Illum previous editions

illum 16 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/416742

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 39

Il-Ħadd 16 ta' Novembru 2014 | illum 35 SPORTSillum MILLKAMPJONAT tal- ewwel diviżjoni tal-futsal, il-logħba li ġibdet l-aktar attenzjoni, kienet dik bejn Mellieħa u Lija Athletic li kienu fil-quċċata tal- klassfika. Iż-żewġ timijiiet kienu ġejjin minn mixja ferm pożittiva, b'ħames rebħiet minn ħames logħbiet. Kien ukoll il-konfront bejn l-ogħla markaturi, Nikolay Filipov ta' Mellieħa u Aleksander Ribic ta' Lija Athletic. Kienu Lija li fetħu l-iskor wara ħames minuti logħob permezz ta' Aleksander Ribic. Ħames minuti wara Nikolay Filipov ġab il- parità, biex għaxar minuti wara reġa' kien Aleksander Ribic li għamilhom 2-1 għal Lija. Fit-12-il minuta, Darren Aitchinson għamilhom 2-2. Mellieħa skurjaw aktar gowls permezz ta' Robert Magro u żewġ gowls oħra ta' Nikolay Filipov. Minn naħa l-oħra għal Lija Athletic kellna gowl ieħor ta' Aleksander Ribic, doppjetta ta' Adrian Marin u gowl ta' Michael Mizzi. F'din il-logħba ġew reġistrati ħames karti sofor, fejn anki l-gowlkiper ta' Lija Stefan Vella ntwera l-karta l-ħamra wara li rċieva żewġ karti sofor. Fl-aħħar nofs minuta, meta l-logħba dehret li se tintemm bl-iskor ta' 6-6, Lija fallew minn freeshot. Mill-istess azzjoni kellna deċiżjoni kontroversjali, fejn ingħata freeshot lil Mellieħa u Nikolay Filipov mill-10 metri poġġa lil Mellieha fil-vantaġġ. Meta kien fadal biss ħames sekondi, Nikolay Filipov irċieva ballun tajjeb, qabeż il-plejer fil-ġirja u qabeż ukoll lill-gowlkiper Andrew Anthony Agius ta' Lija, sabiex poġġa għal darb'oħra l-ballun fix-xibka għall-iskor finali ta' 8-6. Mill-ewwel diviżjoni wkoll, kellna l-ewwel rebħa wara sitt logħbiet ta' Mdina Knights. Mdina mill-ewwel bdew tajjeb u riedu din ir-rebħa akkost ta' kollox. Wara żewġ minuti Renald Portelli fetaħ l-iskor, segwit minn żewġ gowls ta' Cleaven Portelli fit-tielet u fis-seba' minuta. Fit-tmien minuta, Msida ħadu nifs permezz ta' Matthew Dingli li naqqashom għal 3-1. Qabel tmiem l-ewwel taqsima, reġgħu kienu Renald u Cleaven Portelli li skurjaw għall-Mdina. Mat- tmiem tal-ewwel taqsima wasal il-gowl Misidjan ta' Noel Portelli, li għamilhom 5-2. Matul it-tieni taqsima waslu aktar gowls għall- Msida permezz ta' doppjetta għal Joel Grima u gowl ta' Ryan Xuereb. Mdina baqgħu jiskurjaw permezz ta' Shaun Deguara u għal darb'oħra Cleaven Portelli għar-raba' darba sab ix-xibka u ssiġilla r-rebħa ta' 7-5 fuq Msida. Mill-ewwel diviżjoni kellna wkoll dawn ir- riżultati: Mqabba vs Qrendi 6-5 Sirens vs Naxxar 2-5 Siġġiewi vs Attard 3-8 Intant, mill-Kampjonat Premier, Balzan u Luxol ikomplu jirbħu u jżommu posthom fin-naħa ta' fuq tal-klassifika. Luxol għelbu lill-Mosta bl-iskor ta' 11-4, Valletta għelbu lill-Mosta bl-iskor ta' 4-1, Balzan kellhom rebħa komda ta' 8-0 fuq Żebbuġ u fl- aħħarnett Ħamrun għelbu lil Qormi bl-iskor ta' 4-2. MILLKAMPJONAT tal- ewwel diviżjoni tal-futsal, Ribic li għamilhom 2-1 għal Lija. Mill-istess azzjoni kellna deċiżjoni kontroversjali, Portelli fetaħ l-iskor, segwit minn żewġ gowls ta' u għal darb'oħra Cleaven Portelli għar-raba' darba Mellieħa waħedhom l-quċċata u Mdina Knights jieħdu l-ewwel rebħa l-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tal-Futsal L-MFPA tingħata l-istatus tas-sħubija sħiħa fl -Assemblea Ġenerali Annwali tal-FIFPro RAPPREŻENTANTI tal-Malta Football Players Association, Carlo Mamo u Konrad Sultana flimkien ma' Mark Barbara, attendew għall-Assemblea Ġenerali tal-FIFPro. Din is-sena l-Assemblea Ġenerali tal- FIFPro saret bejn is-27 u t-30 t'Ottubru ġewwa Tokjo, l-belt kapitali tal-Ġappun. Flimkien ma' Malta, żewġ pajjiżi oħra kienu aċċettati bħala membri sħaħ, il-Gwatemala (AFG) u l-Venezwela (AUFPV). Il-membri l-ġodda ffirmaw ftehim affiljazzjoni li jippromwovi l-valuri tal- FIFPro bħal-lealtà, integrità, il-ġustizzja kif ukoll il- prinċipji ta' governanza tajba, trasparenza fil- komunikazzjonijiet, proċessi demokratiċi, kontrolli u bilanċi, solidarjetà u r-responsabbiltà soċjali korporattiva. Żewġ pajjiżi oħra, Botswana u l-Każakstan ġew elevati għall-kandidati membri, li huwa pass wieħed bogħod milli jsir membru sħiħ tal- FIFPro. Barra minn hekk, il-Ġorġja, il-Kenja, iċ-Ċina, il-Korea t'Isfel u t-Tuneżija ġew rikonoxxuti bħala osservaturi. Carlo Mamo, Segretarju Ġenerali tal-MFPA u wieħed mill-fundaturi tal- assoċjazzjoni kkummenta dwar din il-kisba: "Aħna kuntenti li wara kważi erba' snin aħna issa ġejna aċċettati bħala membri sħaħ tal-FIFPro. Dan se jippermettielna li nieħdu sehem fl-inizjattivi kollha tal-FIFPro, li eventwalment tgħinna biex inkomplu ntejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-futbolers f 'Malta. F'Jannar delegati tal-FIFPro se jkunu jżuru Malta biex jiddiskutu flimkien mal-UEFA, l-MFA u l-MFPA l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti minimi li l-kuntratti kollha tal-futbol se jkollhom jaderixxu magħhom mill-istaġun li jmiss. Nixtieq nirringrazzja lill- membri kollha tagħna, għax bl-appoġġ tagħhom dan kollu seta' jkun possibbli. L-għan tagħna huwa li ntejbu l-kundizzjonijiet tal-plejer, kif ukoll il-logħba tal-futbol lokali b'mod ġenerali. Nixtiequ nirringrazzjaw lill-maġġoranza tal-klabbs Maltin u l-MFA, għax wara xi diffikultajiet inizjali llum il-partijiet interessati kollha, inklużi l-klabbs rikonoxxuti li għandna nkunu jaħdmu flimkien u mhux kontra xulxin għall-benefiċċju tal-logħba lokali. Il-kungress kien indirizzat mill-mistiedna speċjali inklużi rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja 1978 Osvaldo Ardiles, l-eks plejer li lagħab fil-Kampjonat Premier Ingliż, Jason Roberts u John Abbott, mill-Interpol. Diversi temi ġew diskussi matul din l-Assemblea Ġenerali inkluż arretrati u nuqqas ta' ħlasijiet lill-plejers u r-rispett tal-kuntratti, plejers mixtrija u akkwistati minn terzi persuni, razziżmu u l-bidla fis-sistema ta' trasferimenti. Tnediet ukoll kampanja kontra l-match fixing, - "Recognise, Resist, Report – Say No To Match-Fixing" b'kollaborazzjoni bejn il- FIFPro, il-FIFA u l-Interpol. Il-Kungress Annwali s-sena d-dieħla se jsir f 'Amsterdam, id-dar tal-FIFPro biex jiċċelebraw il-50 sena anniversarju tal-FIFPro. Azzjoni mil-logħba bejn Mellieħa u Lija Athletic Ritratt - Joe Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 November 2014