Illum previous editions

illum 16 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/416742

Contents of this Issue

Navigation

Page 36 of 39

Il-Ħadd 16 ta' Novembru 2014 | illum 37 SPORTSillum Kollox lest għall-nali tal-Hockey ILLUM fil-11am, issir il-finali tant mistennija tal-Hockey bejn Poiatti Qormi u Floriana Young Stars. Dan hekk fiż-żewġ semi-finali huma għelbu lil Sliema Hotsticks u Rabat rispettivament. Intant, nagħtu ħarsa dettaljata lejn dawn iż-żewġ semifinali. SLIEMA HOTSTICKS 1 FLORIANA YOUNG STARS 2 Umpires Luke Busuttil Leaver, Paul Brincat L-ewwel azzjoni denja ta' nota waslet wara għaxar minuti meta Sliema resqu viċin biex jiftħu l-iskor. Ma kellhomx jistennew ħafna biex jiskorjaw għax fil-15-il minuta Silas Plaehn skorja mill- viċin wara azzjoni kollettiva sabiħa ħafna. Young Stars irreaġixxew mill-ewwel u fl-20 minuta rebħu short corner li minnu ġabu l-gowl ta' parità. Wara li l-gowlkiper ta' Sliema laqa' Ivan Magro Dingli wasal l-ewwel fuq il-ballun biex għamel l-iskor 1-1. Wara dan il-gowl Floriana ddominaw il-kumplament tal-ewwel taqsima iżda ma rnexxielhom jisfruttaw it-3 short corners li rebħu. Hotsticks rebħu l-ewwel short corner tagħhom fi tmiem l-ewwel taqsima iżda l-iskor baqa' 1-1. Sliema bdew it-tieni taqsima fuq l-attakk b'attakki kontinwi fuq iż-żewġ lasti. Sa nofs it-tieni taqsima Young Stars kienu ftit superjuri għall- avversarji iżda ma rnexxilhom isarrfu s-short corners li rebħu f 'gowls. Fit-52 minuta James Mizzi żamm lil Floriana fil- logħba meta għamel salvataġġ doppju u minuta wara reġa' kien fl-azzjoni meta tajjar il-ballun tajjeb. Seba' minuti mit-tmiem, Mark Camilleri, poġġa lil Young Stars 2-1 minn fuq wara azzjoni ta' short corner. Floriana kellhom iċ-ċans jagħlqu l-logħba iżda xutt ta' Luke Borg Costanzi għadda ftit barra. Hotsticks marru viċin diversi drabi biex jiksbu l-gowl ta' parità iżda Young Stars żammew sod biex ħarġu rebbieħa 2-1 u kisbu post fil-finali. RABAT 1 POIATTI QORMI 2 AET Umpires Manuel Imbroll, James Mizzi L-ewwel taqsima ta' din il- logħba kienet ikkaratterizzata mill-attakki kontinwi ta' Qormi bir-Rabtin jiddefendu b'ħafna plejers bl-iskop li jaħarbu fuq il-kontrattakk. Fl-ewwel għoxrin minuta Qormi rebħu żewġ short corners iżda ma rnexxielhomx jisfruttawhom. Iktar pressjoni min-naħa ta' Qormi wasslet għal salvataġġ mill-isbaħ tal- gowlkiper Rabti meta wara azzjoni sabiħa fuq il-linja, Ian Azzopardi laqa' x-xutt dirett lejn il-lasta tiegħu u fl-istess ħin dar fl-arja biex iwaqqaf il- ballun li kien se jaqbeż il-linja fatali. It-taqsima ntemmet bl-iskor ta' 0-0. Qormi bdew it-tieni taqsima kif spiċċaw l-ewwel waħda billi jasseddjaw id-difiża ta' Rabat. 3 minuti wara l-ftuħ tal-ewwel taqsima Qormi għamlu l-iskor 1-0 meta Juan Sarcia skorja wara azzjoni ta' short coner. Qormi komplew jattakkaw biex isibu t-tieni gowl iżda d-difiża Rabtija kienet soda u xejnet kull attakk. Azzopardi reġa' laqa' tajjeb fil-54 minuta u meta kollox deher li l-logħba se tispiċċa 1-0, Shawn Falzon skorja l-gowl ta' parità għal Rabat wara azzjoni ta' short corner. Iż-żewġ timijiet pruvaw isibu gowl tard fil- partita u Qormi resqu viċin li jagħmlu dan permezz ta' Jonathan Borg iżda l-logħba ntemmet 1-1 biex kellha tmur għall-ħin barrani. Qormi marru minn fuq kmieni fl-ewwel taqsima tal-ħin barrani meta Joseph Cuschieri skorja b'xutt minn tarf id-D. Rabat irreaġixxew iżda ma rnexxielhomx isibu gowl sa tmiem l-ewwel taqsima. Żewġ minuti minn tmiem il-ħin barrani Rabat kienu mċaħħda l-gowl ta' parità mill-gowlkiper ta' Qormi Ramon Chircop bil-logħba tispiċċa 2-1 favur Qormi. B'hekk Rabat tilfu ċ-ċans li jiddefendu t-titlu. Illum issir l-14-il Edizzjoni tat-Tazza tal-President DIN is-sena ġie deċiż li l-Finali tat-Tazza tal- President ma ssirx f 'Jum ir-Repubblika kif kien qed isir dan l-aħħar iżda tmexxiet għal aktar kmieni u b'hekk se ssir illum. Dan it-tibdil fid-data sar għal diversi raġunijiet però prinċiparjament sabiex jagħti ċans liż-żwiemel kollha tal-ogħla kategorija jipparteċipaw. Meta kienet issir fit-13 ta' Diċembru ż-żwiemel Franċiżi kienu jkunu impenjati fil-Prix de Vincennes u għalhekk ma setgħux jieħdu sehem f 'din it-Tazza importanti fil-Kalendarju tat-Trott lokali. Raġuni oħra kienet li nhar it-13 ta' Diċembru l-President ta' Malta jkollha ħafna impenji kemm Malta kif ukoll Għawdex u għalhekk il-ħin għad- dispożizzjoni tagħha fil- Korsa tal-Marsa kien ikun limitat ħafna. Din hija l-14-il edizzjoni tat-Tazza tal-President u l-ewwel waħda taħt il- Patronċinju tal-E.T. Dr Marie Louise Coleiro Preca li se tkun preżenti sabiex tassisti għall-programm imħejji għal tal-apposta kif ukoll tippremja lir-rebbieħa. Id-distanza ta' din il-finali ġie deċiż li tibda ssir fuq 2140m sabiex l-aktar żewġ tiġrijiet prestiġjużi fil- kalendarju tat-trott Malti jkollhom distanzi differenti meta t-Tazza l-Kbira tinġera fuq id-distanza itwal ta' 2640m. Bħalma ġara fl-aħħar snin illum se jkunu s-sidien stess taż-żwiemel finalisti jew rappreżentanti tagħhom li jagħżlu n-numru tat-tluq wara l-karozza. L-ordni tal-għażla hija skont il- pjazzament u l-ħin reġistrat fis-semifinali. Għal darb'oħra wkoll il-Kunsill tal-Malta Racing Club ħa ħsieb li l-programm varjat imħejji għall-okkażjoni jkollu bħala protagonisti t-tfal tal- Akkademja taż-żwiemel fi ħdan il-Malta Racing Club. Din is-sena għal darb'oħra se ssir il-Mini President's Cup fejn it-tfal tal- Akkademja jsuqu ponijiet żgħar bi trott. It-trofew lir-rebbieħ jew rebbieħa tiġi ppreżentata wkoll mill- President ta' Malta. L-Eċċellenza Tagħha mistennija tasal il-Korsa fit-3pm fejn tkun eskortata għal-lok tal-preżentazzjoni mill-Kavallerija tal- Pulizija. Mal-wasla Tagħha ż-żagħżugħa Milena Bianco se tkanta l-Innu Malti u wara t-tfal tal-Akkademja se jwasslu lis-sewwieqa finalisti fuq xrieret bil-ponijiet fil- lok tal-preżentazzjoni fejn jiġu milqugħa minn tfal oħra bil-fjuri u jiġu ppreżentanti b'tifkira tal-okkażjoni mill- President ta' Malta. Iż-żwiemel finalisti se joħorġu parata b'għotjien li se jingħataw mill-Malta Racing Club u hekk kif jitħabbar ir-rebbieħ Milena Bianco se tkanta diska tal- okkażjoni. Il-fond tal-premjijiet jammonta għal €3,600 bir-rebbieħ jieħu s-somma ta' €2,025, għata kommemorattiva u d-dritt li jżomm għal sena t-trofew prestiġjuż xogħol l-artist George Muscat. Jingħataw trofej lil dawk li jispiċċaw fl-ewwel erba' postijiet. Sintendi bħal dejjem din il-finali ġġorr magħha skop filantropiku dik li jinġabru fondi għall-Istrina fi ħdan il-Community Chest Fund li din is-sena ġġib is-slogan solidarjetà bl-Isports. Apparti li llum voluntiera jkunu qed jiġbru donazzjonijiet mingħand dawk preżenti s-sidien rebbieħa huma mħeġġa sabiex bħal dejjem ikunu ġenerużi u jiddonaw parti mill-premju lill-Istrina. Din is-sena se jkun hemm 12-il finalist fosthom ir- rebbieħ tas-sena l-oħra Gently di Poggio, ir- rebbieħ tal-VOB Grand Final Pat de Fontaine, Ohime Mag rebbieħ tal- Prix de Vincennes u ir- rebbieħ tal-Assikura Gold Championship Phenix de la Roque. Iż-żwiemel nalisti bil-ġerrejja probabbli għal din is-sena huma dawn: 1. Vejby Boom (Charles Camilleri) 2. Mad Image (Rodney Gatt) 3. Pat de Fontaine (Noel Baldacchino) 4. Pedro Vici (Johann Axisa) 5. Original Blue (Chris Cassar) 6. Phenix de la Roque (Frencu Cassar) 7. Ohime Mag (Ronald Cassar) 8. Oran (Carmelo Farrugia) 9. Gently di Poggio (Brian Hili) 10. Poulot des Cinty (Clint Vassallo) 11. Mint Kronos (Julian Farrugia) 12. Made In Ho (Thomas Bonde) Lista tar-Rebbieħa Preċedenti tat-Tazza tal-President: Sajf 1992 Zito Bob (Tony Tanti) 1992/1993 Sanit (Charles Clifton) 1993/1994 Alto Be (Frencu Cassar) 1994/1995 Major Bill (John Bria) 1995/1996 Huggie Hanover (Raymond Clifton) 1996/1997 Huggie Hanover (Raymond Clifton) 1997/1998 Captain Trackline (Joseph Scicluna) 1998/1999 Bambin d'Orleans (Philip Giordmaina) 2004 Huit Mars (Michael Seychell) 2010 Lucas Ness (Mario Farrugia) 2011 Livi Cantona (Charles Camilleri) 2012 Mont Cenis Honey (Noel Baldacchino) 2013 Gently di Poggio (Brian Zammit) Iż-żwiemel nalisti bil-ġerrejja probabbli għal din is-sena huma dawn: Lista tar-Rebbieħa Preċedenti tat-Tazza tal-President:

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 November 2014