Illum previous editions

illum 16 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/416742

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 39

Il-Ħadd 16 ta' Novembru 2014 | illum 7 Il-mewt ta' Lino Spiteri Ħalla wirt kbir għal-lingwa Maltija NHAR il-Ġimgħa li għadda, tħabbret il-mewt tal-eks- Ministru Lino Spiteri. Spiteri li għalkemm kien politiku, ekonomista u anke ministru tal-finanzi, kien ukoll kontributur kbir fid- dinja letterarja, l-aktar fejn għandhom x'jaqsmu n-novelli. Ħafna jqisu lil Spiteri bħala kittieb soċjali li juri u jikxef is-sitwazzjoni soċjali flimkien mal-inklużjoni soċjali. Għal dan, kienu bosta l-kittieba u l-membri fix-xena letterarja bħal għalliema u letturi tal- letteratura li wrew id-dispjaċir tagħhom għal din it-telfa b'uħud jammettu li kienu xxukkjati meta semgħu b'din l-aħbar. Staqsejna dwar x'effett se tħalli t-telfa ta' Spiteri fuq id-dinja letterarja lil xi awturi u l-kontribut li ta Spiteri tul il-karriera letterarja tiegħu. L-awtur tal-kotba tal-waħx, Anton Grasso qabbel il-ħajja politika ta' Spiteri ma' dik letterarja fejn waqt li tkellem dwar x'telfa kbira hi għall- pajjiż, qal li Spiteri kien aktar kittieb milli ministru fejn kien juri l-ekonomista ta' ġo fih anke f 'kitbietu. Grasso qal ukoll li għalkemm Spiteri ma ppubblikax ħafna kotba, kien jaf x'inhu jagħmel f 'dak li ħareġ. Ġorġ Peresso min-naħa l-oħra tkellem dwar l-istil ta' kitbet Spiteri li hu telegrafiku, konċiż u l-ideat li huma mitfugħin quddiem il-qarrej li huwa stil modern. Stil li qed jerġa' jintuża riċentament bl-idea li huwa xi stil ġdid, iżla li ma huwa ġdid xejn. Peresso tkellem dwar is-sinċerità fil-kitba ta' Spiteri l-aktar f 'dik prożajka li tikxef l-ambjent soċjali li jgħix fih. Peresso semma wkoll il-kuntatt ta' ħbiberija li kien hemm bejniethom u għaldaqstant huwa xhud tal- fatt li kitbietu hi parti integrali mill-awtobijografija. Fil- kummenti tiegħu, Ġorġ Peresso tkellem ukoll dwar l-iżvilupp li kien hemm f 'kitbet Spiteri u dejjem evolva. Temm jgħid li mhux biss Lino Spiteri huwa parti integrali mil-letteratura Maltija imma ma tistax tistudja l-letteratura kontemporanja mingħajr ma tistudja lil Spiteri. Immanuel Mifsud ikkummenta dwar kif Lino Spiteri eċċella fil-ġeneru tan- novelli fejn fihom kien idaħħal il-kumment soċjali u wera l-aspett Marxista tiegħu l-aktar fix-xogħlijiet bikrin tiegħu. Dan dejjem waqt li jinkludi l-kummenti dwar l-inġustizzja soċjali. Waqt li semma li Spiteri se jħalli wirt kbir, semma kif għalkemm Spiteri kien bniedem intelletwali, fin- narrattiva tiegħu, ma jirriflettix l-intelletwalista. Mifsud temm billi qal li jittama li x-xogħlijiet tiegħu jinġabru għaliex huma ħafna l-kittieba li jkollhom diversi xogħlijiet li jibqgħu ma jippublikaw qatt. Mifsud qali li dan ikun ġest ġust u sabiħ li kieku jsir. Bħala għalliema fil-Junior College u li ilha snin tgħallem il-letteratura ta' Spiteri, l-awtriċi Clare Azzopardi tesprimi li din ovvjament hi telfa kbira fil-qasam letterarju u bħala għalliema tal-letteratura, tittama li Spiteri jibqa' jiġi studjat fil- livelli differenti tal-edukazzjoni. Azzopardi waqt li temmen li bil-kitba tiegħu, Spiteri mhu se jintesa qatt, tistqarr li l-ktieb 'Rivoluzzjoni Do Minore' huwa l-aktar biċċa xogħol li l-aktar ħalliet influwenza. Il-lettur fl-Università ta' Malta u awtur, Adrian Grima jaqsam l-istess ħsieb ta' Azzopardi dwar l-aktar ktieb ta' Spiteri li huwa influwenti fl-opinjoni tiegħu. Grima jitkellem dwar ix-xogħol ta' Spiteri bħala wieħed li jqanqal mistoqsija. Qal ukoll li minħabba li Spiteri kien awtur/politiku għandu aċċess speċjali għad-dinja politika u allura, jista' jitkellem aktar dwar is-suġġett. Il-fatt li Spiteri għex il-politika u kien protagonist ewlieni, ma tistax tinjoraha u appuntu, waħda mill-aktar affarijiet li jibqgħu msemmija hi dwar ir-relazzjoni bejn il- politika u l-letteratura. SEJĦA GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE) nediet Mentoring Programme ta' sena bil-għan li jkun hemm żieda fin-numru ta' nisa f'bordijiet, kumitati, kummissjonijiet jew pożizzjonijiet oħra li jinvolvu t-teħid ta' deċiżjonijiet. L-NCPE qed tilqa' l- applikazzjonijiet għall-mentors u mentees. Kemm il-mentors kif ukoll il-mentees għandhom jiddedikaw tmien (8) sigħat kull erba` ġimgħat. Din l-inizjattiva tifforma parti mill-proġett FSE3.196 'Bilanċ bejn is-Sessi fit-Teħid tad-Deċiżjonijiet'. MENTORS Ir-rwol tal-mentor hu li jipprovdi job shadowing, appoġġ u gwida lill-mentee. Il-mentor għandu jkollu mill-inqas seba' (7) snin esperjenza tax-xogħol, fejn ikollu pożizzjoni li tinvolvi t-teħid ta' deċiżjonijiet fil-qasam tal-politika, il-maniġment, l-NGOs/is-soċjetà ċivili, in-negozju, l- edukazzjoni, is-saħħa jew kwalunkwe qasam ieħor rilevanti. L-applikanti jistgħu jkunu kemm nisa kif ukoll irġiel. Il-mentors se jingħataw ħlas għas-servizzi tagħhom. MENTEES Il-mentees se jiġu offruti taħriġ, job shadowing u kif ukoll assistenza minn persuna professjonali biex jiżviluppaw il-ħiliet neċessarji sabiex jokkupaw pożizzjonijiet li jinvolvu t-teħid tad-deċizjonijiet u rwoli ta' tmexxija. Il-mentees għandhom ikunu nisa u li huma fi stadji differenti fl-iżvilupp tal-karriera tagħhom li jvarja mill-ewwel stadji sa livell ta' maniġment medju. L-applikanti li huma interessati għandhom ikunu mmotivati li jokkupaw pożizzjoni li tinvolvi t- teħid ta' deċiżjonijiet fil-qasam tal-politika, il-maniġment, l-NGOs/is-soċjeta civili, in-negozju, l- edukazzjoni, is-saħħa jew kwalunkwe qasam ieħor rilevanti. L-applikanti li huma interessati huma mitluba jirreġistraw l-interess tagħhom billi jibagħtu email sabiex ikunu jistgħu jirċievu l-applikazzjoni. L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu sa mhux aktar tard mit-Tnejn 24 ta' Novembru 2014. Applikazzjonijiet li jaslu wara din id-data ma jiġux aċċettati. NCPE Dar Gattard, Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda ĦMR 9010 Tel: 2590 3850 Fax: 2590 3851; E-mail: equality@gov.mt ; W eb: www.equality.gov.mt Programm Operattiv II – Politika ta' Koeżjoni 2007-2013 Insaħħu Ħilitna għall-Aktar Impjiegi u Kwalità ta' Ħajja Aħjar Proġett parzjalment iffinanzjata mill-Unjoni Ewropea Fond Soċjali Ewropew (FSE) Rata ta' Ko-finanzjament: 85% Fondi UE; 15% Fondi Nazzjonali Ninvestu fil-futur tiegħek Anton Grasso Adrian Grima Lino Spiteri

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 November 2014