Illum previous editions

illum 23 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/421392

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 39

Il-Ħadd 23 ta' Novembru 2014 | illum 13 Il-Poodle dil-ġimgħa kien imħabbat bis-serata tal-Eurovision u ntefa' jħuf il-Marsa Ship Building u b'hekk ma kiteb xejn.Jekk tisma' xi ħaġa interessanti għidhieli. Jekk tilmaħ lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil-mowbajl. Ibgħat imejl fuq poodle@mediatoday.com.mt Il-poodle isejjaħ … ferry' ħarbet u sparixxiet u t-turiżmu permezz tal-Gozo Medical Health Care Hub. Iżda l-baġit ma jirreferi xejn dwar il-kampus tal-Università ta' Malta., li jista' jkun parti mill-pakkett ta' dan il-hub, li jsaħħaħ it-turiżmu permezz tal-edukazzjoni. Lanqas kien hemm referenza ta' investiment sportiv f 'Għawdex jew proposti diretti li jirrigwardja liż-żgħażagħ. "L-implimentazzjoni tat-tieni fibre optic cable hi kruċjali għal Għawdex u qed nisħqu mal-gvern biex ikompli fuq dawn il-linji u verament jiżviluppa 'digital hub' f 'Għawdex. Naqblu wkoll mal-istudji dwar airstrip u l-cruise liner terminal għax dawn jgħinu l-industrija tat- turiżmu f 'Għawdex. Però ma ssemma xejn dwar il-fast ferry bejn Malta u Għawdex. Dan juri nuqqas ta' ottimiżmu hu nuqqas ta' trasport effiċjenti bejn iż-żewġ gżejjer. Sadattant il-link permanenti jonqosha tiġi studjata sew biex wieħed jara l-impatt soċjali għal Għawdex u l-azzjonijiet preċiżi li jridu jittieħdu wara li l-istudji jkunu kompluti. "Ftit wisq issemma u ġie diskuss dwar l-ambejnt Għawdxi, għalkemm il- konservazzjoni tal-ilma hi ta' prijorità għolja. L-infrastruttura għall-anzjani hi importanti, iżda xejn ma ġie diskuss dwar 'hub' għaż-żgħażagħ. Din kienet proposta tagħna iżda ħadd ma ta kasha. Għawdex hu post mimli ħajja, iżda mhux se jdum wisq jekk mhux se jkun hemm investiment favur iż-żagħżugħ." Grupp Universitarji Għawdxin (GUG) "Il-baġit ta' din is-sena jinkludi inizjattivi numerużi li għandhom iwasslu għal titjib fil-ħajja tal-popolazzjoni Għawdxija. Relevanti għall-istudent Għawdxi hi li għollielna l-istipendji, li jiżdiedu bl-għoli tal-ħajja u l-għotja ta' €100 li jingħata lil min iħaddem studenti mill- ITS. "Proġetti fit-tul reġgħu ġew annunzjati. Dawn jinkludu l-istudji għal airstrip f 'Għawdex u t-tieni fibre optic cable, li żgur iżidu l-aċċessibiltà f 'Għawdex f 'diversi aspetti. GUG jinsabu kuntenti wkoll bil-miżuri meħuda għal implimentazzjoni ta' Medical Hub u Digital hub f 'Għawdex. L-organizzazzjoni tagħna temmen li dawn il-proġetti għandhom potenzjal li jipprovdu aktar xogħol f 'Għawdex għaż-żagħżugħ Għawdxi li jkompli l-istudji tiegħu għall-ogħla livell. "Iżda l-eżekuttiv tal-GUG jiddispjaċihom jinnutaw li r-rakkomondazzjonijiet li ppreżentajna lill-awtoritajiet relevanti qas biss issemmew fil-baġit. Dawn kienu jinkludu l-iżvilupp ta' pixxina f 'Għawdex, l-aġġustament tal- 'Gozitan Student Maintenance Grant' bl-aġġustament tal- għoli tal-ħajja, u l-fast ferry bejn iż-żewġ gżejjer. "Kieku dawn il-miżuri ġew implimentati kienu jnaqqsu l-isfidi u t-toqol finanzjarju li jiffaċċjaw dawk li jaqsmu l-fliegu kuljum, l-istudenti l-Għawdxin u l-familji tagħhom." Michael Grech (GBC) "Il-Gozo Business Chamber qed iħares lejn dan il-baġit bħala kontinwazzjoni tal- baġit ta' qablu u mingħajr xokkijiet fuq l-ekonomija filwaqt li qed jipprova juri li bix-xogħol tiekol, billi jiġi kontrollat l-abbuż mis- servizzi soċjali. Hu baġit favur in-negozji billi jipprova jnaqqas il-burokrazija u jżid il-kompetizzjoni ġusta; l-eleminazzjoni tal-Eco Tax hu 'case in point'. Il-proposta li jkun hemm bank ta' żvilupp hu pass fid-direzzjoni t-tajba biex jiffaċilita aċċess għal finanzjament għall-SMEs. "Il-GBC tinsab kuntenta wkoll tinnota li se jkun hemm skemi speċjali fl-ETC għal ħolqien tax-xogħol f 'Għawdex. Il-GBC tawgura li l-istudji għal 'link' permanenti bejn Malta u Għawdex, fibre optic cable ġdid u l-air strip għal fixed wing jitlestew fl- aktar żmien qasir possibbli, ħalli Għawdex jibda jaqta' l-frott minnhom. "L-uniku diżappunt mill- GBC hi li għolew il-liċenzji tal-pixxini u li għola l-prezz tas-siment." Il-President tniedi l-Istrina f 'Għawdex ILPRESIDENT ta' Malta Marie Louise Coleiro Preca nediet l-Istrina f 'Għawdex fejn għall-ewwel darba Għawdex se jkollu din l-attività annwali fl-istess gżira. L-Istrina f 'Għawdex b'risq il-Malta Community Chest Fund se tkun qed issir fl-20 u 21 ta' Diċembru f 'diversi bliet u rħula, bil- President se tkun qed iżżur il-pjazez u tiġbor il-fondi għall-Istrina. Il-President spjegat li din il- Presidenza temmen ħafna fil- poplu Malti u Għawdxi kollu, u kien għalhekk li minnufih ħadmet għall-viżibilità tal- poplu Għawdxi, fejn għall- ewwel darba se jkollu l-Istrina tiegħu. Il-President li varat l-Istrina fil-preżenza tal-Isqof t'Għawdex Mario Grech, il-kappillani ta' kull parroċċa f 'Għawdex u s-sindki ta' kull lokalità, spjegat il-bżonnijiet tal-Malta Community Chest Fund li kull erba' ġimgħat qed tonfoq madwar €230,000 f 'għajnuna lil persuni vulnerabbli, madwar 200 elf ewro minnhom f 'kimoterapija speċjalizzata lil persuni fosthom tfal li jkunu morda bil-kanċer. Waqt din l-attività il- President Coleiro Preca inawgurat l-uffiċini l-ġodda tal-Malta Community Chest Fund fir-Rabat Għawdex, wara l-ġest nobbli tal- intraprenditur Għawdxi s-Sur Michael Grech u l-familja tiegħu li bla ħlas taw lill- Malta Community Chest Fund uffiċini state of the art għall-għoxrin sena li ġejjin. Dawn l-uffiċini l-ġodda f 'Għawdex infetħu f 'għeluq l-erbgħin sena tal-Presidenza u Malta Repubblika. Il-President qalet li m'għandhiex kliem biżżejjed biex tirringrazzja lis-Sur Michael Grech u lill-familja tiegħu li bil-ġest nobbli tiegħu, issa l-Għawdxin għandhom servizz apposta għalihom mill-Malta Community Chest Fund fejn is-servizzi li toffri l-Malta Community Chest Fund f 'Malta se jkunu provduti bl- istess mod f 'Għawdex. Wara li ġew inawgurati l-uffiċini, l-Isqof Mario Grech qal li jħoss li dawn l-uffiċini tal-Malta Community Chest Fund f 'Għawdex se jservu ta' dawl sabiħ fuq il-gżira Għawdxija u l-Għawdxin, għaliex simili għad-dawl li jagħti f 'qalbna Sidna Ġesu Kristu, dawn l-uffiċini qed jimmiraw li jiżirgħu l-ġid, jagħtu l-għajnuna u l-wens lill-poplu Għawdxi. Intant waqt din il- konferenza tal-aħbarijiet ingħataw id-dettalji tal- Istrina f 'Għawdex li se ssir fl-20 u fil-21 ta' Diċembru. Is-Sibt 20 ta' Diċembru, l-Istrina f 'Għawdex se tibda b'quddiesa f 'Għajnsielem ikkonċelebrata mill-Isqof Mario Grech, fejn f 'din il- quddiesa se jinġiebu persuni morda mill-Isptar Ġenerali t'Għawdex, persuni miċ- ċentru 'Step Ahead Adults and Youths', u miċ-ċentru ta' matul il-jum Santa Marta. Minn Għajnsielem, il- President se żżur il-pjazez tal- Qala, Nadur, Xagħra, Xewkija u tas-Sannat. Il-Ħadd, il-President se tkun qed iżżur il-pjazez tal-Għarb, Żebbuġ, Għasri, Kerċem, Munxar, Fontana, San Lawrenz. L-attività tagħlaq fil-pjazza tal-belt kapitali Victoria. Fil-lokalitajiet li se żżur il-President, se jittella' programm apposta tal-Istrina fil-pjazez, fejn ir-residenti tal-lokal se jkunu qed jiġbru donazzjoni apposta għall- Istrina. "Din il-Presidenza temmen kemm l-poplu Malti u anke dak Għawdxi" - Il-President Coleiro Preca

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 November 2014