan għandu l-Fondazzjoni Pupi li bħall-Fondazzjoni ta' Córdoba tgħin lil diversi tfal fil-bżonn fl-Arġentina. Córdoba wiegħed li ma jeskludiex li fil-futur qarib dawn iż-żewġ eks players leġġendraji ta' Inter jistgħu tabilħaqq jikkolaboraw flimkien biex jagħmlu xi proġett kbir. Barra minn hekk Córdoba tenna li jista' jkun li jlaqqa' diversi plejers li ġejjin mill-Arġentina u mill-Kolumbja u li għadhom fl-azzjoni bħalissa biex jorganizza xi attività filantropika. Córdoba ma eskludiex lanqas li fil-futur il-fondazzjoni tiegħu tgħin mhux biss lil tfal ġejjin mill-Kolumbja imma wkoll minn pajjiżi oħra fosthom dawk Ewropej. Jakkumpanja lil Córdoba f 'pajjiżna se jkun hawn l-eks goalkeeper ta' Inter u tat-team nazzjonali Taljan, Francesco Toldo. Il-Fondazzjoni ta' Córdoba li ġġib l-isem ta' Fundacion Columbia te quiere ver onlus għandha fi ħdanha 150 tifel. Hija tippromwovi u tappoġġja programmi ta' saħħa, edukazzjoni u sports, speċjalment immirati lejn l-aktar tfal fil-bżonn. Tkellem ukoll il-President tal-Inter Club Pupi Zanetti, Paul Fenech, li saħaq li wara l-kamp ta' taħriġ ta' suċċess ta' Javier Zanetti lura f 'Mejju, qed jistennew parteċipazzjoni qawwija mill-pubbliku sportiv Malti għal dan il-kamp ta' taħriġ. Dan il-kamp ta' taħriġ se jsir b'kollaborazzjoni ma' Luxol Sports Club li jirrapeżentah f 'din il- konferenza stampa kien hemm Jason Falzon. Huwa saħaq li huwa ta' unur kbir għalih li se jkun eks plejer tal-kalibru ta' Córdoba li jorganizza dan il-kamp ta' taħriġ propju fil- grounds ta' Luxol. Novità ġdida f 'dan il-kamp se tkun dik li l-Ħadd 7 ta' Diċembru filgħaxija se jkun organizzat kamp ta' taħriġ ċkejken fil-gzira ta' Għawdex fejn se jkunu qed jipparteċipaw l-istess Córdoba u Toldo. Iván Ramiro Córdoba lagħab 324 partiti uffiċjali u skorja 15-il gol għal FC Internazionale Milano, barra minn hekk kien ukoll il-viċi captain tat-tim. Córdoba rrappreżenta wkoll lil pajjiżu, il-Kolombja 73 darba u serva wkoll bħala captain. Fil-karriera illustri tiegħu, huwa rebaħ is-Serie A 5 darbiet, 4 Coppa Italia, 4 Supercoppa Italiana, UEFA Champions League u Tazza tad-Dinja tal- Clubs bejn l-2005 u l-2010. L-uniku suċċess tiegħu mal- Kolombja kienet ir-rebħa tal-Copa America fl-2001, fejn il-Kolombja kisbet rebħa ta' 1-0 fuq il-Messiku, b'gol ta' Córdoba nnifsu. Waqt iż-żjara tiegħu se jiġu wkoll organizzati xi attivitajiet b'risq il- Fundacion Columbia te quiere ver onlus, li hija organizzazzjoni bla profitt maħluqa minn inizjattiva ta' Córdoba stess, għat-tfal Kolumbjani. Intant, se jiġi organizzat Gala Dinner nhar il-Ħadd 7 ta' Diċembru, lejlet festa pubblika, f 'lukanda ewlenija fil-Mellieħa, li fih se jkunu preżenti kemm Ivan Ramiro Córdoba kif ukoll Francesco Toldo. Ivan Ramiro Córdoba jindirizza lil dawk preżenti f 'lukanda ewlenija l-Mellieħa ISSA ONLINE .cOm.mt Ritratt: Charles Vassallo

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 November 2014