Illum previous editions

illum 23 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/421392

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 39

Il-Ħadd 23 ta' Novembru 2014 | illum 11 Bżonn ta' appoġġ lill-kumpaniji fil-Libja – Alfred Sant LMEP Alfred Sant qal lill-Parlament Ewropew li kumpaniji milquta f 'żoni ta' gwerra u attivitajiet terroristiċi fil-pajjiżi tal- hekk imsejħa 'rebbiegħa Għarbija', inkluż il-Libja, għandhom jingħataw l-istess għajnuna bħal dawk il-kumpaniji li ntlaqtu ħażin bil-globalizzazzjoni. "Mhux ġust li ħaddiema ta' kumpaniji li investew fil- Libja, mhux jingħataw l-istess trattament bħal ħaddiema li qed igawdu mill-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni" qal Sant. Hu insista wkoll li mhix ħaġa ġusta li ħaddiema ta' impriżi ta' daqs medju jew ċkejken, li investew f 'pajjiż bħal-Libja u issa jinsabu f 'qagħda diffiċli mhux jingħataw l-istess trattament mill-unjoni. Alfred Sant qal li hu vvota favur il-mobilizzazzjoni tal- Fond Ewropew li jaġġusta għall-globalizzazzjoni fir-rigward ta' Andersen Ireland u f 'każijiet oħra simili li tressqu quddiem din il-Kamra għax il-ħaddiema li ntlaqtu ħażin mill- globalizzazzjoni jixirqilhom l-appoġġ meħtieġ. "Kieku ma kienx għalhekk, kont nivvota kontra. L-effetti tal- globalizzazzjoni ma jinħassux biss meta ażjendi jagħlqu jew inaqqsu n-nies b'riżultat ta' riċessjoni." Kompla jgħid li lil hinn mill-effetti tal-2008, il- globalizzazzjoni wasslet għal disturbi kbar fi ħdan u bejn il-ġnus. Sant qal li fil-pajjiżi ta' madwar ir-Russja u l-pajjiżi tar-rebbiegħa Għarbija, inkluża l-Libja, id-disturbi ħarbtu l-kummerċ u l-investiment. "L-aktar milquta huma ażjendi żgħar li investew bil-kbir f 'rabtiet li llum huma milquta mill- ħerba ta' kważi gwerra jew ta' ħidmiet terroristiċi fi sfond ta' gwerra ċivili. Ikun xieraq li ażjendi li ntlaqtu b'dan il-mod u tilfu x-xogħol jingħataw appoġġ bħal ma jiġri fil-każ ta' ażjendi oħra li ntlaqtu ħażin mill- globalizzazzjoni" temm jgħid Alfred Sant. "Mhux ġust li ħaddiema ta' kumpaniji li investew fil-Libja, mhux jingħataw l-istess trattament" Il-GU Clinic mhix qed taċċetta appuntamenti "ILGU Clinic fl-Isptar Mater Dei mhix qed taċċetta appuntamenti għal testijiet ġodda u għalhekk il-Partit Nazzjonalista qed jitlob lill-Gvern biex jispjega x'inhi r-raġuni għalfejn mhux qed isiru dawn l-appuntamenti u kif qed iħalli funzjoni daqstant sensittiva mingħajr l-amministrazzjoni klinika neċessarja mingħajr ma jaħseb għal rimedju li jassigura l-kontinwità tas-servizz." Dan qalu fi stqarrija l-kelliem Nazzjonalista għas-saħħa, id- deputat Claudio Grech. Grech qal li minn dak li ġie rrappurtat, s'issa jidher li persuni li qed jitolbu li jagħmlu testijiet marbutin mal-HIV/ AIDS u l-Hepatitis fil-GU Clinic tal-Isptar Mater Dei, li hi l-unikà faċilita li fiha jistgħu jsiru dawn it-tip ta' testijiet, mhumiex jingħataw appuntamenti biex isirulhom dawn it-testijiet sensittivi u qed ikunu mitluba jħallu aktar minn xahar ieħor biex jerġgħu jippruvaw jagħmlu appuntament. "Il-Partit Nazzjonalista jemmen li din is- sitwazzjoni mhijiex aċċettabbli f 'sistema tas-saħħa żviluppata bħal ta' pajjiżna u li l-Gvern għandu jaġixxi biex jindirizza l-problema mingħajr aktar dewmien." Grech qal li dan in-nuqqas ta' servizz jikkuntrasta bil-kbir mad-direttivi u l-linji gwida tal-World Health Organisation li tqis l-iscreening u t-testijiet bħala mezz ewlieni fil-ġlieda kontra t-tixrid ta' dan it-tip ta' infezzjonijiet. "Minbarra li tagħmel dawn it-testijiet, din il-klinika għandha rwol importanti ħafna f 'dak li għandu x'jaqsam mal-counselling ta' pazjenti u tal-qraba tagħhom, servizz li jidher li minħabba nuqqas ta' riżorsi qiegħed jingħata b'limitazzjonijiet. Din is- sitwazzjoni mhux biss qiegħda tnaqqar il-livell tas-servizz mogħti lill-pazjenti iżda wkoll qed toħloq ħafna pressjoni fuq il-ħaddiema fil-GU Clinic li jridu jiffaċċjaw it-tħassib u r-rabja tal-pazjenti li ma jistgħux jingħataw servizz daqstant sensittiv" qal il-kelliem Nazzjonalista. Claudio Grech temm jgħid li l-Partit Nazzjonalista qiegħed jappella lill-Gvern biex ma jħallix din is-sitwazzjoni tkompli għaddejja u jieħu azzjoni immedjata biex dan is-servizz jerġa' jibda jingħata fuq il-livell li jixraq f 'pajjiż żviluppat. Intant, b'referenza għall- istqarrija ta' Claudio Grech, id- Dipartiment tas-Saħħa jgħarraf li l-Genitourinary Clinic fl- Isptar Mater Dei qed jiffunzjona b'mod regolari u l-pazjenti qed jingħataw appuntamenti skont il-prijorità tal-każ tagħhom. Każi urġenti qed jinqdew bla dewmien.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 November 2014