Illum previous editions

illum 23 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/421392

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 39

12 illum | Il-Ħadd 23 ta' Novembru 2014 Għawdex kollu jsir villaġġ tal-Milied Is-sena li għaddiet Għawdex inħataf minn mewġa Maltija biex iżuru Betlem f 'Għajnsielem. Suċċess enormi u did-darba se jirrepeti ruħu b'diversi novitajiet. Iżda dis-sena Għawdex se jinbidel f 'villaġġ sħiħ Natalizju fejn madwar Għawdex kollu se jkun hemm attivitajiet tal- Milied biex b'hekk filwaqt li żżur Betlem f 'Għajnsielem tkun tista' tgawdi l-festi nataliziji u fl-istess waqt iżżur partijiet oħra minn Għawdex. Jilqgħuk se ssibu lin- nannu Pawlu u lin-nanna Tona u l-avvenimenti se jkunu maqsuma bejn l-5 ta' Diċembru sal-4 ta' Jannar. Dan barra li jkun hemm diversi avvenimenti oħra bħal villaġġi tal-Milied fi pjazza San Ġorġ, purċissjonijiet bil-Bambin f 'diversi villaġġi u t-tfal se jkollhom kupun li jista' jrebbaħhom vjaġġ għal Disneyland. VILLAĠĠ AGRIKOLU U IKEL TAL-MILIED: – 12,13,14 U 19,20,21 ta' Diċembru – Gozitano Village Il-Gozitano Agricultural Village se jkun trasformat għal ħmistax-il ġurnata sħiħa f 'villaġġ għall-Milied. Se jkun hemm: Żewġ esebizzjoniet waħda ta' artisti bit-tema tan-Nattività f 'Vini e Capricci, kuratur Paul Stellini, u oħra ta' fotografija fiċ-ċentru tal-Gozitano bit-tema Palestina: realtà f 'ritratt, kuratriċi Elaine Zammit Haber; wirja mill- ITS li tinkludi attrazzjoni unika ta' presepju biċ- ċikkulata u Beer Tasting ta' Lord Chambray li hi l-ewwel birra Għawdxija; wirja ta' vetturi ta' żmien il-gwerra u għadd ta' korijiet u talent. Duq prodotti Għawdxin u Mediterranji: żejt, ġbejniet, tadam imqadded, sagra tal-porchetta, degustazzjoni ta' nbejjed lokali u minn madwar id-dinja. Attrazzjoni unika: inbid minn sbatax-il pajjiż u 37 reġjun, b'aktar minn elf flixkun b'tikketta differenti. FANTASIJA U TALENT: – 13-14 ta' Diċembru – Villa Rundle Jumejn ta' attivitajiet imtellgħa minn studenti tal-iskejjel minn bliet u rħula Għawdxin juru l-ħiliet tagħhom fi spirtu ferrieħi ta' għaqda waqt li pajjiżna jiċċelebra avveniment storiku ieħor. Jipparteċipaw ukoll il-cast tal-pantomima Cindirella u l-Bestja li tittella' fl-Istitut Kattoliku fil-Floriana (F'każ ta' maltemp l-attività ssir fil-Gozo Sports Complex) DINJA TAT-TFAL: – 19, 20, 21 ta' Diċembru – Gozo Sports Complex Tliet ijiem fejn it-tfal se jkollhom ċans jilagħbu u jieħdu sehem f 'numru ta' inizjattivi. Se jiltaqgħu ma' karattri popolari li normalment jarawhom fuq it-televiżjoni Winnie the Pooh, Tigger, Dora & Diego, Tom & Jerry, Barney, Super Mario, Bugs Bunny, Fireman Sam, Hello Kitty, Spiderman, Minion, Olaf, Mickey & Minnie, iżda fuq kollox se jiltaqgħu man-Nanna Tona u Nannu Pawlu u jistgħu jieħdu ritratt magħhom. Barra hekk ikun hemm rock climbing, merry-go-rounds, bouncy castles u crafts sessions. MUŻEW TA' KARMNI GRIMA: L-Għarb Presepju uniku tal-1900 tax-xbejba Karmni Grima li flimkien ma' Franġisku Portelli semgħet leħen il- Madonna Ta' Pinu ssejħilha "ejja, ejja, ejja". Il-pasturi ta' dan il-presepju nħadmu minn Frenċ tal-Għarb bit- tafal. Esebizzjoni ta' presepji minn barra minn xtutna u ikel Malti. KUNĊERTI B'KORIJIET VARJI Carols by candlelight minn Scuola Cantorum fil-Kunvent ta' Santu Wistin (5-7 ta' Diċembru), Chorus Urbanus fil-Bażilika ta' San Ġorġ (20 ta' Diċembru), Kunċert mit-tfal: Rigal lil Ġesù Bambin fil-Knisja Parrokjali tan-Nadur (25 ta' Diċembru), Venite Adoremus: Kor Santa Ċeċilja fil-Knisja ta' San Franġisk, Rabat (27 ta' Diċembru), Puer Natus Est fil-Knisja Parrokjali Xagħra (28 ta' Diċembru). Betlem f 'Għajnsielem Is-sitt edizzjoni ta' Betlem f 'Għajnsielem se tkun inawgurata mill-President tar- Repubblika, l-E.T. Marie Louise Coleiro Preca, nhar is-Sibt 6 ta' Diċembru 2014 fil-5.30pm f 'Ta' Passi, Għajnsielem. Fil-jum ta' qabel, il- Ġimgħa 5 ta' Diċembru 2014 fis-6pm, se jsir programm organizzat mill-Kunsill Lokali tal-Għarb fejn isir it-tluq tal-kontinġent ta' Betlem f 'Għajnsielem li jibqa' sejjer sa Triq ir-Repubblika fejn issir il-mixgħela uffiċjali mill- Ministru għal Għawdex Anton Refalo. Din id-darba f 'Betlem wieħed jista' jordna kamra fil-lukanda fil-villaġġ li hi mmexxija minn The Grand Hotel, tista' tieħu dawra fuq id-dgħajsa fix-xmara mibnija fil-villaġġ u fil- forti Chambray (faċċata ta' Betlem) tista' żżur il-villaġġ Ruman. Fl-4 ta' Jannar is-Slaten Maġi jaslu minn Tolfa l-Italja għal Mellieħa u jerħulha għal Għajnsielem din id-darba fuq l-iġmla. .com.mt Il-Milied f 'Għawdex John Busuttil jbusuttil@mediatoday.com.mt Dawn huma d-dati u l-ħinijiet li Betlem, Għajnsielem ikun animat Diċembru 2014 Is-Sibt 6 ta' Diċembru 4.30pm - 9.00pm Il-Ħadd 7, 2.30pm - 7.30pm It-Tnejn 8, 2.30pm - 7.30pm Is-Sibt 13, 4.30pm - 8.30pm Il-Ħadd 14, 2.30pm - 7.30pm L-Erbgħa 17, 9.30am - 1.30pm Il-Ħamis 18, 9.30am - 1.30pm Is-Sibt 20, 4.30pm - 8.30pm Il-Ħadd 21, 2.30pm - 7.30pm Il-Ħamis 25, nhar il-Milied, 3.30pm - 8.00pm Il-Ġimgħa 26, 4.30pm - 7.30pm Is-Sibt 27, 4.30pm - 8.30pm Il-Ħadd 28, 2.30pm - 7.30pm Jannar 2015 Il-Ħamis 1, 3.00pm – 8.00pm Saturday 3, 3.00pm – 8.00pm Sunday 4, 2.00pm – 8.00pm Litanija li l-Għawdxi tgħallimha bl-amment Aktar aċċessibbiltà, fixed wing, air strip, mina jew pont, qorti 'state of the art', inizjattivi għal min iħaddem l-Għawdxin, hub mediku, cruise liner terminal, fibre optic link, SME park, dar tal-anzjani, tisbieħ ta' pjazez. Meta taqrahom u taħseb dwarhom tibda tara Għawdex verament isir djamant. Iżda bejn proġetti mwegħdin u proġetti mwettqin hemm baħar jaqsam. Il-pont jew mina saret iċ-ċajta tas-sena fuq fomm l-Għawdxin. L-air strip għadna għaddejjin bl- istudji u anke jekk fl-aħħar jibda l-eżami wieħed irid jara meta se jitlesta. U l-fixed wing x'se jiswa lill-istudent Għawdxi, lil ħaddiem li jrid jaqsam kuljum? Il-wegħda ta' fast ferry kif sparixxiet? Id-dar tal-anzjani tidher sabiħa. Nispera biss ma jgawduhiex biss ulied uliedna sa ma titlesta. Hu pożittiv li toffri inizjattivi għal min iħaddem l-Għawdxin u żgħażagħ imħarrġa fis-settur tal-ikel u t-turiżmu, iżda biex tagħmel dan irid ikollok ix-xogħol u mingħajr aċċessibbiltà x-xogħol ma jasal qatt. Biex Għawdex jilqa' għall- investiment irid jtejjeb l-aċċessibbiltà. Għax il-bqija kollox se jibqa' l-litanija solita li l-Għawdxi tgħallimha bl-amment. Kif ktibt lejlet il- baġit fuq din il-paġna, "wasal iż-żmien li l-kastelli fl-arja jinbnew fuq l-art." Hawn taħt wieħed isib ukoll dak li kellhom xi jgħidu assoċjazzjonijiet Għawdxin dwar il-baġit ta' din is-sena: Gozo Youth Council "Il-kunsill taż-żgħażagħ Għawdxin juri l-kuntentizza tiegħu favur l-investiment lejn Għawdex li hemm f 'dan il-baġit. L-ewwel bil-ftehim mal-kumpanija RS2 u l-iżvilupp tal-SME park fiż- żona industrijali tax-Xewkija. It-tieni bil-programm ta' xogħol speċifiku li għandu ħsieb li jolqot l-impjegati 'part time' u 'full time' fl-industrija tat-turiżmu, u anke l-iskemi favur l-istudenti tal-ITS. Il-Kunsill jilqa' wkoll l-investiment fl-edukazzjoni Il-'fast ferry'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 November 2014