Illum previous editions

illum 23 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/421392

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 39

€0.90 Nr 423 • 23 ta' Novembru 2014 www.illum.com.mt Meta wieħed isib ruħu f 'sitwazzjoni perikoluża... NEWSPAPER POST PAĠNA 23 "F'pajjiżna l-maġistrat m'għandux is- setgħa li jaqbad u jibda inkjesta hu" Tliet imħallfin biex jiddeċiedu dwar l-isparatura BATTIBEKK politiku wara l-isparatura mix- xufier tal-Ministru Manwel Mallia spiċċa biex ilbieraħ filgħaxija l-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar permezz ta' tweet li kien se jappunta tliet imħallfin biex jinvestigaw l-allegat cover up fil-każ tal-isparatura. Muscat insista li se jħalli l-għażla ta' eks imħallef li se jservi bħala ċermen, f 'idejn Simon Busuttil. Stqarrija li wasslet lil Busuttil jiddikjara lura, ukoll permezz ta' tweet li mhux se jaċċetta din il-proposta filwaqt li saħaq li l-Prim Ministru għandu jaġixxi ta' prim ministru. Fl-inċident li seħħ nhar l-Erbgħa kien hemm sparatura fejn pulizija li kien assenjat bħala xufier mal-Ministru Mallia spara żewġ tiri lejn Stephen Morrison Smith wara li dan laqat il-karozza tal- Ministru Mallia u spiċċaw jargumentaw u jiġru wara xulxin bil-karozzi. Hu mifhum li Morrison Smith hu negozjant ta' żewġ kumpaniji fosthom waħda marbuta mal-bini ta' waterbuses. Ikompli paġna 3 L-użu ta' arma huwa ġest estrem SABIEX wieħed juża arma bħala difiża, il-periklu għalih irid ikun inevitabbli. Fi kliem ieħor, jekk il-periklu seta' jiġi evitat, wieħed ma jistax jinvoka din id-difiża. Fid-dawl tal-inċident li seħħ din il-ġimgħa fejn ix-xufier tal- Ministru Manuel Mallia spara tiri ta' arma tan-nar allegatament bħala awtodifiża lejn persuna li allegatament kienet se taggredih, din il-gazzetta tkellmet mal- Avukati Joe Giglio u Steve Tonna Lowell, żewġ avukati li jispeċjalizzaw fil-qasam tal- kriminali hekk kif ħafna kienu dawk li bdew jaħsbu li l-użu ta' arma tan-nar bħala awtodifiża hija xi ħaġa li tista' ssir faċilment. Mitluba jispjegaw xi tfisser eżattament li tuża arma bħala difiża u fejn u f 'liema ċirkostanzi tista' tagħmel dan, Giglio u Tonna Lowell qalu li t-teoriji aċċettati mill-Qrati Maltin jgħidu ċarament li sabiex l-awtodifiża tirnexxi jrid ikun hemm xi waħda minn erba' kundizzjonijiet speċifiċi. Ikompli paġna 3 Busuttil jaħsel idejh, Muscat jorbot il-futur ta' Mallia mal-inkjesta Uħud mill-membri tal-Korp tal-Pulizija waqt it-taħriġ tagħhom Manuel Mallia Silvio Scerri Warrior tkaxkar is-serata AMBER se tirrappreżenta lil pajjiżna f 'Mejju li ġej fi Vjenna. Din kienet il-ħames darba li Amber kienet qed tipparteċipa fil-festival tal-Eurovision. Din id-darba iżda rnexxielha tilħaq il-quċċata b'72 punt. L-imħuħ wara d-diska kienu Matt Muxu Mercieca li kiteb il-kliem u l-kompiżitur Elton Zarb. Bħala mistiedna speċjali fis-serata kien hemm Conchita Wurst, ir-rebbieħa tal-edizzjoni tal-Eurovision li għaddiet.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 November 2014